Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja — Triq Ħal-Għaxaq - Bus stop

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jiġi nstallat stage għall-karrozzi tal-linja fi Triq Ħal-Għaxaq, il-Gudja (ħdejn il-Palazz ta' Bettina) peress li l-eqreb bus stop hija ferm u ferm 'il bogħod (dejjem fid-direzzjoni tal-Gudja)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ser tikkunsidra t-talba ma' talbiet oħra simili sabiex jiġi nstallat stage fi Triq Ħal Għaxaq, il-Gudja.

Toroq — Tarxien

Question

In vista tar-risposta mogħtija lili fl-interpellenza numru 18840 dwar l-asfaltar tat-toroq f'Ħal Tarxien ħdejn it-triq tal-Barrani, jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jispjega fiex wasal il-proċess għal ħruġ ta' offerti għal xogħlijiet fi Triq il-Kejka u Triq Ċikku Saliba (Tarxien) u għal kostruzzjoni tal-culvert?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol fi Triq il-Kejka u Ċikku Saliba qiegħed għaddej max-xogħolijiet il-ġodda li qed isiru fit-toroq fil-lokal. Fi Triq il Kejka u Triq Ċikku Saliba mhux ser isiru culverts fihom, iżda dawn ser jinbnew f'Xintill Street u Sisters Street.
Leg 9 PQ #20668 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq

Question

B'riferenza għall-ittra miktuba fl-14 t'April, 2000 mid-Direttur tad-Dipartiment ta' Manutenzjoni u Restawr, Taqsima tax-Xogħlijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jara li jsiru dawk ix-xogħlijiet neċessarji sabiex din il-persuna ma jibqax jidħlilha ilma tax-xita fil-garage tagħha minħabba d-diżlivell tat-terrapien fit-triq? It-terrapien ogħli 4 filati ntefa' madwar 8 snin ilu.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ikkonċernat qed jara x'passi jistgħu jittieħdu fl-iqsar żmien possibli.

PTA

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Awtorita' għat-Trasport Pubbliku tinstalla bus shelter fil-bus stop li tintuża l-aktar mill-istudenti Universitarji li jużaw it-trasport pubbliku biex mill-Universita' jmorru lejn il-Belt Valletta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ser tieħu ħsieb tinstalla 'bus shelter' fil-post indikat.

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif iż-Lm 2.7 miljuni li semma li ngħataw lill-kunsilli lokali għal resurfacing ta' toroq fil-laqgħa għas-sindki f'Għawdex tqassmu lil kull kunsill lokali?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghas-sena finanzjarja li taghlaq fil-31 ta' Marzu 2001 il-Kunsilli Lokali se jkunu nghataw skond il-kalkoli taghna l-ammont li jidhru fl-iskeda annessa. Ta' min izid li l-ammonti jinkludu element ghall-patching, u li hija fid-diskrezzjoni tal-Kunsilli Lokali, bl-awtonomija taghhom, jiddeciedu kemm ghandhom jallokaw u jonfqu ghar-resurfacing.
Leg 9 PQ #19524 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Raħal il-Ġdid — Ġnien Sir Paul Boffa

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Ġnien Sir Paul Boffa, Raħal il-Ġdid, jingħata face-lift urġenti u jerġgħu jinxtegħel id-dawl sabiex ma jibqax fl-istat ta' abbandun totali u dlam?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija Parlamentari nru.19455 ta' din is-seduta.
Leg 9 PQ #19525 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet — Ftuħ ta' Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra attivament li l-mużewijiet u s-siti storiċi fil-gżejjer tagħna jibdew ta' l-inqas darba fix-xahar nhar ta' Ħadd ikunu bla ħlas sabiex jiġu mħajrin aktar familji Maltin iżuruhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva qed nikkonsidra l-proposta ta' l-Onor. Membru.

Għajn Dwieli — Żuntier tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jintervjeni sabiex il-biċċa tat-triq li hemm quddiem iż-żuntier tal-Knisja ta' Għajn Dwieli (bejn iż-żuntier u l-bankina) tiġi slivellata għaliex tant qed jinġabar ilma tax-xita f'din ir-roqgħa li huwa impossibbli għan-nies li wara xi ħalba xita, jitilgħu t-taraġ ta' quddiem l-imsemmi żuntier u b'riskju ta' xi inċident tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jesegwixxi x-xogħolijiet meħtieġa ħalli jiġi eliminat dan l-inkonvenjent.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jikkonferma li x-xogħol ta' asfaltar fuq Triq Joseph Burlo', se jinbeda sa tmiem din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18840.

Impjiegi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid huwiex possibbli li jiġu ndikati ż-żidiet fin-numru ta' mpjiegi f'dawk il-kumpanniji li jipproduċu prodotti li ġew effettwati bit-tneħħija tal-levies matul l-1999 u l-2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bit-tneħħija tal-"levies" fl-1 ta' Ottubru 1999 u fl-1 ta' Jannar 2000, ġew effettwati 95 ażjenda. Sa l-aħħar ta' Awissu 2000, in-numru totali ta' mpjegati f'dawn il-95 ażjenda kien ta' 71 aktar milli kien fl-aħħar ta' Settembru 1999.
Leg 9 PQ #18901 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza doppja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu s'issa applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza doppja wara l-emendi riċenti ta' din is-sena? Min liema pajjiżi hemm l-aktar applikazzjonijiet?

