Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6128 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Luċija — Kappella

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huma l-ġranet ta' ftuħ tal-kappella ta' Sta. Luċija li tinstab inti u dieħel il-Gudja mit-triq Tal-Barrani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'huwiex bl-ebda mod responsabbli tal-Kappella ta' Santa Luċija. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi diretta lill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija.
Leg 9 PQ #6129 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Barrani — Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-oqbra li nstabu taħt it-triq f'Tal-Barrani, limiti ta' Ħal Tarxien liema oqbra kienu ġew distrutti bħala ta' valur storiku? Jaħseb il-Ministru li tali fdalijiet wara li jkun sar l-istudju u l-aċċertamenti neċessarji, għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal żewġ oqbra Rumani li nstabu taħt it-Triq tal-Barrani. Informat li dan il-monument arkeoloġiku ġie skavat u studjat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-sajf tal-1993. L-istess Dipartiment kien ħejja proġett sabiex is-sit ikollu aċċess għal skopijiet tekniċi biss. Iżda dan il-proġett qatt ma sar minħabba li ma kienx aċċettat mid-Dipartiment tat-Toroq. Illum dan is-sit mgħotti mill-ġdid taħt it-triq tal-Barrani.

Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-artiklu 2(ċ) ta' l-Att 28 ta' l-1994 (Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur) fir-rigward ta' dipartimenti governattivi jew korporazzjonijiet parastatali li jaqgħu taħt il-kappa tad-definizzjoni ta' trader ġiex fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, meta? Jekk le, huwiex maħsub li sa ċertu data prospettiva dan jiġi fis-seħħ għall-aħjar ħarsien tal-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onor. Interpellant ried jirreferi għall-artiklu 2 (b) u r-risposta qed tingħata f'dan is-sens. L-artiklu 2(b) ta' l-Att 28 ta' l-1994 (Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur) ġie fis-seħħ 'in parte' fl-1 ta' Ottubru, 1997 permezz ta' Avviż Legali Nru 109 ta' 1997 fejn il-Prim Ministru stabbilixxa li l-korporazzjonijiet pubbliċi li isimhom jidher hawn taħt, jipprovdu oġġetti jew servizzi lill-konsumatur bi ħlas għandhom jitqiesu bħala kummerċjant għall-finijiet ta' dan l-Att:- Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta Tarzna ta' Malta Korporazzjoni Telemalta Enemalta Port Ħieles Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ Korporazzjoni għas-Servizz ta' l-Ilma.

Raħal Ġdid — Triq Valletta

Question

Wara li l-Ministru, korrettement u b'mod ċeleri, ħa l-miżuri u ta l-istruzzjonijiet idonei sabiex Triq Valletta ġewwa Raħal Ġdid tiġi maqlugħa mill-ġdid minħabba xogħol ħażin, jista' l-Ministru jagħti dawk id-direttivi neċessarji jew jagħti attenzjoni partikolari għall-fatt li l-kuntrattur in kwestjoni qed imexxi x-xogħol b'mod kajman esaġerat tant li qed jgħaddu ġranet sħaħ mingħajr ma jsir xejn b'inkonvenjent għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat li x-xogħol tat-triq issa tlesta.
Leg 9 PQ #5988 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm hemm studenti fl-Universita' li ġejjin minn Raħal Ġdid, Gudja, Tarxien, Marsa u Sta. Luċija, raħal b'raħal? X'inhu s-sess tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita' li ġejjin mill-postijiet mitluba huma dawn: Irġiel Nisa Raħal il-Ġdid 63 68 Gudja 14 23 Tarxien 87 82 Marsa 16 20 Sta Luċia 33 41

Qrati — Sistema ta' protezzjoni ta' xhieda

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru, in vista ta' l-iżviluppi li qed iseħħu fi ħdan il-Kumitat ta' l-Esperti Penalisti tal-Kunsill ta' l-Ewropa, li f'Malta tiġi ntrodotta sistema ta' protezzjoni ta' xhieda fi proċessi kriminali revrittivi, bħal, per eżempju, voice transformers u audio visual links bejn xhud u l-Qorti?

Response (GATT, AUSTIN)

Hu diffiċili li tiġi mistura l-identita` ta` xhud peress illi jekk isir hekk l-akkużat jista` jitnaqqaslu d-dritt tiegħu għal proċess xieraq. La darba l-identita` tkun magħrufa ` voice transformers` u ` audio visual links` huma ta` utilita` ferm żgħira bħala protezzjoni lil xhud. Għandu jingħad pero illi l-Pulizija fejn ikollha suspetti li xhud jista` jkun mhedded dejjem tagħti l-protezzjoni fizika li fil-kaz tkun meħtieġa.

Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonsidra li titwaqqaf struttura, tipo kumitat jew kummissjoni, ifformata minn imħallef irtirat, l-Avukat Ġenerali u rappreżentanti tal-Kamra tar-Rappreżentanti sabiex jiġu studjati anomaliji f'liġijiet viġenti li wara sentenza tal-qorti jiġu dikjarati li jiksru l-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-procedura normali fil-każi msemmija mill-Onor. Interpellant hi li l-posizzjoni legali tiġi studjata mill-Avukat Generali li jipprepara l-abbozzi neċessarji biex jiġu preżentati fil-Kamra tar-Rapprezentanti. Il-problema f`dawn il-każi mhux tant l-analiżi legali tal-emendi meħtieġa iżda n-nuqqas ta `staff` fl-Uffiċċju tal-Avukat Generali.
Leg 9 PQ #6096 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Parkeġġ ħdejn l-iskola

Question

Jikkonsidra l-Ministru, in vista tar-risposta għad-domanda parlamentari numru 5981, li l-biċċa art kollha ħamrija li hemm fil-kantuniera bejn Triq Kaħwila u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija, ssir parking space sabiex il-mini vans tat-tfal tal-Junior Lyceum ta' Margaret Mortiner f'Santa Luċija jkollhom fejn jipparkjaw? Jista' jsir l-istess bil-biċċa art mhux mibnija, proprjeta' tal-gvern li hemm bejn Triq Kaħwila u Triq l-Istefanotis ġewwa Santa Luċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-biċċa art li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kaħwiela u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija li reċentement ġiet imħammla u mqatta' l-blat tagħha sejra tintuża biex fuqha jinbnew maisonettes ta' l-Awtorita' tad-Djar peress li l-art issejjaħ lill-istess Awtorita'. Fir-rigward tal-biċċa art mhux mibnija li hemm bejn Triq il-Kaħwiela u Triq l-Istefanotis ninsab infurmat li din ma tappartjenix lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Pero` wieħed irid iżid jgħid li għall-iskop ta' parking space għall-mini vans kif issottolineja l-Onor. Interpellant fid-domanda tiegħu, l-istess disinn ta' dan il-Liċeo tal-Bniet ħaseb għalih peress li madwar l-iskola teżisti "ring road" fl-istess preċint tagħha li la darba tkun żviluppata kollha toffri l-ispazju msemmi.

Tarzna — Slurry blasting

Question

Jista' l-Ministru jillumina lill-Kamra dwar x'jinvolvi l-proċess ta' "slurry blasting" li t-Tarzna għadha kif bdiet topera minflok "grit blasting"? Jista' jikkonferma li l-i"slurry blasting" hija aktar "environment friendly" mill-"grit blasting"? Jekk dan hu minnu, jista' jiġi ddikjarat li l-"grit blasting" mhux se jibqa' jintuża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-proċess tas-slurry blasting, flimkien mas-solid abrasive grit li qed jintuża bħalissa, jiġi sprejjat l-ilma minn nozzle speċjali. Permezz ta' din is-sistema, il-grit li joħroġ fl-arja bi pressa konsiderevoli, jinkesa bl-ilma sprejjat u b'hekk l-għabra li toħroġ fl-arja tiġi eliminata. Meta jkun meħtieġ xogħol ta' blasting, mhijiex it-Tarzna waħedha li tiddeċiedi jekk jintużax jew le is-slurry blasting, iżda jkun meħtieġ ukoll il-kunsens kemm tas-sidien tal-vapur kif ukoll tal-manifatturi taż-żebgħa.
Leg 9 PQ #5973 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Tarxien — Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Ħal Tarxien ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99

Benefiċċji — Maltin li jagħmlu xogħol ta' missjunarji

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jibdew jingħataw exemptions lil dawk il-Maltin miżżewġin u bit-tfal li jwettqu xogħol missjunarju barra minn Malta għal perijodu twil ta' żmien sabiex ma jibqgħux jiġu mċaħħda mic-Childrens' Allowance li jkunu ntitolati għalih waqt il-ħidma missjunarja volontarja barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra. 29.3.99

Santa Lucija — Parkeġġ ħdejn l-iskola

Question

Jikkonsidra l-Ministru li l-biċċa art kollha ħamrija li hemm fil-kantuniera bejn Triq Kaħwila u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija ssir parking space sabiex il-mini vans tat-tfal tal-Junior Lyceum ta' Margaret Mortimer f'Santa Lucija jkollhom fejn jipparkjaw? Jista' jsir l-istess bil-biċċa art mhux mibnija, proprjeta' tal-Gvern li hemm bejn Triq Kaħwila u Triq l-Istefanotis ġewwa Santa Luċija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-proġett qiegħed jitmexxa mid-Dipartiment ta` l-Edukazzjoni. L-Onor. Interpellant hu mitlub li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta — Electrical fitters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm electrical fitters bil-licences "A" u "B" impjegati mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' jgħid ukoll jekk hemm xi vacancies f'dan il-grad u f'tali każ meta huwa maħsub li jimtlew?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Enemalta għandha mpjegati magħha 78 electrical fitters bil-liċenzja A u 70 bil-liċenzja A u B. Jekk mill-eżerċizzju tal-Human Resource Audit jirriżulta li hemm vakanzi f`dan il-grad, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jimtlew tali vakanzi.
Leg 9 PQ #5984 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Raħal Ġdid — Siti ta' natura storika

