Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun irranġat il-berthing site f'Coal Wharf, Ras Ħanżir, il-Marsa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima għadha kemm temmet l-ewwel fażi fuq il-proġett ta` `Coal Wharf` u ċioe dak ta` tindif taż-żona ta` madwar. L-Awtorita` Marittima issa se tikkonsidra x`inhuma l-aħjar miżuri li għandhom jittieħdu flimkien ma ` l-ispiża neċessarja sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq dan il-moll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Awtorita' tad-Djar toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal djar/appartamenti bil-kera anke fil-każ ta' l-għarajjes fil-futur qrib? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jiġri dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Hu ppjanat li aktar tard din is-sena jinħarġu postijiet bil-kera.
Fil-każ ta' koppja għarajjes, sal-lum dawn setgħu japplikaw għall-postijiet b'bejgħ. Madanakollu, fil-ħarġa li jmiss, il-possibilta' li koppja għarajjes jiġu allokati postijiet b'kera tkun kunsidrata.
15.3.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu djar fil-Furjana mill-aħħar elezzjoni ġenerali 'il hawn? Kemm minnhom tqassmu lil evictees tas-slum clearance project fil-Furjana stess? Hijiex tingħata xi priorita' lil dawn l-evictees?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi tul iż-żmien indikat fil-Furjana saru żewġ allokazzjonijiet. Dan kien wara talba ta' bdil mill-inkwilini bejniethom
15.3.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħtieġa li jiġu mpjegati air hostesses ġodda mal-kumpannija Air Malta fiż-żmien li ġej? Jekk fl-affermattiv, meta se toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet u x'se jkunu l-pre requisites għar-rigward ta' eta' u kwalifiki? Meta daħlu l-aħħar full time air hostesses? Kemm daħlu u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħalma tagħmel kull sena, l-Air Malta bħalissa għaddejja bil-proċess ta' reklutaġġ ta' Air Hostesses fuq bażi temporanja biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda fit-traffiku matul ix-xhur tas-Sajf. Għal dan il-għan saret talba lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u qegħdin isiru l-intervisti tal-kandidati mibgħuta mill-Korporazzjoni.
Ġeneralment il-Kwalifiki huma dawk li jintalbu s-soltu, jiġifieri eta` minima ta' 18-il sena u 5 passes fil-Livell Ordinarju jew Matsec.
L-aħħar ingaġġ ta' 15-il Air Hostess fuq bażi regolari sar fl-1 ta' Frar 1997. Dawn l-Air Hostesses qabel kienu mpjegati fuq bażi part-time. Il-kwalifiki mitluba meta sar dan l-ingaġġ kienu l-istess bħal dawk imsemmija aktar il-fuq.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx limiti ta' dħul finanzjarju sabiex familja tibbenefika mill-iskema ta' għajnuna finanzjarja għall-irranġar ta' periklu ta' l-Awtorita' tad-Djar? Jekk fl-affermattiv, kemm hu dan il-limitu? Dan jinkludi d-dħul finanzjarju tat-tfal ta' l-applikant? Hemm ħsieb li dan ma jibqax isir, b'mod partikolari fil-każ ta' pensjonanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
22.2.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati housing units mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali mill-bidla fil-gvern 'l hawn? F'liema bliet u rħula kienu dawn il-housing units? Fejn kienu joqogħdu dawk li ġew allokati dawn il-housing units? F'liema kategorija ta' "raġuni għal talba għal akkomodazzjoni alternattiva" kienu dawk li ġew allokati dawn il-housing units?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jara r-risposta għall-Mistoqsija nru. 4129.
2.2.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average number ta' passiġġieri li jgħaddu mid-Dwana kuljum fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal f'Pinto Wharf, Floriana? Kemm hu n-numru ta' fizzjali tad-Dwana f'kull ħin fl-ajruport u fis-Sea Passenger Terminal, f'Pinto Wharf, Floriana?
Response (DALLI, JOHN)
Matul is-sena li għaddiet waslu Malta bejn wieħed u ieħor 4166 u 529 passiġġieri kuljum bl-ajru u bil-baħar rispettivament.
In-numru ta` fizzjali li jkunu xogħol fis-Sala tal-Arrivi fl-Ajruport huwa ta` sitta (6) pero ġieli jkun hemm xi ġranet li dan in-numru jkun anqas minħabba il-`vacation` jew is-`sick leave`.
Fis-Sea Passenger Terminal in-numru ta` fizzjali huwa tlieta (3) pero waqt l-eżami tal-passiġġieri dan in-numru jiżdied skond l-ammont ta` passiġġieri li jkunu waslu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikulta' biex l-inkwilini li joqogħdu fil-Housing Estate f'Tar-Rabbat, Ħamrun, japplikaw għall-iskema ta' l-Awtorita' tad-Djar li tintitolahom jixtru l-appartament tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Permezz ta' l-emendi li saru fis-19 ta' Jannar 1999 għall-Skema 'I', inkwilini li joqgħodu fil-Housing Estate, tar-Rabbat, Ħamrun (dejjem jekk l-art li hemm mibnija fuqha dawn l-propretajiet għada ma hiex proprjeta' tal-Gvern imma qegħda f'kors ta' akkwist) jistgħu japplikaw biex jakkwistaw ir-resiedenza tagħhom, dejjem jekk huma jikkwalifikaw taħt il-kundizzjonijiet ta' l-iskema.
