Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Work related accidents

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hawn work related accidents matul l-1999 sal-lum? Kif jipparaguna ruħu dan in-numru meta mqabbel ma' dak tas-snin 1995 - 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' aċċidenti fuq ix-xogħol li saru bejn is-sena 1995 u l-1999 huma kif indikati hawn taħt: SENA JANNAR/DIĊEMBRU JANNAR/SETTEMBRU 1995 6,991 5,503 1996 6,134 4,651 1997 5,723 4,208 1998 5,430 4,134 1999 N/A 3,861 4.10.99

Impjiegi — Health and Safety Inspectors

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' health and safety inspectors? Kemm-il spezzjoni għamlu matul l-1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm Senior Health & Safety Inspector u żewġ Health & Safety Inspectors, filwaqt li hemm sitt trainee inspectors li fil-jiem li ġejjin għandu jitħabbar ir-riżultat tal-Final Examinations tal-kors li kienu qed jattendu u li jwassal għal għoti tad-Diploma in Social Studies (Helath & Safety) u li jekk jgħaddu, jiġu impjegati bħala Health & Safety Inspectors fit-Taqsima tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impieg. Huwa previst li terġa tinfetaħ sejħa għall-applikazzjonijiet għal numru ta' trainee inspectors fil-futur qarib, u li wara li jiksbu d-Diploma il-fuq imsemmija jiġu impjegati bħala spetturi. L-Onor Interpellant hu referut għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9747 f'dak li għandu x'jaqsam mat-tieni parti tad-domanda. 4.10.99
Leg 9 PQ #9175 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rilaxx ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-pulizija milli tirrilaxxja l-makna diesel Perkins (model Pharser) li ddaħħlet reglorament fuq il-vapur Lipa, nhar il-24 ta' Jannar, 1999 bil-bill of lading numru LON/MLA/005? Jista' l-Ministru jindaga għaliex hemm kollox regolari u xorta waħda l-pulizija qed tgħid li hemm "sinjali ta' double punching"?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-magna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma ġietx rilaxxata minħabba li fiha double punching tan-numru u għaldaqstant, skond kif hija l-proċedura stabbilita, ma tistax tiġi rilaxxata. 27.09.99
Leg 9 PQ #9336 Sitting 145 1999-09-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltaport — Shareholders

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) wara l-bejgħ tal-Mid-Med Group lill-HSBC, min huma x-shareholders tal-Maltapost u kemm għandhom percentage shareholding; b) min huma d-Diretturi tal-Bord tal-Maltapost p.l.c. u minn liema shareholder ġew nominati; c) x'remunerazzjoni għandhom id-Diretturi tal-Maltapost p.l.c.; d) x'xogħol addizzjonali jagħmlu ġewwa l-Maltapozt p.l.c. id-Diretturi u kemm jitħallsu ta' dan; u e) xi fringe benefits, użu ta' karozzi jew apparat, subscriptions, etc għandhom id-Diretturi?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hijakif ġej: a. Wara l-bejgħ tal-Mid-Med Bank Group lill-HSBC, ix-xhareholders tal- Maltapost plc huma l-Gvern malti b'85 fil-mija ta' l-ishma u Maltacom plc bi 15 fil-mija ta' l-ishma. b. Id-Diretturi tal-Bord tal-Maltapsot huma s-Sinjuri Frank Dimech (Chairman), Anthony De Bono (Deputat Chairman), Dr. Josepf Farrugia, Paula Ganado, George Gatt u Tony Meilaq. Ħlief għas-Sur Tony Meilaq, li hu nominat mill-Mlatacom, id-Diretturi l-oħra huma nominati kollha mill-Gvern. c. Iċ-Chairman tal-Maltapost għandu remunerazzjoni ta' Lm6,000 fis-sena u kull Direttur jirċievi remunerazzjoni ta' Lm1,000 fis-sena. d. Minn żmien għal żmien, id-Diretturi tal-Maltapost jistgħu ikunu mitluba jagħmlu xi xogħol addizzjonali skond il-ħtieġa, u jekk ikun se jsir ħlas, dan ikun determinat skond ix-xogħol. e. Iċ-Chairman tal-Maltapost għandu l-użu ta' karozza u mobile phone. Barra minn hekk, kemm iċ-Chairman kif ukoll id-Deputat Chairman għandhom abbonamenti f'rivisti u gazzetti li jirrigwardaw id-doveri tagħhom.
Leg 9 PQ #7358 Sitting 144 1999-07-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kalaxlokk — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jillumina lill-Kamra dwar ir-raġuni għaliex l-impjegat mal-Kalaxlokk Company, li ismu qed jintbagħat separatament ilu sa mill-1992, bl-istess paga salv iż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja? Għaliex impjegat ieħor li ġie impjegat mal-Kalaxlokk fil-15 ta' Ġunju, 1994, bl-istess kwalifiki tiegħu jingħata paga ogħla? Jaħseb il-Ministru li wara seba' snin ta' servizz tajjeb u leali, impjegat għandu jkun eliġibbli għal promotion jew żieda fil-paga tiegħu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ir-raġuni għaliex l-impjegat li għalih qed issir riferenza ma żdiedx fil-paga, apaprti ż-żieda statutorja għall-għoli tal-ħajja, hija li fil-Kumpanija Kalaxlokk il-promozzjonijiet ma' jingħatawx b'mod awtomatiku wara numru ta' snin ta' servizz, iżda meta jinħass il-bżonn. L-impjegat l-ieħor li beda jaħdem mal-Kumpanija fil-15 ta' Ġunju 1994, kien ġie impjegat bl-istess salarju li għandu l-impjegat li beda jaħdem mal-Kumpanija fl-1992.
Leg 9 PQ #9174 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa - Tank area

