Legislature:
Category:
Reset
Active:

Air Malta — Impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-linja ta' l-ajru Air Malta: (i) jekk sarux intervisti għal promozzjonijiet f'dawn l-aħħar sitt xhur u x'irriżulta minnhom? (ii) se jiġu mogħtija mpjiegi permanenti part-time cabin crew u part-time loaders li ġew ingaġġati f'dawn l-aħħar snin? (iii) Hemm ħsieb li jiġu mpjegati air hostesses fiż-żmien li ġej? Jekk fl-affermattiv, x'ikunu l-kwalifiki meħtieġa? (iv) Kemm kienu applikaw u kemm kienu ntgħażlu technicians f'dawn l-aħħar snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Malta International Airport — Customer care assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu joħorġu applikazzjonijiet għal customer care assistants fil-Malta International Airport? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara l-merger ta' l-M.I.A. mad-D.C.A. fl-1 ta' Mejju 1998, ma kien sar l-ebda xogħol fuq l-użu nazzjonali tar-riżorsi umani. Dan ix-xogħol beda riċentement u għadu kmieni biex wieħed jgħid minn issa x'ser ikunu l-ħtiġijiet fit-tul tal-kumpanija għall-Customer Care Assistants.

Valletta — Dwal fi Triq Merkanti

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-istreet light fi Triq il-Merkanti, il-Belt, fejn il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jien infurmat li t-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #2227 Sitting 24 1998-12-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Mediċina COZAAR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tiġi approvata l-mediċina COZAAR lill-persuna li n-numru ta' l-identita' tagħha qed jintbagħat separatament peress li dan il-każ ilu mressaq minn speċjalisti tad-dipartiment tal-mediċina madwar sitt xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-każ imsemmi kien ġie kkunsidrat mid-Drugs and Therapeutics Committee f'Ottubru 1998. Peress li ma kienx hemm informazzjoni biżżejjed, il-każ ġie riferut lill-konsulent tal-pazjenta. Peress li ma kienx hemm feedback mill-konsulent lill-kumitat, il-każ ma setax jiġi segwit. Kien biss fl-4 ta' Diċembru li għadda li d-Drugs and Therapeutics Committee sar jaf bl-informazzjoni neċessarja u fil-fatt irrakkomanda din il-mediċina. Il-każ issa ġie mressaq għall-approvazzjoni lill-A/CGMO.

Djar — Appartaamenti ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jinbnew appartamenti ġodda fil-Belt u fil-Furjana fiż-żmien li ġej? F'liema każijiet diġa' hemm approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Inxtrat proprjeta' mingħand il-privat f'dawn iż-żewġ lokalitajiet bil-għan ta' restawr jew slum clearance (għal skop residenzjali) mill-Awtorita' tad-Djar f'dawn l-aħħar snin? Jekk fl-affermattiv, fejn u kemm swiet u meta hu maħsub li jinbdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti ppjanati għal Belt huma tlieta: St Ursola Street/Old Wells Street 24 units 91, Merchants Street 4 units 140, Merchants Street 6 units Il-progetti għal Furjana huma tnejn: Argotti Street/Lion Street 11 units 20 - 24, Capuchins Street 4 units Il-ħames proġetti huma kollha koperti bil-permessi tal-bini ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Il-proprjeta' hija kollha esproprijata mill-privat bl-eċċezzjoni ta' 140, Merchants Street, li hija proprjeta' ta' l-Uffiċċju Konġunt. 7.12.98

Enemalta — Power Station tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandha l-Korporazzjoni Enemalta sabiex jonqos it-tniġġiż mill-Power Station tal-Marsa? Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar analiżi tad-diversi gassijiet tossiċi, kemm kienu u jekk kenux f'livell aċċettabbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment tas-Saħħa — Applikazzjonijiet għad-djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti fl-aħħar ta' Novembru 1998 għal: (i) dħul f'San Vinċenz; (ii) dħul fi djar ta' l-anzjani tal-gvern? Kemm minnhom joqogħdu (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) u l-Pieta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 682 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fir-Residenza ta' San Vinċenz. Minn dawn kien hemm 20 mill-Belt, 36 mill-Ħamrun, 10 mill-Furjana u 10 mill-Pieta'. Sa l-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 575 anzjan li kienu qed jistennew biex jidħlu fid-Djar ta' l-Anzjani tal-Gvern. Minn dawn kien hemm 26 mill-Belt, 32 mill-Ħamrun, 13 mill-Furjana u 8 mill-Pieta'. 7.12.98

Impiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu qed jirreġistraw nies għax-xogħol fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Settembru 1998 kien ta' 7,184. Minn dawn kien hemm 250 joqgħodu l-Belt, 292 joqgħodu il-Ħamrun, 69 joqgħodu il-Furjana u 62 joqgħodu il-Pieta'. L-aħħar figuri ppubblikati huma ta' Settembru 1998. 7.12.98

