Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2279 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AG — Cleaners

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu passi sabiex jiġi aċċertat li jkun hemm cleaners fl-uffiċini ta' l-Avukat Ġenerali tal-Main Guard faċċata tal-Palazz, peress li f'dan il-bini ilu ma jkun hemm tindif minn cleaners sa minn Ottubru 1996 u tali tindif huwa ormai impellenti u noċiv għas-saħħa ta' l-impjegati?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjonijiet alternattivi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn persuni mill-Gudja, Raħal Ġdid, Tarxien, Santa Luċija u Marsa għal post alternattiv? Jista' l-Ministru jara li tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet u bl-indirizzi rispettivi ta' kull waħda minn dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi hemm 331 applikazzjoni pendenti mill-postijiet indikati mqassmin kif ġej: Gudja 8 Paola 107 Tarxien 51 St. Luċija 50 Marsa 115 Mhux il-każ li jiġu mxanndra l-ismijiet tal-applikanti minn dawn il-lokalitajiet. 7.12.98
Leg 9 PQ #2122 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gudja — Ġnien ta' Xlejli

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali u in vista tal-fatt tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1595, jgħid x'inhuwa l-pjan maħsub għal ġnien f'Ta' Xlejli, fil-Gudja? Meta huwa maħsub li dan il-ġnien jitlesta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onor Interpellant hu mitlub li jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru responsabbli peress illi l-ġnien imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabbilta` ta` dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #2123 Sitting 21 1998-12-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ombudsman — Każ Nru. 1855

Question

In vista tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1491, jista' l-Ministru jgħid fiex fil-prattika u fid-dettall, kienu jikkonsistu l-passi li ħadet l-Awtorita' ta' l-Ipjanar biex twettqu r-rakkmandazzjonijiet ta' l-Ombudsman fil-każ Nru. 1855? Jekk l-Awtorita' ta' l-Ippjanar laqgħet tali rakkmandazzjonijiet, sa meta se jittieħdu l-passi idonei sabiex tiġi rattifikata l-inġustizzja konnessa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata ngħatat il-ħatra b`effett mill-1 t`Ottubru, 1996. L-arretrati dovuti jitħallsu mas-salarju ta` Diċembru, 1998. 04.12.98
Leg 9 PQ #1307 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Transport Section

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma allegazzjonijiet li l-konsum tal-fuel mit-Transport Section ta' l-Isptar Monte Carmeli irdoppja bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 meta mqabbel ma' l-istess perjodu taż-żmien ta' qabel? Jekk dan hu minnu, jista' l-Ministru jikkonferma li din iż-żieda kienet reġistrata meta x-xogħol kien naqas drastikament? Jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn statistika ta` konsum ta` fuel mit-Transport Section ta` l-Isptar Monte Carmeli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, ma jidhirx li l-konsum irdoppja.

Maltacom — Performance contract

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-performance contract tal-General Manager u Credit Controller tal-Maltacom? Id-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament.

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Telemalta/Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati mat-Telemalta f'Ottubru 1996 u mal-Maltacom f'Ottubru 1998? Kemm impjegati spiċċaw bl-eta', mewt jew kawżi oħra matul l-istess żmien? Kemm ġew impjagati nies matul l-istess żmien jew seconded minn mad-dipartimenti tal-gvern jew kumpanniji li l-gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma jew sempliċi ishma? Għal liema raġuni ġew seconded jew fuq liema kriterji ġew ingaġġati? Setgħu dawn il-vacancies jimtlew mill-ħaddiema tal-Maltacom stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Early retirement scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Maltacom ibbenefikaw mill-early retirement scheme tal-Maltacom u kemm hemm applikazzjonijiet li fil-preżent qed jiġu pproċessati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1491 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ombudsman — Każ Numru 1855

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-Ombudsman fil-każ numru 1855 kien irrikmanda li tiġi ratifikata l-inġustizzja fil-konfront tal-complainant u dan fil-konklużjoni tiegħu ta' l-20 ta' Novembru 1997, jista' jikkonferma li se jittieħdu l-passi meħtieġa? Jista' jiġi kkonfermat li l-Ombudsman kien anke uża d-diskrezzjoni tiegħu u bagħat kopja tar-rakkmandazzjoni tiegħu lill-Prim Ministru? Jista' jiġi spjegat għaliex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar baqgħet sal-lum inadempjanti u ma tatx widen għar-rakkmandazzjoni ta' l-Ombudsman?