Fuq il-ftehim, l-inkwilini jħallsu lill-Awtorita' tad-Djar il-prezz tar-residenza u fl-istess ħin jiefqu milli jħallsu l-kera fuq il-post.
2.2.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk fis-suq tal-Belt jistax jerġa' jibda jkun hemm watchman b'mod regolari? Jista' jgħid ukoll jekk tistax tiġi studjata l-possibbilta' li madwar is-suq ikun hemm parking meters bħala inċentiv sabiex aktar nies jitħajru jużaw dan is-suq anke għal xirjiet kbar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul il-ħinijiet u l-ġranet li s-Suq tal-Belt ikun miftuħ, ikun hemm watchman.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferiha lill-Ministru konċernat.
02.02.99
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu beda l-proġett pilota dwar bini perikoluż fil-Kottonera, il-Belt u l-Floriana mill-Awtorita' tad-Djar; (i) kemm saru spezzjonijiet fid-djar; (ii) kemm minnhom irriżultaw li l-inkwilini jippreferu akkomodazzjoni alternattiva għal tiswijiet fl-istess fond; (iii) kemm minnhom aċċettaw li jsirulhom tiswijiet fl-istess fondi; u (iv) fl-aħħar mill-aħħar liema huma l-kriterji li se jiddeterminaw x'se jiġri f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-informazzjoni fuq il-lokalitajiet kollha msemmija tkun finaliżżata fi ftit tal-jiem oħra, tingħata risposta aktar tard.
2.2.99
Peress li l-Valletta Rehabilitation Committee hu responsabbli għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-rappreżentanza ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet f'dan il-kumitat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Belt Valletta bħalissa jinsab xolt u l-membri fuq dan il-Kumitat għad iridu jinħatru.
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sabiex il-pitrolju mraħħas ma jintużax bħala fuel għat-trasport pubbliku?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita` għat-Trasport qed tinvestiga l-miżuri neċessarji biex jerġgħu jibdew isiru spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-karozzi tal-linja.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jiġu ngaġġati local wardens mill-kunsilli lokali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Is-servizzi tal-local wardens hija parti fl-iskema tad-
devoluzzjoni ta` l-infurzar tal-liġijiet.
Din l-iskema tiġi ntrodotta meta l-Kunsilli jkollhom l-
infrastruttura neċessarja biex verament ikunu jistgħu
jeżerċitaw b'mod effettiv id-delega ta` l-infurzar tal-
liġijiet. Il-mira hi li din is-sena jkun possibbli li dan
iseħħ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħal revenue l-Malta Maritime Authority mir-reġistrazzjoni ta' vapuri taħt il-bandiera Maltija?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat skond l-`audited financial statements` ta` l-Awtorita` Marittima ta` Malta għas-sena li għalqet 30 ta` Settembru 1998, id-dħul ta` l-Awtorita` ma` l-attivita` konnessa ma` registrazzjoni ta` vapuri taħt il-bandiera Maltija kien jammonta għal Lm2,895,155.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni b'diżabilita' taħt is-60 sena għal dawn is-servizzi u kemm minnhom ingħatalhom sena b'sena mindu l-persuni b'diżabilita' saru ntitolati għalihom: (i) Home help; (ii) telecare; (iii) servizz dwar inkontinenza; (iv) servizz ta' handyman; u (v) meals on wheels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiddispjaċini ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew ikkuntattjati s-sections kollha msemmija fil-mistoqsija tiegħu, instab li ma tinżammx statistika ta' applikazzjonijiet fejn toħroġ jekk l-applikant kienx "disabled" jew le. Sabiex tinġabar din l-informazzjoni llum, rridu mmorru lura xi seba jew tmin snin, u jeħtieġ li wieħed irid ifittex eluf ta' applikazzjonijiet sabiex jara x'kienet il-pożizjoni ta' l-applikant dak inhar li applika.
Ma nħossx li din il-biċċa xogħol kbira għandha ssir illum.
13.1.99
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu jsir sabiex is-saqaf tat-Turretta fil-Palazz, il-Belt ma jibqax fi stat ta' periklu għall-ħaddiema tal-AFM?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li diġa sar xogħol ta' manutenzjoni fit-
Turetta fil-Palazz fl-aħħar ta' Diċembru 1998, fejn sar
xogħol ta' waterproofing tas-soqfa. Xogħlijiet oħra
meħtieġa ser isiru mill-iżjed fis possibli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kwalifiki li bihom refuġjat jista' jibqa' residenti f'pajjiżna?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li persuna f'Malta li tiġi dikjarata bħala refuġjata mill-U.N.H.C.R. tiġġeddilha l-visa minn żmien għal żmien biex tkun tista' tibqa' f'Malta sakemm titlaq lejn il-pajjiż li jaċċettha biex tgħix fih.
11.01.99