Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26988 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Dawret it-Torri

Question

Jogħġbu l-Ministru jintervjeni u jara għaliex l-arblu tad-dawl f'Dawret it-Torri, Santa Luċija, li hemm eżatt quddiem il-knisja ta' Santa Luċija, ilu mitfi għal aktar minn sena, flimkien mal-pelican lights li hemm taħt l-istess arblu? Jista' jara li dan jinxtegħel mill-aktar fis?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #26989 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jogħġbu l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 23876?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi verifikata u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26990 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dwal

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jinbidlu l-bozoz mitfija u jsiru oħrajn ġodda fejn m'hemmx fil-front ta' Marsascala, speċjalment fil-parti ta' fejn il-Jerma?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #26991 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'manutenzjoni ta' l-iskejjel ta' l-Istat matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija numru 26989.
Leg 9 PQ #26955 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Medical Board

Question

Jista' l-Ministru jara il-għala dawk il-ħaddiema tat-Tarzna li spiċċaw bl-early retirement scheme wara li għaddew medical board jingħataw l-increments u iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja għas-sena 2001 peress li għadhom ma rċevewhomx mentri dawk tas-sena 2000 kienu diġa rċevewhom?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill Onorevoli Interpellant sabiex jaghmel il mistoqsija lil Ministru koncernat.

Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jara li ż-żwiemel li jintużaw għat-trasport bil-karozzini u li jkunu l-ġurnata kollha quddiem il-Palazz, il-Belt, jkollhom lqugħ mix-xemx kiefra tas-sajf?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-responsabbilita' ta' Shelter simili mhix ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku, iżda tal-Kunsill Lokali, bħal ma hija dik tal-Bus Shelters.
Leg 9 PQ #26957 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Belt Valletta — Ilqugħ għaż-Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jara li mill-iktar fis possibbli ssir xi forma ta' lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel li hemm quddiem il-Palazz tal-President fil-Belt Valletta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għalkemm dan il-Ministeru lest li jagħti il-kontribut tiegħu biex din il-problema tiġi ndirizzata, ninforma lill-Onor. Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Marsa — Triq Patri Magri

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen, jew xi forma oħra ta' tnaqqis ta' veloċita' tal-karozzi, ġewwa Triq Patri Magri, Marsa minħabba li l-veloċita' eċċessiva tal-vetturi qed tipperikola l-ħajja tan-nies?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mall-Kunsill Lokali tal-Hamrun u tal-Marsa ser jaraw x'forma ta' traffic calmers għandhom isiru biex titnaqqas il-veloċita eċċessiva ġo Triq Patri Magri.
Leg 9 PQ #26959 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Belt — Monument

Question

Jista' l-Ministru jifli l-possibbilta' li jsir monument għal Gran Mastru de la Valette fil-Belt Valletta?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta ser tiġi konsidrata flimkien ma' diversi entitajiet pubbliċi oħra fid-dawl tal-proġett ta' Bieb il-Belt u ċ-Ċentru Nazzjonali ta' l-Arti li ser jinbena fuq is-sit tat-Tejatru Rjal.

Raħal Ġdid — Triq l-Isqof Pietru Pace

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir l-asfaltar ta' Triq l-Isqof Pietru Pace, Raħal Ġdid li tinsab fi stat ħażin immens, wara li għaddew is-servizzi neċessarji kollha u in vista tal-prijoritajiet tad-dipartiment tat-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'parti minn Triq l-Isqof Pietru Paċe għadhu qiegħed isir xogħol ta` ffurmar tat-triq mill-iżviluppaturi li bnew fit-tarf tagħha. Id-Dipartiment tat-Toroq għamel diversi laqgħat mal-kunsill biex it-toroq ta` l-akwati jkunu asfaltati u għalhekk ix-xogħol f`din it-triq issir meta s-servizzi jkunu mqiegħda kollha b`mod permanenti u skond il-prijoritajiet tax-xogħolijiet li jkollu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #25289 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dejma

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega jekk persuna li tkun għamlet 9 snin servizz mad-Dejma flimkien ma' numru ta' snin fil-Forzi Armati; dawk is-snin mad-Dejma humiex inklużi sabiex jintlaqtu il-25 sena servizz?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-servizz li suldati kienu taw f’xi Korp tax-Xogħol, bħal id-Dejma, ma jgħoddx bħala servizz fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati għal fini ta’ penzjoni. Dan skond ir-Regolament Numru 24(2) tar-Regolamenti dwar Nominazzjonijiet u Kundizzjonijiet tas-Servizz (Forza Regolari) ta’ l-1970 kif emendat b’diversi Avviżi Legali u kkonfermat bl-ittra OPM/449/75 tas-6 ta’ Jannar 1977.

