Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li bħalissa qed jistudjaw il-Latin? Kemm hemm li qed jistudjaw il-Grieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi matul din is-sena ebda student ma talab li jiġi mgħallem il-Latin jew il-Grieg.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jindika meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' tkabbir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid? Fiex ser ikun jikkonsisti ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li x-xogħol ta' tkabbir taċ-Centru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid hu maħsub li jibda' f'Ġunju ta' din is-sena.
F'dan il-proġett iċ-Centru tas-Saħħa ser jiġi kompletament ristrutturat u jiżdied sular bil-għan li jkun hemm tqassim aħjar ta' kliniċi, waiting areas, u reception area u dawn ikunu aktar spazjużi u komdi kemm għall-pazjenti u kemm għal min jaħdem fihom. Ser jiżdiedu kliniċi sabiex jiġu provduti servizzi ġodda. Iċ-Centru tas-Saħħa se jkun attrezzat b'furnishings u equipment ta' l-aħjar standard u ser ikun airconditioned. L-ispiżerija ser tikber u tkun tipprovdi waiting room għall-klijenti li llum ikollhom jistennew barra.
Jista' l-Ministru jara li l-arbli tad-dawl li twaħħlu fil-bypass tal-Gudja (inti u sejjer lejn tal-Barrani Road) jitwaħħlulhom il-bozoz mill-aktar fis?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule f'Raħal Ġdid (Kunsilli Lokali, Paola)?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kunsill Lokali Paola ma ssottometta l-ebda talba ghad-devoluzzjoni tal-pjazza Antoine de Paule biex isir xi progett.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex, anke wara l-mistoqsija parlamentari tiegħi stess ta' ftit xhur ilu dwar il-bżonn u l-ħtieġa ta' pelican lights ġewwa Triq Luqa f'Raħal Ġdid, dawn l-istess pelican lights jitwaħħlu mill-aktar fis?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq mar biex jibda x-xogħol f'nofs Diċembru u sab oġġezzjonijiet minn nies fil-lokal għat-twaħħil tal-pelican lights fejn hu propost li jsiru.
Għalhekk dawn l-oġġezzjonijiet qed ikunu mgħoddija lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex ikunu kkunsidrati.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jintlaħaq xi forma ta' arranġament jew ftehim ma' l-M.F.A sabiex il-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid ikun jista' jibda jintuża mit-tfal ta' l-iskejjel tal-faċċata ta' dan il-ground li m'għandhomx spazju biżżejjed fejn jilagħbu jew jirrikreaw rwieħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18884 fuq is-suġġett. Informat li għadha għaddejja korrispondenza bejn is-Segretarju Parlamentari u l-Malta Football Association biex l-MFA tħallas il-kera dovut għall-użu tal-Ground Pace Grasso u biex l-istudenti ta' l-iskola Ġuże` Damato jkunu jistgħu jagħmlu użu minn dan il-ground mingħajr ħlas.
Jista' l-Ministru jara li jintlaħaq xi forma ta' arranġament sabiex il-kapella ta' Sta. Luċija, fil-bidu tal-Ġudja, tinfetaħ għall-pubbliku (anke jekk jeħtieġ bi ftehim mal-knisja)
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kappella ta' Santa Luċija li tinsab fil-konfini tal-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija, hija propjeta` tal-Knisja (propjament hija propjeta` tal-Kapitlu tal-Kattidral). Din il-Kappella rurali li nbniet fis-seklu 16 hija ta' importanza arkitettonika kbira billi hija eżempju tajjeb, u pjuttost rari, ta' stil ta' bini vernakulari Malti.
Billi l-propjeta` tal-Kappella m'hijiex f'idejn il-Gvern, id-Dipartiment tal-Mużewijiet ma jistax jagħmel arranġamenti għall-ftuħ ta' dan il-bini storiku.
Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet se jagħmel kuntatt ma' l-awtoritajiet tal-Knisja sabiex jiġi stabbilit jekk xi forma ta' arranġament jista' jintlaħaq sabiex dan il-monument jiġi kkurat u apprezzat mill-pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex jinxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa? Hemm xi ħsieb jew ħtieġa li jitwaħħlu aktar precipitators?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Triq l-Isqof Pietru Pace f'Raħal Ġdid tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li sal-lum qatt ma ngħatat kisja tarmac u qed tkun il-kaġun ta' inkonvenjent enormi għar-residenti? Qed jiġi preċiżat li s-servizzi neċessarji diġa' ġew mgħoddija minn din it-triq.