Djar — Akkomodazzjoni Alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għal akkomodazzjoni alternattiva fl-aħħar ta' Novembru 1998? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien hemm 3198 applikazzjoni pendenti quddiem id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, li fosthom kien hemm 331 li saru minn applikanti mill-Belt Valletta, 144 li saru minn applikanti mill-Hmarun, 78 li saru minn applikanti mill-Furjana u 26 saru minn applikanti mill-Pieta'. 7.12.98
Leg 9 PQ #2221 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni maqbuda bid-drogi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn Jannar sa Novembru 1998 kemm tressqu nies il-qorti minħabba pussess/traffikar ta' drogi? Kemm minnhom joqogħdu: (i) il-Belt; (ii) il-Ħamrun; (iii) il-Furjana; (iv) il-Pieta?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2078 f'Seduta 20. Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija hu kif ġej : - Lokalita' Numru ta' persuni --------- ---------------- Valletta 15 Ħamrun 2 Floriana 3 Pieta' 7 07.12.98pm

Port Workers Scheme — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Port Workers Scheme jekk hemmx xi restrizzjoni ta' żmien li fih impjieg jista' jintiret minn wieħed mill-ulied tal-ħaddiema tax-xatt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond ir-Regolament dwar il-Ħaddiema tal-Port 1993, l-eliġibilta għall-mili ta` vakanza hija limitata għall-iben, jew għall-akbar mill-eta` minn fost l-ulied subien, ta` ħaddiem tal-port li kien reġistrat bħala tali fis-17 ta` Settembru, 1990, u li jirtira jew li jgħaddi bord mediku skond id-disposizzjoni ta` dawn ir-regolamenti jew li jmut.
Leg 9 PQ #2211 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u fl-istess żmien is-sena l-oħra għal dak li jirrigwarda mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Flus li tħallsu mid-Dipartiment fuq xiri ta' mediċini fl-ewwel 11-il xahar ta' din is-sena u s-sena l-oħra kienu dawn: Sena Perjodu LM __________________________________________________ 1997 01-Jan-97 sa 30-Nov-97 6737,812 (*) 1998 01-Jan-98 sa 30-Nov-98 6,377,896 (#) __________________________________________________ __ (*) Iċ-ċifra tikkorispondi maċ-ċifri uffiċjali kif jidhru fil-kotba tat-Teżor. (#) Din iċ-ċifra hija estimu peress li r-rikonċiljazzjoni mat-Teżor għax-xahar ta' Novembru għada ma saritx.
Leg 9 PQ #2212 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tlaqqim kontra l-Hepatitis B

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema tfal ta' l-iskola qed jitlaqqmu kontra l-Hepatitis B mid-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm tlaqqmu tfal s'issa? Kemm sewa dan it-tilqim?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-programm ta'tilqim fl-iskejjel kontra l-Hepatitis B isir fil-ħames sena tal-iskola primarja. Dan il-programm jinkludi l-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja kif ukoll dawk privati. Fis-sena skolastika 1997-98 kienu tlaqqmu 82% ta' dawk eliġibbli. Il-programm ta' din is-sena għadu għaddej u għalhekk mhux possibli li wieħed jgħid kemm tlaqqmu tfal.
Leg 9 PQ #2213 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' Haemophilis Influenzae Type B (HIB) meningitis mindu d-Dipartiment tas-Saħħa sar joffri dan il-tilqim b'xejn? Kemm kien qed ikun hemm minn dawn il-każijiet qabel, sena b'sena? Kemm sewa dan it-tilqim, sena b'sena mindu sar jingħata fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana?

Response (DEGUARA, LOUIS)

It-tilqim tal-Haemophilis Influenzae Type B (HIB) bdiet tingħata b'xejn mid-Dipartiment tas-Saħħa mill-20 ta' Ġunju 1996. Minn dak iż-żmien sa llum kellna żewġ każi konfermati ta' Meningite kaġunata mill-HIB. Iż-żewġ każi seħħew din is-sena (1998). Fit-tabella t'hawn taħt tidher statistika li turi sena b'sena kemm kellna każi ta' Meningite kaġunata minn Haemophilis Influenzae f'residenti Maltin mill-1990 sa l-aħħar ta' Novembru 1998. Sena Nru. ta' każi _________________________________ 1990 2 1991 2 1992 2 1993 2 1994 4 1995 - 1996 1 1997 - sa Novembru 1998 2 ____________________________________ Għal dan it-tilqim fl-1996 ntefqet is-somma ta' Lm16,101.78 u fl-1997 ntefqet is-somma ta' Lm26,210.22.
Leg 9 PQ #2216 Sitting 22 1998-12-07 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gassijiet tossiċi

Question

Jista' l-Ministru jibda jara li jsiru analiżi tad-diversi gassijiet tossiċi minħabba l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa bħalma tagħmel il-Korporazzjoni Enemalta fil-każ tal-Power Station tagħha peress li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu jkun minn ta' l-ewwel biex jagħti eżempju għal dak li jirrigwarda tniġġis ta' l-arja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tas-Saħħa qed jistudja x'metodi ta' analiżi għall-gassijiet tossiċi f'arja jistgħu jsiru f'akwati ta' madwar l-inċineratur ta' l-Isptar San Luqa.

