Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi ġurijiet mill-1990 sal-lum, sena b'sena? Minn dawn deċiżi, kemm ġew appellati? Minn dawn l-appelli, kemm ġew deċiżi?

Response (GATT, AUSTIN)

Din hija l-lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Qorti Kriminali Decizi Q.K. Appellati Decizi Pendenti 1990 28 6 6 - 1991 22 6 6 - 1992 18 3 3 - 1993 17 9 9 - 1994 7 5 5 - 1995 14 10 9 1 1996 16 12 11 1 1997 40 19 7 12 1998 37 9 - 9 1999 7 2 - 2 (sal-31.05.99)

Qrati — Ġurijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġurijiet għadhom pendenti? Ta' liema sena huwa l-ġuri li ilu l-aktar pendenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ġurijiet pendenti hemm 58 u l-ġuri li ilu l-aktar pendenti huwa dak tas-sena 1984.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Requisition orders

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'jiġri fil-prattika appena jitneħħa requistion order? Xi tkun il-pożizzjoni ta' l-inkwilin vis-a-vis is-sid appena jitneħħa r-requisition order? Is-sid jibqa' jirrikonoxxi lill-inkwilin wara din it-tneħħija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta titneħħa ordni ta' rekwiżizzjoni ta' post fejn l-inkwilin hu rikonoxxut mis-sid u qed iħallas il-kera regolarment, dan jibqa' ikollu l-protezzjoni normali taħt il-liġijiet tal-kera. Fejn l-inkwilin mhux rikonoxxut mis-sid, ir-rekwiżizzjoni ma titneħħiex. 8.7.99
Leg 9 PQ #8406 Sitting 132 1999-07-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Arvid Pardo

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jitħejja pjan ta' attivitajiet li jfakkru l-ħajja ta' Arvid Pardo - li wieħed jista' jikkonsidrah bħala l-Malti li l-aktar ħalla impronta fix-xena tal-politika internazzjonali in vista tal-proposta tiegħu tal-wirt komuni ta' l-umanita'? Jikkonsidra wkoll li l-apice ta' dawn l-attivitajiet ikun il-kxif ta' monument ta' Arvid Pardo?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Fil-fatt diġa' bdejt naħdem fuq kommemorazzjoni li tixraq lil dan il-personaġġ ta' għarfien nazzjonali. Għadu kmieni biex wieħed iħabbar id-dettalji.
Leg 9 PQ #8168 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Senior correctional officers

Question

Jista'l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li żewġ senior correctional officers, li wieħed minnhom mistenni jieħu promozzjoni ta' supervisor, kienu qed jirċievu allowance ta' Lm20 fix-xahar minkejja li dawn jitħallsu ta' l-overtime li kienu jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-allowance li kienet qed titħallas liż-żewġ Senior Correctional Officers li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, twaqqfet b'effett mill-bidu ta' Frar ta' din is-sena.

Qrati — Persuni li ttraffikaw id-droga

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti akkużati li mpurtaw u konsegwentement ittraffikaw droga mill-1995 sal-lum u ġew ikkundannati sitt xhur ħabs, jiġifieri l-minimum li jippreskrivi l-Kap. 101 tal-Liġijiet ta' Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija numru 7919 li għadni kif irrispondejt ricentement.

Qrati — Xufiera ta' karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti sidien jew xufiera ta' karozzi tal-linja minn Jannar, 1999 sal-lum fuq akkużi ta' duħħan eċċessiv (exhaust fumes)?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma tinżammx statistika mill-Qorti ta` każi bħal dawn. Barra minn hekk il-Prosekuzzjoni f`dawn il-kawżi hija l-Pulizija li qegħda f`pożizzjoni aħjar biex tagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8326 Sitting 131 1999-07-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Child Care Centre

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'wassal għad-deċiżjoni li ċ-child care centre ta' l-Isptar San Luqa jingħalaq nhar ta' Ħadd? Jikkonsidra l-Ministru li dan iċ-ċentru jibda jiġi operat mill-care workers, jekk dan hu possibbli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-deċiżjoni li c-Child Care Centre ta` l-Isptar San Luqa jinghalaq nhar ta` Ħadd, ittieħdet għax ma kienx qiegħed isir użu tajjeb minn dan il-post nhar ta` Ħadd. Il-possibilta` li dan iċ-Ċentru jibda jiġi operat mill-care workers hija waħda mill-possibiltajiet u qed tiġi kkunsidrata.