Ħal Tarxien — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni mill-aktar fis sabiex Triq Mariano Ganada f'Ħal Tarxien tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li mhux biss l-istat ta' din it-triq hija ta' inkonvenjent serju u reali għar-residenti tagħha iżda hija wkoll ta' periklu għas-saħħa ta' l-istess residenti li kemm-il darba weġgħu? Is-servizzi neċessarji ilhom li ġew mgħoddija min din it-triq li hija responsabilita' tal-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għall-asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #24754 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza bejn Triq il-Wilġa u Triq San Tumas fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien biex jitneħħa d-dlam esaġerat li hemm f'din il-parti tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex jiżdied id-dawl fil-post indikat fil-mistoqsija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #24801 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Power Station - Precipitators

Question

Wara l-interpellanzi tiegħi numri 23928 u 24641, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus s'issa sabiex inxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-precipitators kienu twaħħlu meta l-power station tal-Marsa kienet titħaddem bil-faħam. Meta l-użu tal-faħam twaqqaf, il-precipitators ma baqgħux jiffunzjonaw tajjeb u twaqqfu. Is-sena li għaddiet, ħaddiema ta' l-Enemalta, taħt id-direzzjoni ta' l-inġiniera tal-Korporazzjoni, għamlu modifikazzjonijiet tekniċi. Saru wkoll diversi bidliet ta' apparat li kien spiċċa. Peress li ma nżammx rendikont separat ta' l-ispejjeż involuti f'dan ix-xogħol, mhux possibbli tingħata stima ta' tali spejjeż.
Leg 9 PQ #24641 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Finanzi

Power Station

Question

Wara l-interpellanza tiegħi numru 23928 lil Ministru ta' l-Ambjent u li ġiet riferuta lil Ministru tal-Finanzi, jogħġbu l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa sabiex inxtraw u jitwaħħlu precipitators fil-power station tal-Marsa

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Paola — Triq il-Gurbell

Question

Jista' l-Ministru jkun daqstant ġentili u jara li l-ispazju miftuħ li hemm fit-tarf ta' Triq il-Gurbell f'Paola (fejn din tmiss mal-ħajt tal-ground ta' Pace Grasso f'Paola) jiġi upgraded billi, fost oħrajn, issir bankina (peress li s'issa qatt ma kien hemm waħda) u dan l-ispazju jiġi asfaltat peress li huwa responsabilita tal-Gvern Ċentrali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant jaqa` kollu fl-ambitu tar-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #24643 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Playing Fields

Question

Jogħġbu l-Ministru jara x'sar mis-siġar li ġew maqlugħa minn biswit il-playing fields f'Tarxien (ħdejn St. Mary Street) sabiex isir il-proġett tal-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill ta' Ħal-Tarxien ħa ħsieb sabiex is-siġar li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant jitħawlu fi bnadi oħra f'Ħal-Tarxien stess.
Leg 9 PQ #24260 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Luqa - Hut

Question

B'riferenza għal File No. MDC9106 dwar l-użu ta' hut f'Ħal-Luqa u li dwarha l-MDC irċeviet anke ittra mill-konsulent legali ta' l-enfitewta, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jindaga kif dan l-individwu għadu ma rċieva ebda risposta mill-MDC għal din l-ittra datata 20 ta' Jannar, 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ġejt infurmat li, wara li jkun sar l-istħarriġ neċessarju, il-konsulent legali ta' l-enfitewta ser jingħata risposta għall-korrispondenza li qed issir riferenza għaliha. Huwa ttamat li r-risposta tingħata fil-futur qrib.
Leg 9 PQ #23940 Sitting 508 2001-03-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

TAIEX — Għajnuna

Question

B'riferenza għall-interpellanza parlamentari numru 21723, jista' l-Ministru jgħid meta (sal-lum) il-parlament Malti talab sabiex jibbenefika mill-programm TAIEX

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm tat-TAIEX hu miftuħ għad-dipartimenti tal-Gvern, organiżżazzjonijiet mhux governattivi kif ukoll il-korpi kostitwiti. Talbiet mill-Parlament Malti jiġu nklużi ma dawk magħmula minn dipartimenti tal-Gvern. Sta għall-Parlament Malti li jinforma lill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin dwar kwalunkwe talba li jkun irid jissottometti u jfassal programm adegwat għall-ħtiġijiet tiegħu. A bażi ta' dan il-programm, il-Ministeru jissottometti talba għall-għajnuna mit-TAIEX.

Sexual Harassment — White Paper

Question

Jista' l-Ministru jikkontempla l-possibbilta' li r-reat ta' sexual harassment fuq il-post tax-xogħol jiġi nkluż fil-white paper dwar emendi fil-kodiċi kriminali?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-suggeriment tal-Onor. Interpellant jittiehed in kunsiderazzjoni.