Sptar San Luqa — Ditta responsabbli mit-tindif

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1579 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u ċioe' jgħid jekk jafx li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ħlas lill-ħaddiema meta jkunu morda u ħlas lill-ħaddiema b'rata ta' 'overtime' meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa hu possibbli permess ta' regolamenti li joħorġu minn 'Wages Councils' jew minn kundizzjonijiet' miftehma f''Collective Agreement'. Id-ditti tal-'Cleaning Services' għadhom ma jaqgħux taħt 'Wages Councils' u għalhekk mhumiex koperti b'benefiċċji oħrajn minbarra l-'leave' b'vaganza u l-paga minima li huma ġa regolati b''National Standard Orders'. Qiegħed nara x'jista jsir biex is-sistema ta' 'National Standard Orders' tiġi estiża biex tkopri benefiċċji oħrajn minbarra dawk li huma ġa regolati b' 'National Standard Orders'. Madankollu, jien informat li l-ispetturi tad-Dipartiment tax-Xogħol qed jinvestiga il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-'Cleaners' fl-Isptar San Luqa. 3.12.98

Valletta — Street light

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli tinbidel l-istreet light bil-ħsara f'Melita Street kantuniera ma' St Paul Street, Valletta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bozza imsemmija, mhux bil-ħsara, iżda l-iscaffolding li hemm madwarha qed itellef id-dawl li titfa'.
Leg 9 PQ #1804 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Psychiatric nurses

Question

Jikkonferma l-Ministru li hawn nuqqas ta' psychiatric nurses? X'qed iżomm lid-dipartiment milli jimpjega infermiera speċjalizzati f'dan il-qasam li applikaw biex jaħdmu fl-istess dipartiment f'dawn l-aħħar żmenijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iż-żewġ infermiera li speċjalizzaw f'dan il-qasam dan l-aħħar ma jistgħux jaħdmu għax għadhom m'humiex reġistrati man-Nursing and Midwifery Board skond il-liġi. Dan ġara għax huma stess ma marrux japplikaw għar-reġistrazzjoni ma' l-istess Board.

Marsa — Asfaltar ta' Triq Ħal Qormi

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'idejn min hi r-responsabbilta' sabiex jingħata wiċċ ġdid ta' tarmac lil Qormi Road, Marsa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-patching f`Qormi Road huwa responsabilita` tal-Kunsill Lokali. Madankollu peress li din it-triq fiha ħafna ħsara ser ikollha tinqala` biex issir mill-ġdid u għalhekk tajt struzzjoni lid-Dipartiment tat-Toroq biex jieħu ħsieb jagħmel dan ix-xogħol.
Leg 9 PQ #1576 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Diskoteki — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose irriżulta f'diskoteki jew postijiet simili ta' divertiment, xahar b'xahar f'din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali? Kemm minn dawn il-każijiet irriżultaw f'taħrik ta' pushers minħabba traffikar ta' droga? X'tip ta' droga ġiet abbużata, każ b'każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1998, sas-17 ta' Novembru, kien hemm żewġ każijiet ta' overdose konnessi ma' diskoteki, f'Awissu u f'Novembru, li t-tnejn irriżultaw fatali. Għalkemm ir-riżultati tossikoloġiċi għadhom ma ħarġux, il-pulizija nediet l-investigazzjonijiet tagħha fuq is-suspett li l-kawża tal-imwiet kienet dovuta għal abbuż ta' 'ecstasy'. L-investigazzjonijiet dwar iż-żewg każijiet għadhom għaddejjin u sa issa ma tressaq ħadd il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tal-vittmi. Madanakollu, wara l-investigazzjonijiet relatati direttament ma' l-ewwel każ, tressqu xi nies il-Qorti akkużati bil-pussess ta' pilloli ecstasy kif ukoll tresqet persuna fuq traffikar ta' ecstasy. Dan il-każ għadu sub judice. Dwar it-tieni każ sejrin jitressqu diversi persuni l-Qorti akkużati bil-pussess ta' ecstasy u oħrajn fuq traffikar ta' ecstasy. 24.11.98