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal ta' Raħal Ġdid ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99
Leg 9 PQ #5985 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Gudja — Siti storiċi

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm siti fir-raħal tal-Gudja ta' natura storika li qegħdin f'idejn jew il-Lands Department jew il-Joint Office li huma jew mogħtija għal kirjiet u ċnus jew huma f'idejn l-imsemmija dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4343 f'Seduta 69. 29.03.99
Leg 9 PQ #5717 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Banek kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn banek kummerċjali f'Malta u Għawdex u x'isimhom? Kemm-il fergħa jew aġenzija għandhom? Kemm-il ATM għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

F`Malta u Għawdex b`kollox hawn ħmistax (15)-il bank jew fergħat ta` banek barranin awtoriżżati taħt l-Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju, filwaqt li erba` banek oħra huma awtoriżżati taħt l-Att dwar iċ-Ċentru ta` Malta għal Servizzi Finanzjarji. Sitta (6) minn dawn il-banek joperaw bħala banek kummerċjali fis-suq lokali taħt l-Att ta` l-1994 dwar il-Kummerċ Bankarju. Dawn huma: Mid-Med Bank plc Bank of Valletta plc APS Bank Ltd Lombard Bank Malta plc Lohombus Bank Ltd (sussidjarju ta` Mid-Med Bank plc) Midland Bank plc (li hija fergħa tal-bank) Bejniethom dawn is-sitt (6) banek għandhom erbgħa u tmenin (84) fergħa, tlieta u erbgħin (43) aġenzija, mija u dsatax (119) ATM u ħdax (11) Uffiċċji Rappresentattivi barra minn Malta (Kanada, Awstralja, Ingilterra u Dubai).
Leg 9 PQ #5403 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' tal-Gvern — Kiri minn Membri Parlamentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-Membri ta' din il-Kamra li f'isimhom jew f'isem ir-raġel jew il-mara tagħhom jew f'isem it-tfal jew permezz ta' kumpannija kontrollata minnhom qegħdin jikru proprjeta' mingħand il-Gvern jew mingħand aġenziji jew kumpanniji tal-Gvern? Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' din il-proprjeta'?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 15.03.99

Toroq — Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li x-xogħol kollu ta' servizzi fi Triq Dun Gwann Mamo ġewwa Ħal Tarxien ilu lest is-snin? Jista' jiġi konfermat l-istess għal Triq il-Fieres Tarxien li tinfed għal Triq Dun Gwann Mamo? Jista' jiġi verifikat li l-asfaltar ta' Triq il-Fieres se jsir fil-ġimgħat li ġejjin, skond kif qal il-perit responsabbli għat-Tarxien section ġewwa r-Roads Department, li ismu qed jintbagħat separatament? Di piu ikunx għaqli li una volta li se tiġi asfaltata Triq il-Fieres tiġi asfaltata wkoll Triq Dun Gwann Mamo peress li b'hekk jiġu ffrankati flejjes kbar għad-Dipartiment tat-Toroq peress li jsiru żewġ toroq f'daqqa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għalissa d-Dipartiment tat-Toroq qed ifassal pjan dwar kif u meta t-toroq f`Malta jkunu jistgħu jiġu asfaltati sewwa.
Leg 9 PQ #4873 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Museum Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' verifika ta' l-eżami għal museum officers li beda fil-15 ta' Ottubru 1996, spiċċa fit-22 ta' Diċembru 1997 bit-tħabbir uffiċjali tar-riżultat u li fid-19 ta' Awissu 1998 ġie annullat ir-riżultat tal-bord ta' l-għażla tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku annullat dan ir-riżultat? X'se jiġri mir-riżultat li ħareġ fit-22 ta' Diċembru 1997 u ppubblikat mill-PSC? X'se jiġri mit-28 kandidat għal dan l-eżami u li għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Għalkemm din il-materja ma taqax fid-dikasteru tiegħi, informat li l-materja ġiet konsidrata fl-ogħla livelli u l-kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fl-awtonomija sħiħa tagħha iddeċidiet li tordna li l-eżami jsir mill-ġdid. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qed jieħu l-passi biex bla aktar telf ta' żmien jottempora ruħu mad-deċiżjoni tal-kummissjoni.
Leg 9 PQ #4874 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — G Despott Junior Lyceum

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4434 dwar G Despott Junior Lyceum, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar mill-Management Efficiency Unit ta' l-OPM dwar dik l-iskola? In vista tal-fatt ta' rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa dwar dik l-iskola bl-iskop li joskuraw l-amministrazzjoni preżenti, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu dwar dan l-istat ta' fatt?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju ma nħossx li għandi nżid mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari Nru 4434.