Jista' l-Ministru jgħid fejn tidħol il-Korporazzjoni Enemalta, mill-1990 'il hawn, kemm tressqu każijiet (u kemm-il wieħed intrebaħ mill-ħaddiema) quddiem: (i) l-Ombudsman; u (ii) il-Qrati?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw u f'liema kategoriji promozzjonijiet fil-Korporazzjoni Enemalta minn Lulju sal-5 ta' Settembru, 1998? Ingħataw promozzjonijiet mingħajr sejħa għal applikazzjonijiet u jekk fl-affermattiv, lil min?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi rigward il-proġetti: (i) tat-teatru Rjal fil-Belt; (ii) Sea passenger terminal Xatt Pinto, Floriana; (iii) Connections?
Kemm ġew ivvotati flus fl-Estimi għal kull proġett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Proġett tat-Teatru Rjal huwa maqsum f'żewġ fażijiet, l-ewwel fażi hija dik ta' xogħol fuq St. James Cavalier liema xogħol huwa mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' l-1999. Il-flus ivvutati għal dan ix-xogħol għas-sena d-dieħla ilaħħqu s-somma ta' Lm680,000. F'dan il-perjodu ikunu qed isiru t-taħdidiet u l-pjanti dwar il-bini tat-Teatru Rjal.
M'hemmx flus ivvutati għal proġett 'Connections' u 'Sea Passenger Terminal' għax huwa maħsub li dawn il-proġetti jitwettqu mill-privat u bħalissa qegħdin jiġu evalwati l-offerti li ntefgħu biex jagħmlu dawn ix-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-proġett tal-Bus terminus fil-Belt, Valletta matul l-1999? Kemm ġew ivvotati flus fl-estimi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għas-sena d-dieħla qed tkun ivvotata nefqa kapitali ta` Lm100,000 biex f`każ li tittieħed xi deciżjoni finali għal din l-area, li trid tkun inkluża mat-tfassil tad-daħla għall-bieb il-Belt, ikun hemm il-flus disponibbli biex jinbeda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti huma ppjanati mill-VRP fil-Belt u l-Furjana matul l-1999?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta se jiffinalizza proġetti mibdija iżda mhux kompluti bħal ma huma dawk ta' Triq ir-Repubblika, restawr fil-Main Guard, restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti, ir-restawr ta' l-afresk tal-Paladini, restawr fil-Palazz, restawr fil-faċċata ta' Palazzo Castellania u tkomplija ta' xogħol fil-ġnien tal-Barrakka ta' Isfel.
Il-V.R.P. qed jippjana wkoll li jibda l-proġett ta' pavimentar fil-ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, li jagħmel security fencing fil-mafkar tat-Tieni Gwerra Dinjija, li jsir paviment fi Triq Teżorerija, li jkompli jdawwal bini importanti u jagħmel sistema ta' identifikazzjoni ta' bini importanti.
Għar-rigward tal-Floriana, il-V.R.P. beħsiebu jkompli bil-proġett tal-ġnien KGV, jagħmel xogħol ta' tibjid taħt l-arkati ta' Triq Sant'Anna, issir kompetizzjoni għal disinn għall-upgrading ta' l-inħawi ta' Triq Sant'Anna u jiġi ppjanat Floriana Heritage Trail.
Ċimiterju Santa Marija Addolorata — Toroq ta' madwar
Question
Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lit-toroq ta' madwar iċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq arterjali madwar iċ-ċimiterju jinstabu fi stat tajjeb ħlief parti minn Triq il-Kunsill ta` l-Ewropa li fiha ser isir patching. It-toroq l-oħra fil-lokal jista` jkun għandhom bżonn xi manutenzjoni u għalhekk id-Dipartiment tat-toroq irrefera is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lil Kunsill biex tkun tista` titieħed azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min għamel jew qed jagħmel xogħol ta' konsulenza mal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 u kemm tħallas kull konsulent u min awtorizza dawn il-konsulenzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet l-Internal Audit fil-Water Services Corporation u kemm tħallas overtime f'din is-section s'issa u minn kemm hi magħmula nies u lil min tirrapporta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk li għandhom il-mobile phone fil-WSC u fl-MDS Ltd u kemm kienet l-ispiża minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 għal kull mobile phone separatament u jekk kenitx assolutament bżonnjuża din l-ispiża?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli l-mediċina Quinine Sulphate preskritta mill-konsulent tal-pazjent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fit-13 ta' Lulju, 1998 għal perjodu ta' sena, tinħariġlu x-Schedule V form u tingħatalu din il-mediċina?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċina QUININE SULPHATE tingħata għat-trattament ta' kundizzjoni medika li mhix waħda mill-lista ta' mard elenkati fix-Schedule V.
