Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10592 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Assistance Rescue Officers

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex minkejja li l-eżami ta' l-assistance rescue officers sar fit-2 ta' Awissu, 1999 sal-lum għadhom ma ħarġux ir-riżultati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-riżultati jinsabu għand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u jiġu ppublikati meta din tapprovhom. 25.10.99

Impjiegi — Job mobility

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jingħata n-numru, anke jekk approssimattiv, ta' l-hekk imsejjaħ "job mobility" f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Iċ-ċifra tal-'Job Mobility' f'pajjiżna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena kienet hekk: 1994 - 21% 1995 - 25% 1996 - 20% 1997 - 19% 1998 - 20% Il-'Job Mobility' hija r-rata ta' kemm persuni li biddlu x-xogħol tagħhom matul is-sena. Dan huwa maħdum fuq in-numru ta' ingaġġi (kemm nies qabbdu jaħdmu) bħala persentaġġ ta' kemm hemm nies qed u lesti li jaħdmu (labour supply).
Leg 9 PQ #9994 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Telefonati għal barra

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7955, jista'l-Ministru jispjega kif il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament wara li ordnat li t-telephone jiġi barred għan-numru "0" fil-kont li rċeviet għall-perijodu Mejju/Lulju 1999 kien hemm imniżżel mobile call?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa minnu li fil-kont ta' l-abbonata msemmija, li jġib is-data tal-11 ta' Lulju 1999, minkejja li t-telefon tagħha kien barred għan-numru '0', kien hemm imniżżel charge ta' mobile call. Dan ġara minħabba li t-tape li fuqu kien hemm irrekordjati s-sejħiet ta' kontijiet tal-1998 ma kienx tħassar kollu minħabba ħsara teknika. Fil-fatt is-sejħa li għaliha kellha tħallas l-abbonata kienet saret fit-12 ta' Lulju 1998. Fil-kont ta' wara, dak li jġib id-data tal-11 ta' Settembru 1999, sar aġġustament ta' 15-il ċenteżmu biex hekk din is-sejħa ġiet annullata. L-istess sar fil-kontijiet ta' abbonati oħra hekk kif il-Maltacom indunat b'dan. L-abbonata tista' sserraħ rasha li t-total barring, li sar fid-9 ta' Ottubru 1998, għadu fis-seħħ.
Leg 9 PQ #9995 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Eżamijiet - Assistant Heads

Question

Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għamel l-eżami għall-assistant head tal-primary, liema eżami ġie annullat f'Ġunju 1999 u wara li l-ewwel darba kien ġie fit-tielet post meta sar l-eżami t-tieni darba din il-persuna ġiet lura ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi l-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku li taħtha taqa' din il-materja.

Toroq — Sistema ta' metro/udnerground

Question

Jikkonsidra l-Ministru li l-Gvern idealment flimkien mal-privat, jagħmel pjanijiet għal sistema ta' metro/underground, li tista' tkun ir-riżoluzzjoni ideali għall-problema ta' konġestjoni tat-traffiku li qed tikber dejjem aktar, għad li tista' tfisser spiża enormi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li wieħed jista` jikkonsidra suġġerimenti bħal dan, nemmen li għadna l-bogħod biex pjan bħal dan jitfassal.

Aġenzija Sedqa — Budget

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-budget ta' l-aġenzija Sedqa fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Budget ta' l-Aġenzija Sedqa għal dawn l-aħħar snin kien hekk kif ġej: Għall-1996 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant Lm 19,000 Għall-1997 Government Recurrent Grant Lm665,008 Government Capital Grant Lm 20,000 Għall-1998 Government Recurrent Grant Lm700,000 Government Capital Grant NIL Għall-1999 Government Recurrent Grant Lm740,000 Government Capital Grant NIL

Aġenzija Sedqa — Klijenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klijenti ta' l-aġenzija Sedqa li matul l-1997, 1998 u 1999 għamlu użu mir-Rapid opiate Detoxification bin-Naltrexone? Huwa possibbli li jingħad x'inhi l-eta' medja tal-pazjenti li għamlu użu minn din is-sistema ta' detoxification?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' klijenti li għamlu użu mill-metodu ta' ditossifikazzjoni magħruf bħala "Rapid Opiate Detoxification" ġewwa Dar l-Impenn kien hekk: - 78 klijent fl-1997 - 79 klijent fl-1998 - 41 klijent sa Awissu ta' l-1999 L-eta' medja ta' dawn il-klijenti kienet ta' 26 sena.
Leg 9 PQ #9978 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek Maltin — Flus depożitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew depożitati flus fil-banek Maltin bejn April 1999 u l-aħħar ta' Awissu 1999?