Qrati — Appelli kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il appell kriminali inferjuri ġie ntrodott mill-1990 sal-lum? Kemm ġew deċiżi minn dawn l-appelli sena b'sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8162 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Legal affairs section - Impjegat

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-kap preżenti tal-Legal Affairs Section tal-Maltacom huwa n-nutar li ismu qed jintbagħat separatement? Minn meta ilu jokkupa din il-kariga?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza ġiet impjegata bħala avukat fil-grad ta' Assistant General Manager (Legal Afffairs) b'effett mis-26 ta' Mejju 1997. B'seħħ mill-15 ta' Jannar 1998, wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern, il-persuna msemmija ġiet riabilitata bħala Nutar Pubbliku.
Leg 9 PQ #8163 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Legal Affairs Section

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru li wieħed mir-rekwiżiti għall-eliġibbilta' ta' dawk li xtaqu japplikaw għall-post ta' kap tal-Legal Affairs Section fil-Maltacom, l-aħħar darba li ħarġet is-sejħa, kienet li dak li jintgħażel kellu jkun avukat prattikanti? Jekk dan hu veru, kif inhu possibbli li dak li ntagħżel matul l-amministrazzjoni preċedenti huwa nutar li għadu sal-lum jaħdem fl-istess ħin ta' nutar bl-uffiċċju professjonali tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'April 1997 kienet saret sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' post ta' Assistant General Manager (Legal Affairs). Il-persuna li ngħażlet kellha l-kwalifiki u r-rekwiżiti kollha mitluba. Peress li l-Maltacom kellha ħafna xogħol ta' kuntratti, l-assistant General Manager (Legal Affairs) ingħata permess jutilizza l-warrant ta' nutar pubbliku li kellu fil-passat bil-patt illi x'ħin trid il-Kumpanija tista' titolbu jirrinunzja għal din il-warrant ta' nutar. Bis-saħħa ta' dan, il-Kumpanija ntroduċiet metodi effiċjenti sabiex tirkupra l-arretrati kbar li kellha billi, inter alia, introduċiet il-kuntratt magħruf bħala 'kostituzzjoni ta' debitu' fis-sistema tagħha. Dawn il-kuntratti, flimkien ma' kuntratti oħra, ġew ippubblikati minn din il-persuna. Rigward xogħol barra l-ħinijiet uffiċjali tal-Kumpanija, tajjeb jingħad li peress li l-funzjoi ta' nutar hi dik ta' uffiċjal pubbliku skond l-Artiklu 11(1) ta' l-Att dwar il-Professjoni Notarili u Arkivji Notarili (Cap 55.), nutar pubbliku huwa obbligat jagħti s-servizzi mitluba lilu.

Impjiegi — Gender gap

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' l-hekk imsejjaħ "gender gap" f'pajjiżna, jiġifieri n-numru ta' nisa li jaħdmu meta pparagunat man-numru ta' rġiel li jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' April 1999, in-numru ta' nisa li kienu jaħdmu kien ta' 38,970 u n-numru ta' rġiel kien 98,358. Din l-informazzjoni tiġi ppublikata minn żmien għal żmien miċ-Ċentru Uffiċjali ta' l-Istatistika f'News Releases. 5.7.99

EU — Fond soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jagħti xi dettalji dwar kif u meta pajjiżna jista' jibbenifika minn N.O.W. project (New Opprtunities for Women) mniedi mill-Fond Soċjali ta' l-Unjoni Ewropea, proġett imniedi mill-UE fl-1994 sabiex jiffaċilita' l-ħolqien ta' opportuntajiet ta' xogħol għan-nisa?

Response (BORG, JOE)

L-inizjattiva NOW, li hi miftuħa biss għall-istati membri ta` l-Unjoni Ewropeja, hu mistenni li tasal fi tmiemha fl-aħħar ta` din is-sena. Jien infurmat li fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja hemm il-ħsieb li tiġi proposta inizjattiva ġdida bl-isem ta` EQUAL li tkun tinkorpora l-għanijiet li għaliha kienet twaqqfet l-inizjattiva NOW. Jien ninsab infurmat ukoll li l-Kummissjoni Ewropeja qiegħda tikkunsidra l-possibilita` li l-pajjiżi applikanti jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll fl-inizjattiva EQUAL. Jekk dan ikun il-każ Malta tkun tista tipparteċipa f`din l-inizjattiva bħala pajjiż applikant għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja.