Għaldaqstant, din il-mediċina ma tistax tingħata fuq il-Kartuna s-Safra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi żviluppi dwar il-possibbilta' ta' l-iżvilupp ta' racing track għall-isport tal-karozzi u muturi f'Ħal Far?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa ma hemmx żviluppi ġodda dwar il-possibilita' ta' l-iżvilupp ta' racing track għall-isport tal-karozzi u muturi f'Ħal Far. Madankollu talbiet ġodda għal faċilitajiet għal dawn l-isports qegħdin ikunu studjati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas u/jew għad fadallu jitħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal xogħol mad-Dipartiment/Ministeru li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jiena nfurmat li bejn id-29 ta' Novembru 1996 u Jannar 1998, it-Taqsima tax-Xogħlijiet ħallset lill-persuna msemmija is-somma ta' Lm7,274.65.
Wara Jannar 1998 din il-persuna bdiet titħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas u/jew se jitħallas il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għal xogħol li għamel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta u s-sussidjarji tagħha li isimhom qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Settembru 1998?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta li isimha qed jintbagħat separatament mill-Water Services Corporation minn Marzu 1997 sa Ottubru 1998 u min awtorizza dan l-infiq?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika — Ċertifikat ta' twelid ta' tarbija
Question
Jista' l -Prim Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Pubblika f'każ ta' ċertifikat ta' twelid ta' tarbija barra miż-żwieġ ma jirrikonoxxix isem missier it-tarbija, anke meta dan ikun magħruf u jkun hemm qbil dwar dan mill-partijiet kollha konċernati?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reġistrazzjoni tal-Att tat-Twelid ta' tarbija mwielda barra ż-żwieġ, hi regolata skond il-provvedimenti relattivi tal-Kodiċi Ċivili u l-Art. 20 tal-Att tal-1975 dwar iż-żwieġ.
Għalhekk, mhux il-każ li d-Dipartiment konċernat għandu xi poteri diskrezzjonali li jirrikonoxxi jew le l-paternita` ta' tarbija, anki fil-każ imsemmi fil-Mistoqsija.
09.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' tad-Djar tibda taċċetta applikazzjonijiet mingħand single mothers ta' eta' anqas minn 18-il sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar ser tistudja x'possibilita' hemm li dan is-suġġeriment jiġi attwat.
9.12.98
Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar — Slum clearance
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fondi substandard bl-indirizz 152 sa 154 Triq Sant'Ursola, il-Belt humiex inklużi fil-programm ta' slum clearance tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar? Jekk le, għaliex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif aktarx jaf l-Onor. Interpellant dan il-bini kien tkejjel ftit tas-snin ilu biex ikun inkluż fil-programm tas-'Slum Clearance'. Biss, wara d-diffikultajiet li nqalgħu ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fuq il-permess tal-bini bejn Triq Sant'Ursula u Triq il-Bjar, kien ġie deċiż li l-proġett jiġi abbandunat.
9.12.98
Peress li daħlet ix-xitwa u l-fond li l-indirizz tiegħu qed jintbagħat separatament għandu saqaf perikoluż, jista' l-Uffiċju Konġunt jagħti prijorita' lil dan il-każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li wara li f'Novembru 1998, l-inkwilina nfurmat lid-Dipartiment konċernat li taqbel li t-tiswijiet isiru mid-Dipartiment, beda l-proċess biex toħroġ sejħa għal-offerti biex isir ix-xogħol meħtieġ fil-fond li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
09.12.98(pm)
Jista' l-Ministru jgħid fil-Maltapost: (i) x'irriżulta mill-intervisti li kienu saru għal uffiċjali fl-Accounts Department? Kemm applikaw? Liema ntgħażlu u fuq liema kriterji? (ii) Hu maħsub li jkun hemm sejħa għal applikazzjonijiet għal postwomen/postmen fiż-żmien li ġej?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.