Response (BORG, TONIO)

Fuq talba ta' l-Ombudsman, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ikkunsidrat il-każ imsemmi u laqgħat ir-rakkomandazzjoni ta' l-Ombudsman. Kemm l-Ombudsman kif ukoll l-impjegat ġew infurmati bid-deċiżjoni. Qed jiġu studjati x'passi ser jittieħdu. 25.11.98

Gudja — Ġnien Ta' Xlejli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal ġnien f'Ta' Xlejli, fil-Gudja? Meta huwa maħsub li dan il-ġnien jitlesta u f'idejn min huwa fdat dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ġnien f'ta' Xlejli fil-Gudja jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u għalhekk, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ħal-Tarxien — Triq Ċikku Saliba

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar ta' Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Ħal-Tarxien — Triq Pawlu Schembri

Question

JIsta' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Pawlu Schembri, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq it-Tramuntana

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq it-Tramumtana, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu mqegħda fil-post.

Tarxien — Triq Dun Gwann Mamo

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Dun Gwann Mamo, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq l-Imqades tal-Qedem

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq l-Imqades tal-Qedem, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq għadu kif tlesta.

Wied Inċita — Ġarr ta' ħamrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont, xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 1998 sal-5 ta' Settembru 1998, ta' kemm-il vjaġġ ħamrija mill-masġar tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Wied Inċita sar? B'kollox kemm-il jarda jew metru kubu ħamrija inġarret mill-masġar u għal liema destinazzjoni? Min kien il-kuntrattur li ttrasporta din il-ħamrija u kif intgħażel? Kemm tħallas/tħallsu b'kollox dan/dawn il-kuntrattur/i?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-file tad-Dipartiment li jikkonċerna dan il-każ, huwa stmat li nġarrew madwar 27,609 jardi kubi ħamrija. għada qed issir verifikazzjoni tad-destinazzjoni ta' din il-ħamrija. Mis-sejħa għall-offerti ntgħażlu s-sur P. Camilleri (Mosta), s-sur V.Vella (Burmarrad) u s-sur T. Portelli (Rabat) għat-trasport ta' ħamrija u s-sur J.Borg (Rabat) għax-xogħol ta' gaffa, skond ir-risposta għall-quotations li kienu saru. Dawn l-offerti kienu l-orħos. Għalkemm ġew ippreżentati ħames kontijiet li jammontaw għal Lm11,795.50 għall-ġarr ta' ħamrija u żewġ kontijiet għal Lm4,131 għax-xogħol ta' gaffa, mhux ser isir ħlas qabel ma jkunu verifikati d-dettalji tax-xogħol kollu. Ma kienx hemm flus ivvotati għal dan il-għan. Għaldaqstant kull ħlas li għandu jsir wara il-verifikazzjjoni meħtieġa ikun jista' jsir biss mill-voti tas-sena d-dieħla. Din hija indikazzjoni li dan ix-xogħol kien eżerċizzju ta' propaganda ta' qabel l-elezzjoni.
Leg 9 PQ #1386 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżerija tal-Gvern — Prodotti gluten free

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjega għaliex pazjenti li jieħdu prodotti gluten free mill-Ispiżerija tal-Gvern tal-Mosta ilhom kważi xahrejn ma jingħatalhom il-ħobż li kienu qed jieħdu gluten free?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nuqqas ta' hobż `Gluten Free' fl-ispiżerija tal-Gvern tal-Mosta ġiet kkawżata minn problema fil-kwalita' tal-prodotti meta waslet l-aħħar konsenja. Sakemm din is-sitwazzjoni tiġi rregolarizzata l-ispiżeriji tal-Gvern ingħatawlhom struzzjonijiet biex il-pazjenti ntitolati għall-prodotti `Gluten Free' jingħataw ammont ekwivalenti ta' dqiq 'Gluten Free'.

Ħal-Tarxien — Triq id-Dar tal-Kejka

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar ta' Triq id-Dar tal-Kejka f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ix-xogħol indikat mill-Onor Interpellant ser isir skond il-prijorita tad-Dipartiment.