Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16329 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjega kemm huwa legalment korrett l-istat ta' fatt ta' persuna ta' nazzjonalita' Eġizzjana, miżżewweġ Maltija, li ħames snin ilu ġie rtirat il-passaport Malti tiegħu u anke dak l-Eġizzjan bil-konsegwenza li ilu ħames snin mingħajr passaport u allura ma jista' jsiefer imkien?

Response (BORG, TONIO)

Biex inkun f`pożizzjoni li nagħti tweġiba, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħtini aktar informazzjoni, anke b`mod kunfidenzjali, dwar il-persuna li dwarha qed jagħmel il-Mistoqsija.

Djar — Tarxien

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jekk jogħġbu, jikkonferma li l-fond proprjeta' tal-Gvern fl-indirizz Block J, Door 1, Old Neolitic Temple Street, Raħal Ġdid, huwa vojt u vakanti u ilu hekk għal dawn l-aħħar snin? Stante dan il-fatt, jista' jara li l-persuna anzjana u marida ħafna li qed tbati ħafna fejn toqgħod fil-preżent għax trid titla' kuljum Old Bakery Street kollha u minħabba dawn it-tlajja lanqas baqgħet tqarben il-morda bħal qabel, ikun allokat lilha dan il-fond minħabba li dan qiegħed ħdejn qraba tal-familja tagħha u b'hekk ikollha l-konfort tal-familja. Id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separtament.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-fond indikat mhux vakanti imma allokat.
Leg 9 PQ #16331 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Somma dovuta

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara li s-somma ta' Lm1049 dovuta mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ilha dovuta mill-1993, tingħata mill-aktar fis lill-imsemmija persuna peress li huwa pensjonant u għandu bżonn ħafna ta' dawn il-flus? Qed nibgħat separatament dikjarazzjoni li tawtorizza lis-sottoskritt jagħmel din l-interpellanza.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra ddaħħlet is-sistema tas-`Self Assessement` fejn il-Gvern intrabat li jħallas l-imgħaxijiet jekk ir-`refund` ma jsirx fiż-żmien determinat mill-liġi. Dan hu pass kbir `il quddiem għax mhux se jiggrava aktar il-problema tal-ħlas tar-`refunds` lit-`taxpayers`. Sfortunatament minħabba l-ammont kbir ta` `refunds` li akkumulaw matul is-snin passati mhux possibli li dawn jitħallsu kollha f`daqqa iżda qed isir sforz biex dawn jitħallsu fl-inqas żmien possibbli. Id-Dipartiment jimxi fuq diversi kriterji fil-ħlas ta` dawn ir-`refunds` u l-każ imsemmi fl-interpellanza jkun ikkunsidrat fil-kuntest ta` dawn il-kriterji.
Leg 9 PQ #16207 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jindaga għaliex persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, rċieva kont tad-dawl u l-ilma għal fond fil-Fgura, meta huwa ilu li biegħ l-imsemmi fond sa mit-30 ta' Ġunju, 1989? Kif jista' jkun li persuna, anke wara li sar it-transfer relattiv ta' l-ismijiet tal-proprjetarju aktar minn 11-il sena ilu xorta jirċievi tali kont?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #16243 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Reviżjoni tal-karti

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara għaliex ir-revision of papers fl-eżami tas-Second Secretary fi ħdan il-Ministru (skritt), liema eżami sar f'Novembru, 1999 u Frar 2000 (orali), u liema revision of papers ġiet mitluba minn żewġ persuni biss madwar tmien ġimgħat ilu, għadha ma tlestietx u b'hekk il-kandidati l-oħra tħallew imdendlin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'Novembru 1999 sar l-eżami għall-grad ta' Second Secretary fis-Servizz Diplomatiku ta' Malta f'dawn is-suġġetti: Paper 1 Precis Writing and Current Affairs Paper 2 International Affairs. L-oral għal dawk li għaddew fl-ewwel parti, sar fi Frar 2000. Informat ukoll li ntalbu żewġ "revision of papers" minn żewġ persuni fit-tieni karta. Din saret u r-rapporti ta' l-eżaminaturi intbagħtu lil dawk il-kandidati konċernati. Kandidata waħda talbet "a second revision". Ir-rapport dwar din it-tieni reviżjoni għadu ma wasalx minkejja l-insistenza tad-Dipartiment li talab lill-Board of Local Public Examinations biex jieħu l-passi neċessarji rigward l-eżaminatur konċernat.
Leg 9 PQ #15999 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru ta'l-Affarijiet Barranin — Second Secretary

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara għaliex ir-revision of papers fl-eżami tas-Second Secretary fi ħdan il-Ministeru skritt, liema eżami sar f'Novembru 1999 (skritt) u Frar 2000 (orali), u liema revision of papers ġiet mitluba minn żewġ persuni biss madwar seba' ġimgħat ilu, għadha ma tlestietx u b'hekk il-kandidati l-oħra tħallew imdendlin?

