Peress li l-loġoġ fi Triq Sant'Anna, fil-Furjana jeħtieġu tindif minn ġewwa u minn barra, tista' tingħata prijorita' lil dan ix-xogħol li ilu mistenni għal tant żmien?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministru għall-Ambjent qed jikkonsidra dan is-suġġeriment.
Jistgħu jiġu surfaced sew il-passaġġi fil-Mall, il-Furjana? Jistgħu jiddawlu l-monumenti fl-istess ġonna? Jista' jitkompla t-tqegħid ta' ħadid fuq il-ħitan ta' madwar il-mall - xogħol li ilu ppjanat li jsir ta' lanqas mill-bidu tas-snin disgħin?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ix-xoghol indikat qed jiġi kkunsidrat fl-imkien ma talbiet simili.
Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda jsir ir-refurbishment tal-Female Admission Ward fl-Isptar Monte Carmeli? Hemm il-ħsieb li jingħalqu darba għal dejjem Wards 10 fl-istess sptar? Kemm hu maħsub li hemm pazjenti mhux b'mard mentali residenti f'dan l-isptar? Kemm minnhom għadhom imħalltin ma' pazjenti b'mard mentali fl-istess wards?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-Female Admission Ward bi preparazzjoni għal xogħol iżjed estensiv.
Qiegħed isir studju ta' l-Admission Wards MW2, FW6, MW10, FW10 biex wieħed jara jekk tistax tinħadem illi l-funzjoni ta' Security tal-Wards, 10 jistax jiġi assorbit fi swali oħra, jew jekk hemmx rimedju aħjar.
Il-maġġoranza tal-pazjenti illi jidhru f'dan l-isptar ikollhom mard mentali jew inkella biżżejjed suspett illi jkun hemm bżonn li wieħed jissorvelja l-pazjent. Huwa minnu illi wara tgħaddi l-fażi akuta tal-marda numru ta' pazjenti fl-imgħoddi baqgħu ġo l-isptar.
Numru konsiderevoli minn dawn għadhom ibagħtu minn xi konsegwenzi jew aspetti tal-marda, iżda m'għadhomx fil-bżonn ta' sptar mentali. Għalissa l-bżonnijiet tagħhom ma jistgħux jiġu milqugħa fil-komunita' minħabba nuqqas ta' servizzi. Oħrajn tant draw ġo l-isptar illi tkun ħaġa krudili illi wieħed jisforzahom joħorġu.
Il-proċess illi l-morda ma jibqgħux imħaltin ilu li beda u qed titkompla. Huwa minnu li minħabba nuqqas ta' spazju dan ix-xogħol ma jistax isir b'pass iżjed mgħaġġel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni b'diżabilita' taħt is-60 sena għal dawn is-servizzi u kemm minnhom ingħatalhom sena b'sena mindu l-persuni b'diżabilita' saru ntitolati għalihom: (i) Home help; (ii) telecare; (iii) servizz dwar inkontinenza; (iv) servizz ta' handyman; u (v) meals on wheels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li tista' tinġabar tingħata f'xi Seduta oħra.
23.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern se jħallas il-performance bonus lill-commanding officers tal-Forzi Armati ta' Malta għas-sena 1997, li għal dawn l-aħħar sentejn dan il-bonus ġie mogħti tard?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċeduri meħtieġa ġew konklużi u l-ħlas se jsir mill-
aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx inkjesta dwar l-irregolaritajiet li allegatament saru fl-eżamijiet li għamlu l-uffiċjali tal-Fire Brigade tal-Pulizija biex jissieħbu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?Jekk le, hijiex se ssir inkjesta u meta?
Response (BORG, TONIO)
Ir-risposta għall-ewwel mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni mistoqsija wieħed għad irid jara jekk hux il-każ li tinfetaħ inkjesta.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn il-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' u l-Pulizija dwar il-ftuħ ta' għassa ġdida f'Tal-Pieta'?
Response (BORG, TONIO)
Saret laqgħa bejni u l-Kunsill Lokali ta' G'Mangia/Pieta' dwar dan is-suġġett. Ġiet dikussa l-possibilita' li l-post tal-Għassa jingħata mill-Kunsill Lokali, u l-Pulizija jallokaw membri tal-Korp. Deċiżjoni tittieħed malli jkun possibli li wieħed jalloka Pulizija f'dan il-lokal.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-ispiżeriji? Fiex waslu dawn il-pjanijiet? Meta hu maħsub li sseħħ din il-liberalizzazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jingħataw mediċini bil-karta r-roża u Schedule 5 minn spiżeriji privati? Bdew konsultazzjonijiet mas-setturi kkonċernati f'dan il-għan?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id-driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minn Marzu 1997 sa Settembru 1998 ix-xufier taċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tħallas is-somma ta' Lm6425.06c f'sahra u allowances.
Dan l-ammont jinqasam f'on call allowance ta' Lm2.00 kuljum, Lm13.12c għall-Ħdud u Festi u sahra.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis? Kemm minnhom huma: i) tfal; ii) adulti?
Tista' din il-kondizzjoni kronika tiġi nkluża f'Schedule V?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-Konsulenti u Tobba oħra li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Ġilda, hemm sittax il-(16) pazjent adult li jbatu mill-kondizzjoni Ichthyosis filwaqt ukoll tlettax (13) pazjent żgħar li jbatu b'din l-istess marda.