Response (BORG, TONIO)

Infakkar lill-Onor. Membru li teknikament m`hemm l-ebda "applikazzjoni" għaċ-ċittadinanza doppja, iżda wieħed jista` jagħmel talba (enquiry) biex jara jekk jikkwalifikax biex jakkwista ċ-ċittadinanza Maltija mill-ġdid b`mod awtomatiku jew inkella japplika biex jakkwistaha permezz ta` reġistrazzjoni jew naturalizzazzjoni u jżomm din iċ-ċittadinanza flimkien ma` dik barranija. Dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Lista A li turi n-nazzjonalita` u n-numru ta` dawk li għamlu talbiet ( enquiries ) s`issa, kif ukoll Lista B li turi n-nazzjonalita` u numru ta` applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni.
Leg 9 PQ #18902 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — CSAs

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm assistenti soċjali każwali li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-Partit fil-Gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #18903 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Tajpisti każwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm tajpisti każwali li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-Partit tal-gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru attwali ta’ tajpisti każwali mpjegati mal-Gvern huwa 136. Nirreferi wkoll l-Onorevoli Nterpellant għar-risposta ta’ nhar is-17 ta’ Jannar 2000 mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 12337.
Leg 9 PQ #18904 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Awżiljarji

Question

Jista' l-Prim Minsitru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm ħaddiema awżiljarji li dalwaqt se jibdew igawdu minn impjieg permanenti mal-gvern bħala riżultat tat-twettiq ta' wegħda oħra tal-programm elettorali tal-partit fil-gvern odjern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-“ħaddiema awżiljarji” (ex-AWTS) diġà qegħdin igawdu minn impjieg permanenti mal-Gvern. In-numru ta’ dawn il-ħaddiema huwa ta’ tnejn u tmenin.
Leg 9 PQ #18905 Sitting 364 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Proġett "Leader Plus"

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħid jekk Malta hijiex eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-proġett "Leader Plus" ta' l-Unjoni Ewropea dwar tkabbir organiku? Jekk iva, kif huwa maħsub li nipparteċipaw f'dan il-proġett? Kif jista' jibbenefika minnul-bidwi Malti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Malta mistennija tkun eliġibbli biex tipparteċipa fil-proġett Leader Plus li hu Inizjattiva Kommunitarja għall-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, il-Leader Plus hu fil-programm futur tal-Ministeru u t-tħejjijçt preliminarji diġa bdew isiru.

Raħal Ġdid — Pelican lights

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jara x'inhi r-raġuni li l-pelican lights li ġew installati aktar minn tliet xhur ilu quddiem il-Knisja ta' Sant'Antnin f'Għajn Dwieli, Raħal Ġdid sal-lum għadhom mitfija u għalhekk bla użu ta' xejn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn id-dwal jinxtgħelu.

Gudja — Ta' Xlejli - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex isir l-asfaltar li issa sar iktar minn urġenti tat-toroq li jinsabu f'Ta' Xlejli fil-Gudja (bħal Triq il-Markiża u Triq Ta' Xlejli)? Dan qed jingħad kemm minħabba l-inkonvenjent esaġerat tar-residenti u kemm minħabba li x-xogħol fil-ġnien ta' Ta' Xlejli ma jistax jitkompla u jitlesta qabel ma jsir l-asfaltar tat-toroq biswit dan il-ġnien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jrriżultaw minn dan il-programm.

Tarxien — Asfaltar ta' toroq

Question

B'riferenza għall-interpellanzi tiegħu preċedenti fuq l-istess suġġett, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa maħsub li jibda x-xogħol ta' asfaltar fuq it-toroq ta' wara l-iskola ta' Ħal Tarxien ħdejn it-triq Tal-Barranin (eż: Triq id-Dar tal-Kejka, Triq Bjago Galea, Triq Spirtu Spiteri, Triq Pawlu Schembri, Triq Xintill, Triq il-Vittmi tal-Gwerra u Triq Ċikku Saliba) wara li f'Diċembru li għadda kien intqal li t-tendering process kien kważi mitmum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Order to Start Work sabiex isir ix-xoghol f'toroq Triq P Schembri, Triq is-Sorijiet, Triq il-Vittmi tal-Gwerra, P/O Triq Xintill, Triq Vella, Triq Spiteri, Triq M Mintoff u Triq Burlo ingħatat fil-11 ta' dan ix-xahar. Fl-istess ħin qed isiru preparamenti biex joħorġu sejħiet għal offerti għal xogħolijiet fi Triq il-Kejka u Triq Ċikku Saliba u għal kostruzzjoni tal-culvert
Leg 9 PQ #18897 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Titjiriet

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jispjega għaliex diversi drabi matul dawn l-aħħar tliet xhur, fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta lejn Malta, l-gazzetta "In-Nazzjon" tkun nieqsa? Hija b'kumbinazzjoni jew le li l-unika gazzetta nieqsa tkun "In-Nazzjon"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-"uplift" tal-gazzetta "In-Nazzjon" fuq it-titjiriet ta' l-Air Malta huwa l-istess bħal dak tal-gazzetti bil-Malti l-oħra ta' kuljum. Għaldaqstant l-iskarsezza fuq xi "return flights" li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant bilfors li kienet inċidentali.
Leg 9 PQ #18898 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dwal

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li għadu mhux obbligatorju li kull dar f'Malta li tirċievi l-elettriku mill-Enemalta jkollha s-salvavita (ECCB) mwaħħla? F'tali kża, ma jaħsibx li wasal iż-żmien li tkun obbligatorja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kull minjapplika għal servizz ġdid ta' l-elettriku huwa obbligat skond ir-Regolamenti ta' l-Elettriku li jkollu nstallata salvavita (ELCB)