Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #8787 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Assistant Rescue Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm daqstant dewmien sabiex jitlestew l-eżamijiet għall-Assistant Rescue Officers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kors ta' taħriġ għal Trainee Rescue Officers kellu jintemm fid-9 ta' Lulju 1999. Ninsab infurmat ukoll li l-parti orali ta' dan l-eżami diġa` saret, filwaqt li l-parti ta' l-eżami bil-kitba, ser issir aktar tard f'dan ix-xahar wara li jirritorna wieħed mit-trainees li jinsab imsiefer. Dan sar fuq parir tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #8981 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Drydocks — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt għal tiswijiet ta' vapuri rebħet it-Tarzna mill-Istati Uniti ta' l-Amerika mis-sena 1990 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' vapuri mill-Istati Uniti ta' l-Amerika li ssewwew fit-Tarzna ta' Malta, sena b'sena mill-1990 'l hawn kien kif ġej: 1990 12 1991 18 1992 9 1993 11 1994 11 1995 8 1996 10 1997 5 1998 4 1999 (sat-30 ta' Ġunju) 7

Sedqa — Programm għall-kura mid-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega f'kemm partijiet huwa mqassam il-programm residenzjali għar-rijabilitazzjoni mid-droga ta' l-aġenzija Sedqa? X'inhi d-durata ta' dan il-programm mill-bidu sat-tmiem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-programm residenzjali għar-rijabilitazzjoni mid-droga ta' l-Aġenzija Sedqa, hu maqsum fi tlett fażijiet: Merħba, Formazzjoni u Ri-integrazzjoni (Sfida). It-tul tal-programm huwa bejn wieħed u ieħor ta' sentejn, maqsum f'fażi residenzjali ta' 13-il xhar, u semi-residenzjali, il-kumplament tal-programm. 14.7.99
Leg 9 PQ #8777 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut Fellenberg - Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'isir mill-proġetti ta' l-istudenti tal-Fellenberg Institute ta' l-aħħar sena wara li jitlestew? Xi kemm drabi dawn il-proġetti jiġu patented mill-istudenti sabiex jinbiegħu l-industrija? Ġieli ġara li l-industrija jew nies oħra nteressati xtraw jew għamlu użu minn dawn il-proġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-proġetti ta' l-aħħar sena tal-kors fiċ-Ċentru tat-Taħriġ Fellenberg, fil-maġġoranza jkunu propjeta` ta' l-istudenti nfushom. Madankollu meta l-industrija li tisponsorja l-istudent, tisponsorja l-proġett ukoll, allura l-proġett isir propjeta` ta' dik l-industrija. Informat ukoll li d-deċiżjoni jekk proġett jiġix 'parented' jew le hija strettament tal-istudent innifsu u għalhekk ma jinżammx record ta' dan. Pero` hu magħruf li kien hemm każi fejn l-industrija xtrat jew għamlet użu minn proġetti simili.

Caritas — Programm għall-kura mid-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jinsabu jsegwu programm residenzjali tal-Caritas għall-kura mid-droga fl-hekk imsejjaħ annex tal-kumpless ta' San Blas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 8775. Għall-istess raġuni, miniex f'pożizzjoni li nipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-Onor. Membru. 14.7.99

Droga — Kura mill-vizzju tad-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega x'inhu r-rwol u l-funzjoni ta' Dar l-Impenn u ta' Gubbio Community Service fl-isfond tal-kura mill-vizzju tad-droga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dar L-Impenn huwa l-post fejn iservi għal tlett tipi ta' persuni: 1. Ditossifikazzjoni mid-droga u li wara se jsegwu tip ta' programm ta' rijabilitazzjoni; 2. fejn jiġu ditossifikati alkoħoliċi li jkunu se jsegwu programm ta' rijabilitazzjoni; 3. li jilqa fih nies li jbatu minn problema ta' dipendenza mid-droga u jinsabu f'xi kriżi akuta, bħal per eżempju spiċċaw imkeċċija mid-dar jew xi klijenta mara, li toħroġ tqila. Dar Gubbio hemm il-"Community Services" fejn jilqgħu fih nies, kemm klijenti u kemm ġenituri, li mhumiex jiġu trattati fis-servizzi tad-Detox ta' l-Isptar iżda jiġu trattati fuq bażi komunitarja. Dan iċ-Ċentru iservi wkoll ta' għajnuna primarja li tista tingħata anke fid-djar tal-klijenti, dik li tissejaħ "Outreach". F'din id-dar jingħata wkoll servizz ta' "Counselling" u terapija tal-familja. 14.7.99

UE — Tneħħija ta' levies

Question

Huwa korrett l-Interpellant adjern jekk jgħid li biż-zona ta' kummerċ ħieles li l-gvern preċedenti ried joħloq ma' l-Unjoni Ewropea, waħda mill-konsegwenzi naturali kellha tkun it-tneħħija tal-levies protettivi f'Malta? Kien hemm indikat xi data mill-gvern preċedenti entro il-quale kellhom jibdew jitneħħew dawn il-levies fuq prodotti importati lejn Malta?

