Jista' l-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jara għala fil-każ bin-numru H 016644 tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, l-applikant tnaqqsulu l-punti b'mod qawwi u allura ġie preġudikat fit-talba ġenwiena tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-punti attwali li għandu l-applikant indikat jirriflettu l-pożizzjoni tiegħu vera wara spezzjoni tal-post fejn joqgħod minn impjegati ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza fit-tarf ta' Triq il-Burġlat fil-Gudja (fejn tiżbokka l-bypass tal-Gudja) peress li d-dlam ċappa li jkun hemm huwa sors ta' ansjeta u inkonvenjent enormi għar-residenti ta' din it-triq?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza maqtugħa f'salib it-toroq bejn Triq il-Burġlat u Triq Santa Marija fil-Gudja tiġi mibdula mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
In vista ta' l-iskavi riċenti fl-Imdina u ta' dawk il-fdalijiet storiċi misjuba, huwa possibli li l-UNESCO tiġi mitluba tgħin b'mod prattiku għall-aħjar priżervazzjoni tal-fdalijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-fdalijiet arkeoloġiċi partikolari misjuba reċentement fl-Imdina ma' għandhomx bżonn ta' ebda miżura ta' konservazzjoni addizzjonali għal dawk li diġa' ttieħdu. F'dan il-każ ma hemmx bżonn ta' għajnuna mingħand il-UNESCO.
L-awtoritajiet konċernati - jiġifieri d-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni ta' l-Imdina - ħadu kull miżura meħtieġa sabiex ix-xogħol infrastrutturali li qed isir bħalissa fi-toroq ta' l-Imdina ma tikkaġuna ebda forma ta' ħsara fuq dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħditx deċiżjoni (dwar l-iskavi reċenti fl-Imdina) jekk l-iskavi humiex ser jitgħattew b'mod trasparenti bħalma hu ħġieġ oħxon jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskoperti arkeoloġiċi ġewwa l-Imdina saru waqt xogħlijiet ta' infrastruttura li qed isiru bħalissa mill-"Mdina Rehabilitation Committee".
Ir-rwol tad-Dipartiment tal-Mużewijiet f'dan il-proġett jista' jinqasam fi tlett punti kif ġej:
1. Li jagħmel monitoring tat-tħaffir tat-trinek ġewwa t-toroq ta' l-Imdina, sabiex jassigura li ebda ħsara ma' ssir fuq sejbiet ta' importanza arkeoloġika - partikolarment f'każ li dawn is-sejbiet isiru b'mod aċċidentali.
2. Li jagħmel dokumentazzjoni xjentifika kompluta u dettaljata ta' dawn is-sejbiet arkeoloġiċi.
3. Li jassigura li ebda ħsara ma ssir waqt il-mili mill-ġdid tat-trinek - dan qed jiġi żgurat billi jintuża materjal addattat għall-mili tat-trinek (bħal ma huma folji tal-plastik u packing taż-żrar irqiq) sabiex ir-rovini arkeoloġiċi ma jintmissux minn materjali distruttivi (bħal ma hu l-konkos).
Dan ix-xogħol għadu għaddej, pass pass max-xogħol infrastrutturali li qed isir mill-"Mdina Rehabilitation Committee".
M'huwiex maħsub li t-tgħattiegħ b'mod trasparenti tal-wiċċ tat-triq hija prijorita` importanti f'dan il-waqt - partikolarment meta x-xogħol infrastrutturali ġewwa l-Imdina għadu mhux lest u għad tista' tinġabar informazzjoni ġdida fuq l-Arkeoloġija ta' din il-belt antika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika x'inhu n-numru ta' ġurijiet li għad iridu jsiru? Liema hu dak il-ġuri li ilu l-aktar pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Sal-lum 26 ta' Frar 2001 hemm 37 gurijiet pendenti bl-aktar wiehed li ilu pendenti huwa dak li jgib l-Att ta' Akkuza numru 9 tas-sena 1989.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex il-prassi li dawk l-istudenti tal-School of Art (f'Merchants Street, Valletta) li jattendu l-kors taċ-ċeramika filgħaxija jintalbu biex iħallsu dejjem għal materjal (tafal, kuluri eċċ) li jkollhom bżonn?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li jattendu l-kors taċ-ċeramika fiċ-Ċentru ta' l-Arti u Disinn Emvin Cremona fi Triq Merkanti l-Belt, iħallsu għall-materjal li jużaw waqt il-lezzjonijiet.
L-istudenti huma avżati b'dan il-ħlas f'paġna 24 tal-'prospectus' tal-korsijiet ta' filgħaxija organizzati mid-Dipartiment ta' l-Istudji Għola u Edukazzjoni għall-Adulti.
