Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn aktar muturi fis-sezzjoni tat-traffic tal-pulizija? Jekk iva, hemm xi ħsieb li jinġiebu/jinxtraw aktar muturi għal din is-sezzjoni tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Iva, hemm ħtieġa li jkun hemm aktar muturi disponibbli għat-Taqsima tat-Traffiku.
Fil-fatt għadu kemm ingħata kuntratt għax-xiri ta' seba` muturi li mistennija jaslu qabel Settembru. Hu maħsub li aktar muturi jkomplu jinxtraw matul is-snin li ġejjin.
Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir-Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ir-Risposta tingħata f`seduta ohra peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn operaturi liċenzjati li jistgħu joffru t-testijiet ta' VRT fuq il-vetturi min Ottubru li ġej? Min huma dawn l-operaturi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s`issa għadu ma ġie lliċenzjat ebda operatur biex jagħmel testijiet tal-VRT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vettura hawn f'Malta u Għawdex li għandhom aktar minn 15-il sena u aktar minn 20 sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-karozzi rreġistrati f` Malta u Għawdex li għandhom `il fuq minn 15 `il sena u aktar minn 20 sena huma kif ġej:
`l fuq minn 15 `il sena 72,937
`l fuq minn 20 sena 52,271
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jsegwu l-programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga wara li ngħataw il-prison leave? F'liema ċentri qed isegwu dawn il-programmi? Meta kienet intużat għall-ewwel darba l-prison leave għal dan l-iskop? S'issa kemm ibbenefikaw individwi mill-għoti tal-prison leave?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm tmintax-il priġunier li ngħataw il-prison leave biex jattendu programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga fl-Aġenzija tal-Caritas u dik ta' Sedqa.
Ninsab infurmat ukoll li l-ewwel darba li kien ingħata l-prison leave għal dan l-iskop kien fit-23 ta' Ottubru, 1996, u minn din id-data s'issa, kien hemm 57 priġunier li bbenefikaw mill-għoti ta' Prison Leave għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-prezz ta' l-ilma li jiġi prodott mir-reverse osmosis plants meta kalkulat b'kull metru kubu, liema prezz irid jitħallas mill-Gvern? X'inhu l-persentaġġ minn dan il-prezz li finalment jitħallas mill-konsumatur?
Jista' l-Ministru jgħid minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, x'inhu l-persentaġġ li huma llitterati totalment? Minn dawn l-illitterati, kemm hemm li ilhom aktar minn sentejn, erba' snin u sitt snin ifittxu xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, 19% huma totalment illitterati.
Dawn ilhom jirreġistraw hekk:-
Minn 2 sa inqas minn 4 snin - 283 persuna
Minn 4 sa inqas minn 6 snin - 146 persuna
Minn 6 snin 'il fuq - 158 persuna
17.6.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tibqa' s-sistema ntrodotta mill-Gvern Laburista li l-muturi tal-pulizija tat-traffiku jibqgħu jiġu shared bejn żewġ membri tal-korp u allura mhux kull membru jkollu l-mutur tiegħu?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli għalih li jikkwantifika, anke jekk b'mod approsimattiv, kemm huwa t-telf (b'termini finanzjarji) tal-Koperattiva Ndafa Pubblika minn mindu bdiet l-istrajk kontra l-ġbir ta' l-iskart? Jista' jingħad kemm huwa t-telf ġurnata b'ġurnata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Koperattivi m'huwiex f'pożizzjoni li jikkwantifika t-telf li l-Koperattiva Indafa Pubblika ġarrbet minħabba l-istrajk li qegħda tagħmel.
Dan għaliex il-Bord tal-Koperattivi ma jidħolx fid-'day to day running' tal-koperattiva. Materja bħal din titqies bħala informazzjoni kunfidenzjali f'impriża kummerċjali.
8.6.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' radars li jeżistu fil-gżejjer Maltin li jissorveljaw il-kosta Maltija u Għawdxija? Kemm għandhom snin? X'inhi d-distanza li jkopru?
Hemm xi ħsieb li b'kollaborazzjoni ma' pajjiżi ġirien ningħataw aktar għajnuna f'dan is-settur, in vista anke tal-problema ta' l-immigranti llegali u t-traffikar tad-droga?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jindika x'inhu l-ammont ta' investiment f'termini reali li sar fil-Kottonera bejn l-1971 u l-1987? B'mod reali u prattiku, x'kien ir-riżultat ta' dan l-investiment?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-postijiet f'Malta li huma World Heritage Sites?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li Malta għandha dawn is-siti u postijiet fil-lista tal-UNESCO World Heritage:
Ħal Saflieni [Lista 5/9/80]
Ġgantija }
Tarxien }
Ħaġar Qim } [Lista 5/9/80]
Mnajdra }
Ta' Ħaġrat }
Il-belt Valletta [Lista 5/9/80]
Jikkonferma l-Ministru li fil-ġimgħat li ġejjin se joħorġu s-sejħiet għall-offerti għat-tarmac tat-toroq li huma biswit l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien, ħdejn it-Triq tal-Barrani u b'hekk jinbeda t-tmiem tal-kalvarju tar-residenti ta' l-inħawi li ilhom ibatu għal snin sħaħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-toroq imsemmija qegħdin imniżżla fil-programm ta` xogħlijiet li qed iħejji d-Dipartiment flimkien mal-Kunsilli Lokali, u x-xogħol isir skond il-prijoritajiet li ser jiżviluppaw minn dan il-programm dwar it-toroq lokali, li hu differenti mill-programm dwar it-toroq arterjali.