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8770, jista' l-Ministru jgħid kemm sar overtime mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum fil-manutenzjoni u fil-linji tat-tankijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #9175 Sitting 139 1999-07-26 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rilaxx ta' karozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lill-pulizija milli tirrilaxxja l-makna diesel Perkins (model Pharser) li ddaħħlet reglorament fuq il-vapur Lipa, nhar il-24 ta' Jannar, 1999 bil-bill of lading numru LON/MLA/005? Jista' l-Ministru jindaga għaliex hemm kollox regolari u xorta waħda l-pulizija qed tgħid li hemm "sinjali ta' double punching"?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8988 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Belt Valletta — Mini - mapep

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk għadhomx jeżistu mapep tal-mini li hemm taħt il-Belt Valletta, liema mini kienu nbnew mill-Kavallieri ta' San Ġwann?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Iterpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Artijiet.

Familja Maltija — Twaqqif ta' Kummissjoni

Question

Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li jwaqqaf kummissjoni li tevalwa l-istat tal-familja Maltija u l-isfidi li din qed taffaċċja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali bħalissa qed jistudja x'għandu jkun l-aħjar mekkaniżmu nazzjonali biex l-politika kollha tagħti attenzjoni sħiħa lill-familja. 21.7.99
Leg 9 PQ #8990 Sitting 138 1999-07-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Human Resources - Head

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-Head tal-Human Resources tal-Maltacom? Veru li meta saru l-interviews/eżamijiet għal dan il-post is-sena l-oħra, persuna li għandha Masters ġiet il-ħames, waqt li dik li ġiet l-ewwel m'għandha l-ebda kwalifiki?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8982 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Drydocks — Vapuri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jingħata n-numru ta' vapuri li daħlu għal tiswijiet fit-Tarzna fis-snin 1990-1999, inkluż l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' vapuri li daħlu għal tiswijiet fit-Tarzna fis-snin imsemmija huwa kif ġej: 1990 198 1991 184 1992 160 1993 139 1994 107 1995 101 1996 109 1997 104 1998 86 1999(sat-30 ta' Ġunju) 52
Leg 9 PQ #8983 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Datatrak

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-ismijiet tad-diretturi u chairman tal-kumpannija Datatrak li hi sussidjarja tal-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Maltacom għandha biss 29.67 fil-mija ta' l-ishma tal-kumpanija Datatrak u għaldaqstant m'għandha ebda kontroll maġġoritarju. L-informazzjoni mitluba tista' tinkiseb minn sorsi pubbliċi oħra.
Leg 9 PQ #8984 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Datatrak — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' impjegati tal-kumpannija Datatrak? Meta ġiet iffurmata din il-kumpannija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-maġġoranza ta' l-ishma jappartjeni lill-privat, ma nħossx li għandi nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #8985 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Datatrak — Impjegati