Ta' min jinnota li l-ħlas għall-kors ta' sena fiċ-ċeramika, hu biss ta' Lm20.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika n-numru ta' applikazzjonijiet fil-planning authority li kien hemm, sena b'sena, għal change of use minn fond residenzjali għal fondi kummerċjali matul dawn l-aħħar sitt snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` applikazzjonijiet li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet biex ikun hemm tibdil minn użu residenzjali għal użu kummerċjali kienu kif ġej:-
Sena Numru
1995 910
1996 836
1997 717
1998 752
1999 792
2000 704
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika l-ammont ta' flus minfuq fuq manutenzjoni regolari fl-iskejjel tal-gvern, sena b'sena matul dawn l-aħħar sitt snin?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li d-dorga li hemm f'Santa Luċija Avenue, Paola, quddiem iċ-ċimiterju u quddiem il-bieb numru 134 u l-ħanut ta' Montebello Marble Works, tintradam jew issir sprall sabiex meta l-vetturi li jkunu telgħin it-telgħa u jkunu jridu jidħlu ġo Ditch Street, Paola ma jkollhomx għalfejn jieqfu f'daqqa b'periklu ovvju għal terzi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jinvestiga l-każ u jara x`jista` jsir.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li r-requisition order 36736 jitneħħa peress li m'għadx baqa' raġunijiet (la skond il-liġi u lanqas fil-fatt) li jibqa' jissussisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li peress li l-fond, li fuqu hemm l-Ordni ta' Rekwiżizzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, jinstab vojt, l-imsemmija Ordni ma tistax titneħħa f'dan l-istadju.
Ninsab infurmat ukoll li fl-10 ta' Novembru li għadda, is-sid ġie mitlub jipprovdi xi nformazzjoni lid-Dipartiment konċernat, liema nformazzjoni għada ma ġietx provduta.
B'riferenza għar-risposta mogħtija fl-interpellenza nru. 21444, jista' jekk jgħoġbu l-Ministru jispjega jew jagħti eżempji ta' l-għajnuna li tista' tingħata fit-TAIEX taħt il-forma ta' seminars, workshops u laqgħat li jolqtu l-Parlament u l-proċeduri parlamentari?
Kemm-il talba saret mill-Parlament Maltin għal din it-tip t'għajnuna matul dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, JOE)
It-TAIEX torganizza attivitajiet bħal seminars, workshops, study visits jew laqghat, skond it-talbiet li tirċievi. Dawn jistgħu jkunu abażi ta' informazzjoni ġenerali, per eżempju informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u kif dawn jaħdmu; kif ukoll, fuq ħwejjeġ li jolqtu aktar mill-qrib lill-Parlament, bħall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-sehem tal-Parlament Ewropew u tal-COSAC f'dan il-proċess u aspetti leġiżlattivi oħra li jistgħu jkunu ta' interess ġenerali għall-Parlamentari.
Sa issa qatt ma saret talba mill-Parlament Malti għal din it-tip t'għajnuna.
Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jikkonferma li bis-saħħa ta' l-assistenza taħt it-TALEX, il-Parlament Malti jista' jibbenefika minn għajnuna speċifika? Jekk iva, jista' jagħti eżempji ta' x'tip ta' assistenza/għajnuna tista' tintalab?
Response (BORG, JOE)
Iva, it-TAIEX tista' toffri assistenza teknika / informażżjoni lill-Parlament Malti. Din l-għajnuna tista' tingħata taħt l-forma ta' seminars, workshops, study visits u laqgħat fuq livell tekniku fuq affarijiet li jolqtu l-Parlament u proceduri parlamentari.
Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jara min, u għaliex ta l-istruzzjonijiet sabiex titneħħa l-bozza li kien hemm sa ftit ġranet ilu fil-kantuniera bejn Palm Street, Main Street u B'Bugia Rd, ġewwa Ħal Tarxien? Min hu jaf li ħoloq inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex Triq il-Miġra fil-Gudja tingħata l-asfalt mill-aktar fis minħabba li l-istat tagħha huwa tant ħażin li ssir inaċċessibbli anke f'naqra xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex issir zebra crossing mill-aktar fis f'Luqa Road, Paola quddiem il-Cartes Supermarket peress li minħabba l-volum qawwi ta' traffiku li jgħaddi minn hemm hekk in-nies li jaqsmu prattikament jissugraw ħajjithom kull darba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jagħmlu s-survey neċessarju biex tiġi nstallata zebra crossing fil-viċinanza ta' Carters Supermarket.
Jogħġbu l-Ministru jgħid għaliex fid-Dipartiment tal-Passaporti fil-Belt twaqqaf is-servizz ta' l-internet għall-impjegati ta' dan id-Dipartiment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-aċċess għall-Internet ma tneħħiex lil Uffiċjal li għandu l-awtorita` li juża dan il-mezz għall-ħtiġijiet biss ta` l-Uffiċċju tal-Passaporti.
Jogħġbu l-Ministru jara li jiġu nstallati pelican lights ħdejn il-Bini tal-Gvern fi Triq Tarxien fil-Gudja peress li n-nies li joqgħodu fil-flats tal-Gvern u l-viċinanzi ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr ma jirriskjaw ħajjithom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi nstallata zebra crossing mill-aktar fis fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja (li hija t-triq li mill-Gudja twasslek l-airport) peress li min irrid jaqsam din it-triq wiesgħa u traffikuża jrid kull darba jipperikola ħajtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor. Interpellant.