Response (BORG, JOE)

Naqbel ma` l-Onorevoli Interpellant li biż-żona ta` kummerċ ħieles li l-Gvern preċedenti ried joħloq ma` l-Unjoni Ewropeja, il-levies protettivi eżistenti f`Malta riedu jitneħħew. Fil-konklużjonijiet tal-Kunsill t`Assoċjazzjoni tat-28 ta` April 1998, il-Gvern preċedenti qabel li ż-żona ta` kummerċ ħieles kellha tidħol fis-seħħ fi żmien tlett snin mill-iffirmar tal-Protokoll għall-istess Ftehim t`Assoċjazzjoni.
Leg 9 PQ #8782 Sitting 135 1999-07-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaġar Qim — Festival

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jiġi organizzat festival jew attivita' simili ħdejn it-tempji ta' Ħaġar Qim bħalma sar fit-tempji tal-Ġgantija f'Għawdex sabiex il-Malti jitrawwem aktar fl-apprezzament tal-wirt pre-istoriku li għandna?

Response (GALEA, LOUIS)

Is-suġġeriment li wieħed jorganizza festival ħdejn jew fit-tempji ta' Ħaġar Qim jista' jkun wieħed interessanti iżda għandu jiġi meqjus fil-konfront tat-tiswijiet urġenti li għandhom isiru f'dan is-sit matul ix-xhur li ġejjin, liema tiswijiet jistgħu ma jippermettux li jsiru wirjiet ta' din ix-xorta fil-ġejjieni qrib. Aktar tard, wieħed jista' jikkunsidra din l-ideja wara li jiġi mkejjel l-impatt fuq is-sit u l-aħjar mod kif wirja bħal din tista' tixħet l-attenzjoni fuq il-fdalijiet bl-aktar mod xieraq.
Leg 9 PQ #8770 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa - Tank area

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime fil-Korporazzjoni Enemalta mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum fit-tank area tal-Marsa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-Tank Area tal-Power Station tal-Marsa hemm impjegati li qegħdin hemm fuq bażi regolari u dawn jaħdmu bix-xift 24 siegħa kuljum, u hemm impjegati oħra li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fuq it-tankijiet. Għaldaqstant ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fit-tagħrif li jeħtieġ.
Leg 9 PQ #8771 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru hemm fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Minn liema post jopera dan id-dipartiment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, fil-preżent il-complement fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili hu ta' 69 persuna. Ta' min jgħid ukoll li minnbarra dawn, hemm 10 uffiċjali tal-Pulizija li ġew magħżula bħala Leading Assistance and Rescue Officers, kif ukoll 35 membru tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin jitħarrġu bħala Assistances and Rescue Officers biex eventwalment dawn jagħmlu xogħol f'dan id-Dipartiment. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jopera minn Ħal Far.
Leg 9 PQ #8772 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Biċċiet tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il biċċa tal-baħar għandu għad-dispożizzjoni tiegħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Mingħand min inxtraw jew ingħataw?

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta' dgħajjes/laneċ li għandu għad-disposizzjoni tiegħu d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa erbgħa. Minn dawn, żewġ laneċ tas-salvataġġ jinsabu taħt il-kustodja tal-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta' Malta. Dawn jitħaddmu b'koperazzjoni bejn il-Forzi Armati u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Barra minn dawn il-laneċ, id-Dipartiment għandu ukoll tlett dinghies. Dawn il-bejjeċ tal-baħar ġew finanzjati taħt ir-raba` Protokol Finanzjarju mal-Gvern Taljan u għalhekk inxtraw mill-Italja.
Leg 9 PQ #8773 Sitting 134 1999-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji ta' l-assikurazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kumpannija ta' l-assikurazzjoni hawn reġistrata f'pajjiżna? Min minnhom huwa kkwotat fuq il-borża ta' Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn kumpanniji u korpi ta` l-assigurazzjoni awtorizzati taħt l-Att ta` l-1998 dwar il-Kummerċ ta` l-Assigurazzjoni biex imexxu f`Malta l-kummerċ ta` l-assigurazzjoni hawn 25 magħmulin kif ġej: Kumpanniji Maltin 5 Kumpanniji barranin 19 Korpi barranin (Lloyd`s) 1 Dwar min minn dawn il-kumpanniji u korpi huma kkwotati fil-Borża ta` Malta, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kumpannija Maltija waħda biss hi kkwotata. Din hi l-Middle Sea Insurance plc.