It-talba biex din il-kondizzjoni tiġi nkluża f'Schedule V għad trid tigi studjata.
Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru responsabbli.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 705, peress li din it-tweġiba ilha tingħata għal perjodu ta' madwar sentejn u peress li s-servizzi tqiegħdu b'mod permanenti fit-toroq imsemmija, jista' l-Ministru jagħti time-frame meta hu maħsub li jsiru dawn ix-xogħlijiet tant meħtieġa u li ilhom tant mistennija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li sa issa għad m'hemmx 'time frame' dwar meta ser jibda' x-xogħol f'din it-triq.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 406 li kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex id-dawl/bozoz maqtugħa taħt il-loġoġ fi Triq Ordinanza, fil-Belt jibdew jiffunzjonaw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-manutenzjoni tal-lampi msemmija mill-onorevoli Interpellant ma taqax taħt ir-responsabbilta tal-Korporazzjoni Enemalta, iżda tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet. Għaldaqstant it-talba ġiet mgħoddija lill-imsemmi dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha out of order l-X-Ray machine fid-Dental Out-patients? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat radjografiku Orthpantomograph ilu bil-ħsara mill-aħħar ġimgħa ta` Settembru 1998.
Fil-5 ta` Novembru 1998 id-Dipartiment Dentali ġie mgħarraf li l-part meħtieġa m'għadhiex tiġi manifattura u li għaldaqstant l-apparat ikollu jiġi skrappjat.
Id-Dipartiment Dentali għarraf lid-Dipartiment konċernat b'din is-sitwazzjoni biex jibda l-proċess meħtieġ biex jinxtara apparat ġdid.
Peress li fil-Furjana joqogħdu ħafna anzjani, jista' l-Ministru jara li jinfetah uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'din il-lokalita' fejn il-gvern għandu ħafna uffiċini, imqar darbtejn fil-ġimgħa f'ħinijiet ristretti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Napprezza l-interess ta' l-Onor. Membru u nifhem li jista' jkun hemm inkonvenjent għall-anzjani mill-Furjana li jkollhom jinqdew mill-Uffiċċju Distrettwali tal-Belt, bħal ma jista' jkun hemm f'distretti oħra fejn m'hemmx Uffiċċju Distrettwali. Il-Politika tal-Gvern il-ġdid hi waħda li fejn hu possibli jiżdied is-servizz tal-'Customer Care' li jingħata mill-Ufficcju Distrettwali sew bħala numru ta' lokalitajiet, u aktar importanti, fil-livel li jingħata f'dan is-servizz. Inħoss li din il-problema trid tiġi studjata sew biex jiġu stabiliti l-prioritajiet skond in-numru tar-residenti u d-distanza li dawn għandhom biex jaslu sa l-Uffiċċju Distrettwali li jservi dik il-lokalita'.
F'dan l-istudju naħseb li jkun xieraq li fiħ jieħdu sehem il-Kunsilli Lokali biex b'hekk wieħed ikun jista' jara wkoll, jekk dawn jistgħux, jagħtu servizz f'dan il-qasam.
16.11.98
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji mediċini ma jitqassmux minn spiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern iżda mill-OPD fl-Isptar San Luqa biss? Jista' l-Ministru jara li l-mediċina ISTIN tibda titqassam mill-ispiżerija tal-Floriana Health Centre biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pazjenti anzjani li f'dan il-każ ibatu bl-anġina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Hemm numru ta` mediċini li mhumiex 'stock items' u b'hekk mhumiex inklużi fuq il-formularju tal-Gvern. Dawn il-mediċini li jinxtraw fuq bażi individwali wara li ssir domanda mill-konsulent ta` l-Isptar.
Dawn il-mediċini jiġu mqassma mill-'Out Patients Dispensary' ta` l-Isptar San Luqa biss, minħabba li jesiġi li jkun hemm kontroll ta` kif jitqassmu.
Il-mediċina Amlodopine (Istin) hi waħda mill-mediċini li jaqaw f'din il-kategorija u għalhekk titqassam biss mill-'Out Patients Dispensary' ta` Luqa.
Din il-mediċina, fost l-oħrajn, ġiet irrakkomandata mid-Drugs & Therapeutic Committee' biex tkun inkluża fil-formularju tal-Gvern meta dan ġie irrevedut. Appena dan jiġi approvat jittieħdu l-passi meħtieġa biex Amlodopine u mediċini oħra jkunu jistgħu jitqassmu mill-ispiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola primarja tal-Belt Valletta jirriżulta li hemm nuqqasijiet serji għal dak li jirrigwarda tindif?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat mill-Kap ta' l-Iskola li l-Istaff jiġi mogħti kull tip ta' stationery li jitlob inkluż, blue tack, imqassijiet, gem markers, transparent tape, foolscaps, drawing pins, rubber bands etċ.
Kull membru ta' l-istaff għandu għażla ta' biros ta' erba' kuluri differenti kif ukoll ta' ħxuna differenti. B'kollox l-iskola tipprovdi sitt tipi differenti ta' biros, li minnhom kull membru ta' l-istaff jista jieħu kemm ikollu bżonn.
Hemm 4 caretakers fl-iskola tal-Belt li normalment ilaħħqu sewwa max-xogħol ta' tindif. Fil-preżent għaddej xi xogħol ta' manutenzjoni li jitlob aktar xogħol ta' tindif. Hu maħsub li meta jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni jsir it-tindif li normalment isir wara kull manutenzjoni.