Question

Jikkonferma l-Ministru li bħalissa hemm xi vacancies fil-kumpannija Datatrak? Jekk iva, f'liema dipartimenti jew grad? Huwa veru li membru parlamentari se jkun ingaġġat ma' din il-kumpannija? Jekk iva, f'liema dipartiment jew kariga? Dan l-ingaġġ se jsir wara sejħa pubblika jew le?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #8986 Sitting 137 1999-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'jistgħu jkunu l-effetti jew il-konsegwenzi fuq il-Maltacom, in vista tar-rapport tal-Bord ta' l-Appell riċenti, bħala kumpannija li hija listed fuq l-iStock Exchange?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa` għidt fl-istqarrija dwar ir-rapport tal-Bord ta` l-Appell dwar l-għoti ta` promozzjonijiet fil-Maltacom waqt is-Seduta tal-5 ta` Lulju 1999. amministrazzjoni ħażina tal-Kumpanija tista` jkollha effetti negattivi fuq il-valur tal-ishma ta` l-istess Kumpanija.

Qrati

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma d-differenzi u s-similaritajiet bejn is-sistemi ta' l-arbitraġġ u dik ta' medjazzjoni barra l-Qorti? X'se jkun il-modus operandi taż-żewġ sistemi?

Response (GATT, AUSTIN)

Id-differenza bażika bejn Medjazzjoni u Arbitraġġ hu li fl-arbitraġġ, id-deċiżjoni ta` l-arbitru (jew arbitri)torbot lil partijiet u tista` tigi esegwita bil-Qorti mingħajr ħtieġa ta` kawża ohra separata.Il-medjazzjoni hu proċess fejn il-medjatur jipprova jwassal lil partijiet ghal ftehim fuq il-kwistjoni li jkollhom bejniethom. Dak il-ftehim (jekk jaslu għalih) biex jiġi esegwit, jekk ma jiġix esegwit volontarjament,tinhtieġ kawża biex jiġi enforzat. L-Att dwar l-Arbitraġġ jelenka b`mod ġenerali l-proċedura f`arbitraġġ u m`hemm l-ebda formalita` stabbilita fil-ligi dwar kif għandha ssir il-medjazzjoni.
Leg 9 PQ #8783 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-użu tal-bini li kien kindergarten ġewwa Brittania Street, Raħal Ġdid? Jistgħu fil-frattemp jittieħdu passi sabiex jiġi mbarrat kull aċċess għal dan il-bini abbandunat minħabba d-diversi abbużi ta' droga li jseħħu fih?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li tlabt li jittieħdu l-passi mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija, qed nivverifika l-użu maħsub tal-post imsemmi.
Leg 9 PQ #8784 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni u jara x'inhi r-raġuni għaliex fis-6 ta' Lulju, 1999 il-kap ta' l-iskola primarja ġewwa Triq Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid irċeviet telefonata mingħand xi ħadd mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni sabiex jinformaha li, minkejja li kien hemm Lm26,000 approvati għat-tiswija tat-toilets f'din l-iskola, dan ix-xogħol ma setgħex isir u dan meta t-toilets ilhom ma jissewwew sa minn meta nbniet din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Isteering Committee for School Refurbishment iddeċieda li l-'Contracts tender' joħroġ fil-bidu tas-sena 2000 biex ix-xogħol jibda f'Lulju tal-istess sena.
Leg 9 PQ #8785 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Raħal Ġdid - patrols

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru beats u patrols aktar ta' spiss mill-pulizija madwar il-Ġnien Sir Paul Boffa ġewwa Raħal Ġdid minħabba l-abbuż sfaċċat tat-teħid tad-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onor. Interpellant qed ikun sorveljat minn diversi taqsimiet tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #8786 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT — Appell

Question

Jista' l-Ministru jivverifika fiex wasal l-appell quddiem il-Bord ta' l-Appell fil-VAT Department tal-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, bin-numru tal-VAT 1058-2535 li ilu pendenti sa minn Awissu, 1995?

Response (DALLI, JOHN)

L-appell imsemmi ġie ppreżentat fl-1997 u mhux fl-1995 u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Billi hemm numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Appelli tal-VAT, il-Ministeru tal-Finanzi ħatar it-tielet Bord ta` l-Appelli sabiex jittratta appelli pendenti.