Sedqa — Programm għall-kura mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk li qed isegwu l-programm residenzjali tas-Sedqa għall-kura mid-droga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li qed isegwu l-programm residenzjali tas-Sedqa għall-kura mid-droga, hu kif ġej: Fil-fażi Merħba - 10 Fil-fażi Formazzjoni - 11 Fil-fażi Sfida - 7 TOTAL - 28 13.7.99

Sedqa/Caritas — Programmi għall-kura mid-droga

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħmel paragun fil-qosor tal-programmi residenzjali għall-kura mid-droga tas-Sedqa u Caritas? X'inhuma d-differenzi u s-similaritajiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-CARITAS hija organiżżazzjoni mhux Governattiva (NGO) naħseb li ma jkunx prudenti li nagħti l-analiżi mitluba mill-Onor. Membru. 13.7.99

Proċedura Ċivili

Question

Jikkonsidra l-Ministru li tiġi emendata l-liġi tal-Proċedura Ċivili sabiex kwalunkwe prokura li ssir tkun trid tiġi insinwata fir-Reġistru Pubbliku għal aktar trasparenza u sigurta' għal xi kredituri potenzjali?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-suġġeriment ta` l-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi studjat. Il-ħsieb s`issa hu li tali reġistrazzjoni tkun biss għal prokuri ġenerali li jkollhom validita` oltre certu żmien.

Sedqa — Rapport

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar mis-Sedqa ntitolat "Estimating the size of the drug misuse problem in Malta"?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-rapport li kien sar mill-Aġenzija Sedqa ntitolat "Estimating the size of the drug misuse problem in Malta" qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, kif talab l-Onor. Interpellant. Nixtieq niċċara li dan ir-rapport sar fuq statistika tal-1995 u minn dakinhar s'issa nbidlu ħafna l-affarijiet. 12.7.99
Leg 9 PQ #8765 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru Pubbliku — Dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx xi kumpannija privata li għandha kopja tad-dokumenti tat-trasferimenti u ipoteki kollha li hemm reġistrati fir-Reġistru Pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kumpanija privata kienet xtrat kopja tal-microfilm tad-dokumenti tat-Trasferimenti u Ipoteki li hemm reġistrati fir-Reġistru Pubbliku. Ninsab infurmat ukoll li dan jikkomprendi l-ipoteki mis-sena 1965 sal-lum, u t-trasferimenti mill-1972 sal-lum, u li dawn id-dokumenti qegħdin jiġu aġġornati kuljum.

Santa Luċija — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara kif, wara li fi Frar 1999 inbidlet ir-rotta tal-karozza tal-linja li titlaq minn Santa Luċija (Malta), il-karozza tgħaddi minn Triq il-Prinjoli, Vjal it-Torri u Garden Drive fejn m'hemm l-ebda bus shelters? Jista' l-Ministru jara li jsiru aktar bus shelters wara li l-karozza titlaq mit-terminus ta' Santa Luċija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-talba ta` l-Onor. Interpellant se tkun kunsidrata mill-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku, li fil-jiem li ġejjin se tikteb lill-Kunsilli Lokali kollha biex tara x`talbiet hemm għal `bus shelters` ħalli dawn ikunu jistgħu jibdew jiġu stallati bi pjan.
Leg 9 PQ #8767 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaġar Qim — Tempji

Question

Jista' l-Ministru, jekk huwa possibbli, jgħid kemm nies żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Huwa possibbli li jingħad f'liema perjodu tas-sena jżuruh l-aktar in-nies?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat ż- żewġ perjodi fis-sena fejn l-aktar iżuru nies Ħaġar Qim huma bejn Marzu u Mejju, u bejn Awissu u Ottubru. In-numru ta' nies li żaru t-tempji ta' Ħaġar Qim f'dawn l-aħħar għaxar snin hi kif ġej: 1990 45,118 1991 30,960 1992 32,999 1993 83,498 1994 103,999 1995 101,519 1996 95,583 1997 113,451 1998 132,223 1999 (Jannar-Marzu) 28,672
Leg 9 PQ #8768 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) għandha vettura tat-tip Rover kulur aħdar? Jekk iva, meta nxtrat din il-karozza? Kemm inxtrat? Ħarġet quotation jew inxtrat b'direct order? Għalfejn inxtrat din il-karozza? Min kien jagħmel użu minn din il-vettura? Meta ġiet ritornata allura l-FMS? Illum min qed jagħmel użu minn din il-karozza, l-FMS jew il-Ministeru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.