Response (BORG, JOE)

L-eżami li għalih qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant u l-proċeduri li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-eżami huma r-responsabbilita ta' l-Examination Branch fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u mhux tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #16000 Sitting 292 2000-05-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jintervjeni sabiex il-persuna, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jieħu lura l-arretrati ta' kważi Lm1,800 li ilhom dovuti lilu sa mill-1989? L-awtorizzazzjoni mingħand din il-persuna sabiex is-sottoskritt jagħmel din l-interpellanza qed tintbagħat separatament.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li billi għandu l-awtorizzazzjoni mit-taxpayer, l-informazzjoni mitluba ser tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #15668 Sitting 285 2000-05-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Protokoll Finanzjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus lil Malta mill-Unjoni Ewropea minn meta sar l-ewwel protokoll finanzjarju? Kemm saru protokolli finanzjarji, meta u kemm involvew flus?

Response (BORG, JOE)

Fil-perjodu ta' bejn l-1978 sal-lum ġew ffirmati 4 Protokolli Finanzjarji bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja. L-ewwel Protokoll Finanzjarju (1978-1983) kien jipprovdi għal 26 MECU f'għajnuna finanzjarja għal Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 5 MECU bħala grants u 21 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew li minnhom 5 MECU kienu soft loan. It-Tieni Protokoll Finanzjarju (1983-1988) kien jipprovdi għal 29.5 MECU għajnuna finanzjarja għal Malta. Minn dawn il-flus kien hemm 10.5 MECU bħala grants, 19 MECU bħala self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) li minnhom 3 MECU kienu bħala soft loan. It-Tielet Protokoll Finanzjarju (1988-1993) kien fih 38 MECU li minnhom 12.5 MECU kienu grants, 23 MECU kienu taħt forma ta' self mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew (EIB) u 2.5 MECU Risk Capital. Ir-Raba Protokoll Finanzjarju (1995-1999) - dan ġie ffinaliżżat fl-1996 u, oriġinarjament, kien jinkludi 13 MECU bħala grants, 2 MECU bħala risk capital u 30 MECU f'self mill-EIB. L-għan ta' dan il-Protokoll kien li jassisti lil Malta fit-triqtha lejn is-sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Wara t-tibdil tal-Gvern fl-1996 u minħabba li l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja ġiet ffriżata, il-programm indikattiv li kien diġa sar għal dan il-Protokoll kellu jiġi rivedut. Għal din ir-raġuni Malta kienet għada ma bdietx twettaq il-proġetti taħt dan il-Protokoll. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li testendi dan il-Protokoll, sal-aħħar tal-1999 iżda l-ammont tal-grants ġie rivedut l-isfel għal 7 MEURO, inklużi 2 MEURO risk capital.

PTA — Coaches

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed topponi daqstant għat-talba ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu sabiex jiġu importati fuq bażi temporanja coaches tal-marka Mercedes għaż-żjara li executives tal-Mercedes se jagħmlu Malta? Jista' jara li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku tkun aktar sensittiva għall-importanza tat-turiżmu f'Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-Awtorita` msemmija għadha qed tikunsidra t-talba ndikata fid-dawl tar-regoli ta` pajjiżna.
Leg 9 PQ #15188 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jieħu l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u li ilhom pendenti għal tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #15190 Sitting 279 2000-04-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-persuna mill-Fgura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jirċievi l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, liema arretrati ilhom dovuti mill-1993 u jammontaw għal kważi Lm1,700?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament.
Leg 9 PQ #15380 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċentru Malti għar-Restawr — Ħaddiem