Response (DALLI, JOHN)

Skond informazzjoni li jiġbor il-Bank Ċentrali, fil-perjodu bejn April 1999 u l-aħħar ta Awissu 1999 il-flus fil-banek Maltin żdiedu bl-ammont ta Lm124 miljun maqsuma f`Lm108 miljun fi flus Maltin u Lm16 miljun fi flus barranin. Flus Maltin Flus Barranin Total April Lm 35.036m (Lm 1.645m) Lm 33.391m Mejju Lm 12.826m Lm 8.317m Lm 21.142m Ġunju Lm 40.301m (Lm 2.831m) Lm 37.470m Lulju Lm 15.854m Lm 6.160m Lm 22.014m Awissu Lm 3.659m Lm 6.487m Lm 10.146m __________ ___________ _______ ____ Lm107.675m Lm16.488m Lm 124.163m __________ ___________ ________ ___
Leg 9 PQ #9979 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Professional Investment Funds

Question

Jista' l-Ministru jispjega xi jfissru l-Professional Investment Funds? Kif jipparagunaw ma' fondi oħra ta' investiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ma naħsibx li din hi materja ta` mistoqsija parlamentari.
Leg 9 PQ #9980 Sitting 150 1999-10-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaġar Qim — Torri tal-Ħamrija - Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru dawk it-tiswijiet neċessarji, speċjalment dawk ta' natura urġenti, li għandu bżonn it-torri Tal-Ħamrija fil-limiti ta' Ħaġar Qim, mibni minn De Redin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għarraf lir-Restoration Unit tal-Works Division, liema sezzjoni qegħda tipprepara tenders għal xogħol neċessarju għar-restawr tat-Torri tal-Ħamrija li jinsab ħdejn Ħaġar Qim.
Leg 9 PQ #9969 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ċitazzjonijiet li nħarġu mill-pulizija tat-traffiku kontra dawk li nqabdu jsuqu bil-mod fl-outer lane matul l-1999?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant ma jinżammx taħt forma ta' statistika. 05.10.99

Impjiegi — Ħaddiema llegali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema li nqabdu jaħdmu llegalment matul l-perjodu Mejju - Settembru 1999? Kemm minnhom kienu barranin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn Mejju sa Awissu ta' din is-sena, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni Xogħol u Taħriġ, qabdu 884 persuna li kienu qed jaħdmu llegalment. Dawn kienu mqassmin hekk: Persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 120 Persuni li ma kellhomx il-'part-time' irreġistrat mal-ETC 56 Persuni li ma kienux irreġistrati mal-ETC (mingħajr ktieb tax-xogħol) 632 Persuni li kienu taħt is-16-il sena 24 Barranin 52
Leg 9 PQ #9971 Sitting 149 1999-10-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kri tas-servizz ta' l-MRI

Question

Jista' l-Ministru jgħid taħt liema kondizzjonijiet ġie mikri s-servizz ta' l-MRI u minn meta? Kemm-il pazjent intbagħat għal scan b'dan l-apparat? Kemm hemm pazjenti fuq il-waiting list? Kemm ġie jiswa dan is-servizz sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma jidhirlix li għandi nirrispondi domandi ta' natura kommerċjali għal raġunijiet ovvji. Minn Mejju 1997 sa l-aħħar ta' Awissu 1999 saru eżamijiet tal-MRI fuq 863 pazjent. Fl-Aħħar ta' Awissu 1999 kien hemm 179 pazjent fuq il-waiting list. Hu maħsub li d-Dipartiment tas-Saħħa ikollu l-MRI tieghu kmieni s-sena d-dieħla.

Programm FEJDA

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jispjega fiex jikkonsisti l-programm FEJDA? Meta twaqqaf u kemm hemm persuni jipparteċipaw fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Programm Fejda huwa programm residenzjali terapewtiku għal tfajliet bejn it-13 il-sena u 19 il-sena bi problemi gravi fuq livell psikoloġiku u emozzjonali. Fil-maġġoranza tal-każijiet id-disturb tant hu profond li jkollhom bżonn ta' għajnuna psikjatrika wkoll. Programm Fejda joffri wkoll servizz ta' Emergenza lil tfajliet li ma jsibux post f'djar oħra residenzjali minħabba problemi dovuti għall-imġieba tagħghom jew minħabba abbuż gravi li jkun twettaq fuqhom. Programm Fejda joffri wkoll "after care service" lil tfajliet li jkunu spiċċaw il-programm tagħhom u jkun għad baqgħalhom bżonn ta' min isegwihom sakemm jissetiljaw mill-ġdid fil-komunita'. Programm Fejda kien inawgurat uffiċċjalment fi Frar 1997 u laqa' l-ewwel residenti f'Lulju ta' l-istess sena. Il-programm għandu kapacita' ta' disa' sodod u preżentament huwa mimli.