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti ftit dettalji ta' kif se titħaddem l-introduzzjoni tar-responsibility break fiċ-Ċivil? L-għoti o meno ta' dan il-break jiddependi mid-diskrezzjoni tas-segretarju permanenti konċernat? Huwa possibbli li tingħata stima tan-numru ta' dawk li huma beħsiebhom jibbenefikaw minn din l-inizjattiva? Meta jista' ħaddiem taċ-Ċivil japplika għal reduced working hours u meta ma jistax?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' Ċirkolari Nru. 25/99, maħruġa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li tipprovdi ħafna mid-dettalji mitluba mill-Onor. Membru. Huwa diffiċli f'dan l-istadju li tingħata wkoll stima dwar in-numru ta' dawk l-impjegati li bi ħsiebhom jibbenifikaw mill-Iskema tar-"Responsibility Break". 5.7.99

Impjiegi — Responsibility break

Question

Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li sabiex iħeġġeġ lis-settur privat jintroduċi l-konċett tar-responsibility break bħalma ġara fiċ-Ċivil, is-settur privat jingħata inċentivi fiskali għal numru ta' snin, bħal ngħidu aħna tax credit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'għandix dubju li t-titjib li qed iseħħ fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati fis-Servizz Pubbliku, titjib li huwa riżultat tal-Ftehim Kollettiv li ġie konkluż f'Diċembru 1998 ftit wara l-bidla fl-Amministrazzjoni, jista' jkun ta' eżempju u ta' nċentiv għal titjib simili fis-settur privat. Ma naħsibx iżda li dan it-tip ta' titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' mpjegati fis-settur privat għandu jkun b'riżultat ta' xi nċentivi fiskali jew finanzjarji li jista' jipprovdi l-Gvern, dan għaliex s-settur privat jigwadanja minn miżura bħal din billi jżomm miegħu impjegati li jkun investa fit-taħriġ tagħhom u li oltrimenti jkollhom jirriżenjaw minħabba ċ-ċirkostanzi li jkunu għaddejjin minnhom. 5.7.99
Leg 9 PQ #8079 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cardphones

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il cardphone hemm (tal-Maltacom) f'Raħal Ġdid, Gudja, Tarxien, Marsa u Sta. Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' cardphones li l-Maltacom għandha fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej: Raħal Ġdid 18 ġewwa u 17 barra Gudja - ġewwa u 3 barra Tarxien 3 ġewwa u 8 barra Marsa 51 ġewwa u 14 barra Santa Luċija 1 ġewwa u 7 barra Total 73 ġewwa u 49 barra
Leg 9 PQ #8080 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-Gvern mil-Lotterija Nazzjonali u mil-lottu tas-Sibt, sena b'sena mill-1990 sa din is-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija ppublikata fir-Report Annwali tad-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku. Id-dħul għall-1999 sal-31 ta` Mejju huwa Lm65,844 (Lotterija Nazzjonali) u Lm437,816 (Lottu tas-Sibt).
Leg 9 PQ #8081 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Xogħol ta' l-interzjar fl-injam

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jitwaqqaf proġett bil-għan li jiġi mgħallem ix-xogħol ta' l-interzjar fl-injam, arti sabiħa li kulma tmur qed tmut mewta naturali minħabba n-nuqqas ta' dawk li jafu jaħdmuh?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa mgħandniex min jgħallem l-interzjar fl-injam. It-tagħlim ta' din is-sengħa nkunu nistgħu noffruh bħala kors għall-adulti permezz tad-Dipartiment għall-Istudji Ogħla u Edukazzjoni ta' l-Adulti bħala wieħed mill-korsijiet ta' filgħaxija. Fil-fatt id-Dipartiment qed ifittex persuna li tkun tista' tgħallem is-suġġet u l-klassi tinfetaħ hekk kif ikun hemm numru adekwat ta' studenti.