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jkun daqstant ġentili u jgħid jekk persuna ta' 47 sena li għandu s-City and Guilds fil-woodwork u kors ta' welding mill-ETC u kors ta' handyman mill-ETC huwiex eliġibbli għal kors ta' sena fulltime fuq il-konservazzjoni u restawr ta' ġebel u metall mniedi miċ-Ċentru Malti għar-Restawr?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-regolamenti tad-dħul ta' l-Istitut ta' l-Istudji fil-Konservazzjoni u Restawr fi ħdan iċ-Ċentru Malti għar-Restawr, kwalunkwe kandidat matur (jiġifieri li għandu l-fuq minn 23 sena) ikun eliġibbli għad-dħul fil-kors ta' sena full-time jekk jgħaddi mill-eżami tad-dħul li jinżamm apposta miċ-Ċentru. L-eżami għad-dħul jikkonsisti f'forma ta' aptitude test u huwa komuni ma' l-eżami tad-dħul tal-kors ta' erba' snin. Hemm ħsieb li dan it-tip ta' kors jiġi offrut ukoll in kooperazzjoni mal-kulleġġ vokazzjonali l-ġdid, iżda għadu mhux stabbilit jekk il-kors ta' sena jiftaħx f'Ottubru li ġej jew f'Ottubru 2001 u dan peress li meta l-kors kien offrut is-sena l-oħra dan ma fetaħx minħabba nuqqas ta' konkorrenza ta' studenti li ppreferew jidħlu għall-kors ta' 4 snin.
Leg 9 PQ #15386 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jara għaliex il-Maltacom ma tridx tonora sentenza maqtugħa kontriha fl-ismijiet "Mary Abela vs Maltacom" (deċiża 7/12/99 - Avviż Nru. CCT 163/99) mit-Tribunal tal-Konsumaturi, f'liema sentenza l-Maltacom ġiet mitluba tħallas is-somma ta' Lm300?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li dan mhux kaz li l-Maltacom ma tridx tonora s-sentenza moghtija mit-Tribunal tal-Konsumaturi. Peress li l-Maltacom ma kinitx irceviet kopja ufficjali tas-sentenza, ufficjal taghha, fid-29 tax-xahar li ghadda, mar personalment fid-dipartiment jigbor kopja. Qed jittiehdu l-passi biex il-persuna msemmija tinghata l-hlas dovut lilha.

Qrati

Question

In vista ta' sentenza riċenti tal-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala qorti tal-Ġudikatura Kriminali, fl-ismijiet "Il-Pulizija vs Giovanni Conte" fejn il-Maġistrat C. Scerri Herrera pproponiet li Artikolu 226 tal-Kap. 9 jiġi emendat sabiex il-piena tiħrax - tenendo corto li ferita ta' sfreġju u waħda ta' diżabilita' permanenti huma puniti fl-istess piena - jista' l-Ministru jikkonsidra li jiġu abbozzati l-emendi neċessarji?

Response (GATT, AUSTIN)

Dak li gie propost mill-Qorti fid-decizjoni taghha li ghaliha rrifera l-Onorevoli Interpellant gie debitament innutat.
Leg 9 PQ #15185 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Fuel

Question

Wara r-rapporti fil-ġurnali li l-Korporazzjoni Enemalta ħejjiet pjanijiet biex tmexxi l-ħażna tal-fuel tagħha minn Birżebbuga għal-lokalita' anqas abitata, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-korporazzjoni qed tonfoq tant flus fl-istess installazzjoni antika b'tinda ġdida fejn jgħabbu l-bowsers, pajpijiet ġodda lejn din l-installazzjoni u oħrajn u sistema ġdida ta' fire fighting?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogholijiet indikati minnu kienu bdew fi zmien l-amministrazzjoni precedenti. Jiena nfurmat li t-trasferiment ta` l-impjant ghal sit iehor mhux mistenni li jsir qabel is-sena 2005 u ghalhekk dan ix-xoghol irid jitlesta. Tajjeb jinghad ukoll li z-zewg `floating roof tanks` li kellhom jinbnew f`Birzebbuga mhux ser isiru.
Leg 9 PQ #15186 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati - Kumpens fuq inġustizzji

Question

In vista' tar-risposta għall-interpellanza numru 12150 tas-seduta numru 215 ta' l-10 ta' Jannar, 2000, jista' l-Ministru jissottometti r-rapport mitlub li għandu jinkludi l-ismijiet tal-persuni li ngħataw kumpens, l-ammont li ngħata lil kull individwu u x'kienet f'kull każ l-allegata inġustizzja li ġiet ikkumpensata? Kien hemm talbiet għal kumpens li ma ġewx aċċettati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ghandi xejn xi nzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 12150 waqt is-Seduta numru 215.

Tarxien — Triq Dun Karm Sant

Question

Jikkonsidra l-Ministru li Triq Dun Karm Sant, Tarxien, issir one way minħabba n-numru esaġerat ta' inċidenti li jseħħu fiha, speċjalment fil-parti fejn hemm liwja angolata ħafna? Fin-nuqqas, jistgħu għallinqas isiru żewġ sleeping policemen biex iġiegħlu l-vetturi jnaqqsu l-veloċita'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ħa nota tas-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant u b'konsultazzjoni mall-Kunsill Lokali ta' Ħal-Tarxien ser jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #15188 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili li jintervjeni sabiex il-persuna minn Ħal Tarxien, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jieħu l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, u li ilhom pendenti għal tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #15189 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li qegħdin fil-grad ta' executive officer u senior supervisor? Jista' jgħid, għal kull individwu, meta dan/din laħaq/laħqet u x'mezz intuża mill-korporazzjoni għall-upgrading/promozzjoni tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #15190 Sitting 271 2000-03-27 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex il-persuna mill-Fgura, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jirċievi l-arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni, liema arretrati ilhom dovuti mill-1993 u jammontaw għal kważi Lm1,700?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.