UE

Question

Jista' l-Ministru jelenka dawk l-għaqdiet u korpi kostitwiti li aċċettaw l-offerta tal-gvern li jibbenefikaw minn fondi offruti lilhom sabiex ikunu au courant ma' dak li jkun qed jiġri fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern iddeċieda li jagħti fondi speċifikament lill: 1. Malta Chamber of Commerce 2. Malta Federation of Industry 3. General Retailers and Traders Union (GRTU) 4. Union Ħaddiema Magħqudin (UHM) 5. General Workers` Union (GWU) Fir-rigward ta` korpi kostitwiti, trade unions u għaqdiet rappreżentattivi oħra interessati li jibbenefikaw mill-offerta msemmija, wara li ġew evalwati l-proposti kollha riċevuti, il-Gvern iddeċieda li jagħti fondi lill-entitajiet hawn taħt elenkati: 1. Malta Union of Midwives and Nurses 2. Malta Association of Women in Business 3. Malta Hotels and Restaurants Association 4. Malta Insurance Association 5. Alternattiva Demokratika 6. Foundation for Human Resources Development 7. European Movement 8. Malta Aquaculture Producers` Association 9. Malta Federation of Professional Bodies 10. The Agricultural Lobby 11. Nature Trust 12. Organiżżazzjoni tal-Koperattivi Maltin 13. Assoċjazzjoni Kunsilli ta` l-Iskejjel 14. Chamber of Professional Engineers 15. The Medical Association of Malta 16. Maltese-Arab Chamber of Commerce 17. Malta Chamber of Pharmacists 18. Assoċjazzjoni Bdiewa 19. Malta Employers` Association 20. Bird Life 21. National Council of Women 22. Malta Institute of Management 23. Malta Institute of Taxation 24. Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti 25. Confederation of Malta Trade Unions 26. The Federation of Malta Hotels, Pensions and Catering Establishments 27. Chamber of Architects and Civil Engineers

Djar — Akkomodazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Istat jipprovdix akkomodazzjoni għal tfal (kemm bniet u subien) li huma homeless? Kemm huwa stmat li huwa n-numru ta' dawn il-persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istat ma jipprovdix akkomodazzjoni speċifikament għal bniet u subien minuri li huma "homeless". Jeżistu provvedimenti ġo Programm Fejda għal każijiet ta' emerġenza għal bniet li minħabba problemi familjari jsibu ruħhom barra t-triq. Għal każijiet li jirrigwardaw is-subien kien hemm każijiet fejn dawn ġew milqugħa għal xi żmien ġewwa djar residenzjali mhux governattivi għal minuri. Preżentament, minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Familja, in-numru ta' subien jew guvintur li huma "homeless" huwa ta' sitta u kollha qegħdin joqgħodu proviżorjament f'"hostel" immexxija mill-Knisja. Dan huwa arranġament proviżorju f'nuqqas ta' post adattat għal dawn il-persuni. Bħalissa, l-Ministeru qiegħed jevalwa proposta biex dan is-servizz jibda jiġi provdut għal każijiet ta' emergenza għas-subien.

Qorti Kriminali Internazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li Malta tirratifika l-Konvenzjoni li biha twaqqfet il-Qorti Kriminali Internazzjonali, liema konvenzjoni ġiet addottata fis-17 ta' Lulju, 1998 u li Malta diġa' ffirmat?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed jiġi finaliżżat l-istudju meħtieġ dwar x`liġijiet jkollhom bżonn ta` emenda biex il-konvenzjoni fuq imsemmija tkun tista` tiġi ratifikata. Malli l-emendi jiġu mgħoddija mill-Parlament, Malta tkun tista` tirratifika l-konvenzjoni.
Leg 9 PQ #9964 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan jew ħsieb li min iġib il-liċenzja tas-sewqan għall-ewwel darba jkollu xi restrizzjonijiet, bħal ngħidu aħna, ma jkunx jista' jsuq bil-lejl waħdu jew li għall-ewwel sitt xhur irid ikun akkumpanjat minn persuna liċenzjata aktar minnu fl-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għat-Trasport u Kommunikazzjoni. 04.10.99

Kodiċi Kriminali — Emendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkunu abbozzati l-emendi għall-Kodiċi Kriminali bil-għan li d-dispożizzjonijiet dwar il-bail jiġu in linea ma' sentenza tal-Qorti Ewropea f'April 1999?

Response (GATT, AUSTIN)

Gejt infurmat mill-Avukat Generali li l-abbozz fuq imsemmi hu kwazi lest u jonqos biss ftit irtokki qabel ma jintbghat lill-Ministru tal-Intern ghall-approvazzjoni tieghu.
Leg 9 PQ #9966 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

College of Family Doctors — Retraining

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-College of Family Doctors jibda jkun involut attivament f'retraining kostanti tal-family doctors sabiex il-livell ta' kura li jingħata mill-polyclinics u sptar fuq livell primarju jitjieb dejjem aktar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi kwalunkwe inizjattiva meħuda mid-Diviżżjoni tas-Saħħa dwar training jew re-training ta` tobba li jaħdmu fiċ-ċentru tas-Saħħa il-College of Family Doctors hija waħda mill-għaqdiet konċernati li qed jiġu kkonsultati.