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiem infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed jispezzjona t-toroq fil-lokalita', nkluża din it-triq, sabiex jiġi stabbilit xi bżonnijiet ta' sevizzi hemm biex it-triq tkun tista' tiġi asfaltata.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex Triq Salvatore Imbroll, Triq tax-Xewk, Triq Mons. Franġisk Xuereb, Triq Maria Addolorata f'Raħal Ġdid u l-akkwati jiġu asfaltati mill-aktar fis peress li s'issa qatt ma ngħataw kisja tarmac u lanqas ma ġew livellati u b'hekk huma l-kaġun ta' inċidenti u inkonvenjent enormi għar-residenti? Qed jiġi preċiżat li s-servizzi neċessarji diġa' ġew mgħoddija minn dawn it-toroq.
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 23883 li tapplika wkoll għal dawn it-toroq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għala l-persuna, li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, għadha qed tistenna li jinbidlilha s-saqaf tal-flat fejn toqgħod peress li dan is-saqaf jinsab fi stat prekarju u l-perit mill-maintenance and construction section tad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali kien mar jarah kważi 4 snin ilu u kkonferma li jeħtieġ jinbidel mill-aktar fis.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-uniku saqaf perikoluż li kien hemm fil-fond indikat mill-Onor. Interpellant kien dak tal-kċina, li nbidel mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar madwar erba' snin ilu. Ma jirriżultax li xi perit mill-imsemmi Dipartiment iċċertifika xi saqaf ieħor fl-istess fond bħala perikoluż u li kien jinħtieġ jinbidel.
Madankollu jien għaddejt il-każ lill-imsemmi Dipartiment biex terġa' ssir spezzjoni, biex jiġi stabbilit jekk tfaċċatx xi ħsara oħra, peress li l-inkwilin ma għamel ebda talba f'dan is-sens lid-Dipartiment minn dak iż-żmien sallum.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex l-ispazju enormi li hemm quddiem in-niċċa tal-Madonna ta' Lourdes f'Raħal Ġdid (quddiem il-ħabs, fin-niżla) jiġi regolat b'xi forma ta' traffic island peress li din il-wesgħa qed tagħti lok għal ħafna sewqan bl-addoċċ ta' vetturi telgħin u neżlin sparati f'Valletta Road, Paola?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fil-waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 16963, jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ikkommisjona survey mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex 'l quddiem ikun jista' jsir xi proġett tat-Traffic Management li jsolvi l-problemi tal-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi diffikultajiet sabiex Ġnien Sir Paul Boffa f'Raħal Ġdid jgħaddi f'idejn il-kunsill lokali, Paola peress li issa għadda ħafna żmien minn meta l-kunsill lokali, għamel talba lill-Gvern Ċentrali għad-devoluzzjoni tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, peress li l-Kunsill Lokali Paola wera x-xewqa illi dan il-ġnien jgħaddi f`idejh fi stat tajjeb, id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` qiegħed f`konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru ta` l-Ambjent, biex jara x`jista jsir mix-xogħlijiet li skond il-Kunsill huma meqjusa neċessarji. Infakkar, iżda, lill-Onor. Interpellant li kull talba ta` devoluzzjoni trid tiġi approvata mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' devoluzzjoni ta' Ġnien Sir Paul Boffa, 'Raħal Ġdid sabiex dan jerġa jiġi riabilitat u ma jibqax fl-abbandun li jinsab fih bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 23921 indirizzata lill-Ministru ta` l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti fl-Universita' ta' Malta? Kemm minnhom huma barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita` huwa ta' 7663 li huma maqsumin f'4132 (Nisa) u 3530 (Irġiel). Minn dawn hemm 420 li huma studenti barranin li jinqasmu f'233 (Nisa) u 187 (Irġiel).
Jista' l-Ministru jelenka l-propjeta' tal-gvern li sal-llum ġiet devoluta lill-kunsilli lokali fir-raba' distrett u ċioe Raħal Ġdid, Tarxien, Gudja, Marsa u Sta. Luċija?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif inhu gej:-
Proprjeta` tal-gvern
Santa Lucija Gnien is-Serenita` 10 ta` Marzu 1999
Tarxien Dar tal-Kejka 28 ta` Settembru 2000
Facilitajiet Sportivi
Tarxien Playing Field/Gnien 20 ta` Frar 2001