Jikkonsidra l-Ministru li dawk li jkollhom il-pussess ta' arma tan-nar żgħira mingħajr il-permessi neċessarji u jinstabu ħatja, minflok il-multa u l-konfiska awtomatika u eterna f'każ ta' ħtija, jibdew jingħataw il-fakulta' li jerġgħu jieħdu lura l-arma in kwestjoni wara ċertu żmien (ngħidu aħna, sena) wara li jkun ħallas somma/penali li minnha jibbenefikaw l-erarju pubbliku, speċjalment jekk il-flus miġbura jmorru għand il-Korp tal-Pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Arma tan-nar, żgħira kemm hi żgħira, xorta waħda tibqa` perikoluża u tista` toqtol. Il-konfiska tal-corpus delicti hija minnha nnfisha ta' deterrent.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tħawlu siġar matul is-snin 1996-1999 fir-raba' distrett elettorali?
Response (ZAMMIT, NINU)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7486 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skond ir-rekords li għandu d-Dipartiment minn 1996 il-quddiem sar dan it-tħawwil fir-raba' distrett elettorali.
Sena Siġar Arbuxelli
1996 149 1,040
1997 612 2,112
1998 760 206
1999 44 179*
* L-informazzjoni tas-sena 1999 hija sa' l-aħħar ta' Mejju 1999.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jindikali liema huma dawk l-avviżi legali li jirregolaw u jirrigwardaw l-użu tal-jet-skis fil-baħar? L-użu ta' dawn l-inġenji kif huwa regolati bil-liġi Maltija?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-Regolamenti ta' l-1985 dwar Speed Boats u Skijar fuq il-Baħar li nħarġu permezz ta' A.L. 19 ta' l-1985.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li ġie depożitat fil-Banek Maltin xahar b'xahar minn Ottubru 1998 s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
L-ammont nett ta` flus li ġie depożitat fil-banek Maltin mix-xahar ta` Ottubru 1998 sa l-aħħar t`April 1999 huwa dan li ġej:
Xahar Ammont
Lm `000s
Ottubru 98 650
Novembru 98 14,430
Diċembru 98 23,194
Jannar 99 32,075
Frar 99 31,407
Marzu 99 18,544
April 99 33,391
Il-Banek jinkludu: Bank of Valletta plc, Mid-Med Bank plc, APS Bank Ltd, Lombard Bank plc, Midland Bank (Malta Branch) u Lohombus Bank Ltd.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1640, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'inhu l-iskop li għalih hemm pannell mwaħħal ma' l-arblu tal-Għargħur użat mill-Bank Ċentrali ta' Malta? Minn meta beda jintuża l-imsemmi pannell mill-Bank Ċentrali ta' Malta?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena mgħarraf li l-Bank Ċentrali ta' Malta għandu żewġ diapoles mwaħħla mat-torri ta' trasmissjoni fil-Għargħur. L-iskop ta' dan it-tagħmir hu biex igħin fil-kommunikazzjoni bir-radju li juża l-Bank. Dan l-apparat beda jintuża f'Ottubru 1992.
Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni teżisti dwar il-post tad-dfin li jmur lura għal żmien il-pre-istorja u li kien instab f'Santa Luċija f'Malta fl-1976 waqt xogħol ta' bini ta' djar?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' vetturi tuża l-Korporazzjoni Enemalta (light cars)? Kemm minn dawn il-vetturi huma tal-kiri? Min huma l-persuni li suppost jużawhom? Huwiex permissibbli li dawn il-vetturi jintużaw wara l-ħin tax-xogħol? Jekk iva, minn min jistgħu jintużaw wara l-ħin tax-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tajjeb jingħad li wieħed irid jifhem li l-Korporazzjoni Enemalta tipprovdi servizz 24 siegħa kuljum u għalhekk it-terminu `wara l-ħin tax-xogħol` ma tantx joqgħod għaliex din il-korporazzjoni l-ħin kollu jkollha ħaddiema li jkunu `on call għal li jista` jinqala`. Għaldaqstant ikun hemm Engineers u Technical Officers li għandhom permess jieħdu l-karozza magħhom.