Legislature:
Category:
Reset
Active:

Victoria Lines — Xogħol ta' Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex kien jikkonsisti x-xogħol ta' tindif li sar s'issa fil-Victoria Lines?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li saru mit-Taqsima tar-Restawr fuq il-Victoria Lines kienu pari minn 'pilot project' li twettaq fiz-zona tax-Xagħra ta' Binġemma ħdejn Binġemma Gap. Dawn ix-xogħlijiet kienu jikkonsistu f'numru ta' interventi fosthom: Rikostruzzjoni eżatta ta' "musketry parapet" li jifforma parti mid-Dwejra Lines. Tindif ta' materjal akkumulat biż-żmien fuq il-pont (Stop Wall) li jaqsam il-Wied ta' Binġemma. Tindif ta' kanali oriġinali għall-ġarr ta' ilma tax-xita. Tindif ta' materjal mirdum u ta' skart mitfugħ fil-foss matul medda twila ta' ħajt fl-inħawi. Rikuperu ta' ġebel u kaptelli oriġinali mill-ħajt li twaqqgħu għal ġol-wied. Tindif ta' passaġġi minn ħaxix ħażin. Aktar informazzjoni dwar dan ix-xogħol tinstab fi ktejjeb li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Porte des Bombes — Restawr - Nefqa

Question

Jista l-Ministru jgħid meta ser jinbeda x-xogħol ta' restawr ta' Porte des Bombes u kemm huwa maħsub li ser iqum flus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' restawr fuq Porte des Bombes huwa ppjanat li jinbeda għall-aħħar ta' din is-sena u huwa stmat li ser jiswa madwar Lm60,000.
Leg 9 PQ #32561 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monumenti

Question

Jikkonsidra l-Ministru, in vista ta' interpellanza parlamentari tiegħi preċedenti, li jsir monument jew mafkar f'ġieħ il-gran Mastru La Valette u Arvid Pardo?

Response (GALEA, LOUIS)

Huwa ħsieb tal-Gvern li bħala monument lil Arvid Pardo jinfetaħ repositorju tad-dokumenti relatati miegħu li jservi bħala post ta' riċerka u monument ħaj lil dak il-Malti li tant għamel ġieħ lil Malta permezz ta' xogħol diplomatiku fin-Nazzjonijiet Magħquda. Rigward il-Gran Mastru La Vallette, il-ħsieb tal-Gvern hu li dan jiġi konsidrat fil-kuntest tar-rijabilitazzjoni ta' Bieb il-Belt Valletta u s-sit fejn kien hemm it-Tejatru Rjal.

Housing — Appartamenti tal-Gvern - Manutenzjoni

Question

Jista l-Ministru jara li fil-blokk nru. 10 ġewwa Gardenja Street, f'Santa Luċija, li huwa blokk ta' flats proprjeta tal-Gvern, isir il-manutenzjoni neċessarja u urġenti, fosthom tikħil u tibjid, minħabba l-istat ħażin ta' dan il-blokk ta' flats?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa. Sadanittant jien infurmat li għat-tikħil tal-faċċata ngħatat l-offerta biex isir ix-xogħol bil-kuntrattur.
Leg 9 PQ #32442 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Valletta — Mużew ta' l-Arti

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma dawk ix-xogħolijiet maħsuba sabiex il-mużew ta' l-arti fil-Belt Valletta jiġi modernizzat u mkabbar? Meta huwa maħsub li dan ix-xogħol jinheda jew f'hiex kien jikkonsisti s'issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sabiex il-Mużew ta' l-Arti fil-Belt Valletta jiġi modernizzat u jitkabbar id-Dipartiment tal-Mużewijiet akkwista Palazz fi Triq Zekka u parti minn 'Casa Scaglia' sabiex jiġu integrati mal-bini preżenti. Ix-xogħol strutturali f' 'Casa Scaglia' nbeda, filwaqt li għaddej xogħol ta' preparament, riċerka, ippjanar u tfassil ta' 'Development Brief' għall-proġett kollu. Huwa maħsub li jsir xogħol strutturali, sistema ta' l-elettriku ġdid, introduzzjoni ta' faċilitajiet ġodda u tkabbir u modernizzar ta' dawk eżistenti, sistemi ta' sigurta`, tkabbir, riorganizzazzjoni, bidla sistematika ta' l-esebizzjoni permanenti. Ta' min wieħed ifakkar li xogħol ta' din in-natura huwa kompless u jinħtieġ attenzjoni kif ukoll riżorsi finanzjarji u umani adekwati.
Leg 9 PQ #32443 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

San Anton — Ġonna

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'hemm maħsub sabiex il-ġonna fil-palazz ta' San Anton li huma aċċessibbli għall-pubbliku jissebħu? F'hiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar s'issa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-ġonna ta' San Anton hemm il-ħsieb li jsir kumpless li jinkorpora post biex jilgħabu t-tfal, u gaġeġ ġodda u moderni għall-għasafar tal-gaġġa (cage birds). Jien infurmat li xogħlijiet li saru s'issa kienu jinkludu: 1. Faċilitajiet sanitarji ġodda. 2. Restawr tal-funtana ta' l-Ajkla mit-Taqsima tar-Restawr 3. Aċċess għal nies bi ħtiġijiet speċjali. 4. Bdil ta' ġebel mill-ħitan li tmermru. 5. Kannizzati fil-passaġġ tan-nofs tal-ġnien. 6. Tqegħid ta' ħadid madwar il-vaska prinċipali. 7. Taħwil ta' siġar taċ-ċitru u siġar ornamentali. 8. Organizzazzjoni ta' uffiċini. 9. Irranġar tas-saqaf tas-serra l-kbira.

Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Tarxien, li minnha diġa għaddew is-servizzi neċessarji kollha, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu snin kbar, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji iżda periklu wkoll għas-saħħa u ħajjet ir-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet le ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #29161 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Triq Il-Kurunell Mas — Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara li l-munzelli ta' trab, ħamrija, ħaxix ħażin u skart li hemm miġbura u ilhom xhur sħaħ hekk miġbura fi Triq il-Kurunell Mas ġewwa Ħal Traxein jitneħħew mill-aktar fis minħabba l-inkonvenjent enormi li qed joħolqu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).

Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Leonard Abela f' Ħal Tarxien, li minnha ilhom li għaddew is-servizzi neċessarji, tiġi livellata u asfaltata mill-aktar fis peress li l-istat diżastruż u atroċi tagħha, li ilu hekk għal snin twal, qed joħloq mhux biss inkonvenjenti serji, iżda wkoll periklu għas-saħħa tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iħejji programm għal asfaltar ta' toroq simili ma Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #28761 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ground — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jindaga biex jara fiex wasal il-proċess ta' konsultazzjoni bejn il-Kunsill Lokali Paola u l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni dwar it-talba ta' diversi ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola Ġuże D' Amato f' Raħal Ġdid sabiex dawn l-istudenti jkollhom aċċess u dritt jużaw il-ground ta' Pace Grasso (Paola) fil-ħin tal-break stante li l-iskola tagħhom m' għandhiex ground daqshekk kbir u ma tinsabx 'il bogħod mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din il-kwistjoni ilha tiġi segwita mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari. L-iskejjel tal-lokal kienu ilhom għal dawn l-aħħar 7 snin ma jitħallewx jagħmlu użu mill-Ground ta' Pace Grasso minħabba li l-Malta Football Association kienet qegħda tinsisti li tiġi kompensata mill-istess skejjel għall-użu tal-ground. Fuq inizjattiva personali tas-Segretarju Parlamentari, saru diversi laqgħat kemm mal-Malta Football Association u kemm ma' l-awtoritajiet ta' l-iskejjel konċernati. Informat li issa ntlaħaq ftehim sabiex l-iskejjel jitħallew jagħmlu użu mill-ground mingħajr ħlas waqt il-ħinijiet ta' l-iskola. F'dawn il-ġranet ġiet preparata time table ta' kif ser jintuża l-ground mill-awtoritajiet u l-istudenti ta' l-iskejjel. Hu ttamat li dan il-programm jidħol fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin.

Ħal Tarxien — Toroq

Question

B'riferenza għall-interpellanza tiegħi numru 25391 dwar Triq Mariano Gerada f'Ħal Tarxien, jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jagħtiha l-attenzjoni tiegħu sabiex jekk ta' l-anqas ma tistax tiġi asfaltata (ħaġa li m'hijiex diffiċli stante li s-servizzi ta' taħt il-wiċċ tat-triq huma mgħoddija taħt 90% ta' din it-triq qasira) Din tiġi livellata, peress li l-istat oribbli ta' din it-trejqa qed jagħmilha kważi impossibli anke għall-karozzi li jgħaddu minnha, aħseb u ara kif ser ikun impossibli għar-residenti li jgħaddu minnha meta tkun ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex it-triq tiġi spezzjonata u sa fejn ikun possibbli s-suġġerimenti ta' l-Onor. Interpellant jiġu mplimentati.
Leg 9 PQ #27731 Sitting 590 2001-07-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Art f'Ħal Far — Esproprijazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jindaga u jara għaliex għadhom ma tħallsux l-ebda kumpens is-sidien ta' l-art f'Ħal Far (daqs ta' tomna) li fl-1964 ġiet esproprijata mill-Gvern? Dettalji qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Il-prezz li ġie ndikat lis-sidien fl-Avviż ta` Ftehim li ħareġ fl-1969 ma ġiex aċċettat mis-sidien u għalhekk hemm bżonn li l-każ jiġi npoġġi quddiem il-Bord għall-Arbitraġġ. Dan sal-lum kien għadu ma sarx. Ser jittieħdu passi mmedjati biex din issir.
Leg 9 PQ #27340 Sitting 580 2001-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ultra Violet

Question

Jogħġbu l-Ministru jixtarr il-possibbilta' li index dwar l-ultra violet (UV) matul diversi ħinijiet tal-ġurnata jibda jiġi mxandar flimkien mar-rapport tat-temp ta' kuljum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lil Malta International Airport. Madanakollu ta' min jgħid li fil-preżent l-apparat meħtieġ biex dan is-suġġeriment jiġi attwat għadu mhux għad-dispożizzjoni tal-Kumpanija.

Ultra Violet — Rapport tat-Temp

Question

Jogħġbu l-Ministru jixtarr il-possibbilta' li index dwar l-ultra violet (UV) matul diversi ħinijiet tal-ġurnata jibda jiġi mxandar, flimkien mar-rapport tat-temp, ta' kuljum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27132 Sitting 573 2001-07-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Ultra Violet

Question

Jogħġbu l-Ministru jinxtarr il-possibbilta' li index dwar l-ultra violet (UV) matul diversi ħinijiet tal-ġurnata jibda jiġi mxandar flimkien mar-rapport tat-temp ta' kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Furjana — Subway

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid jekk u meta se jitneħħew it-traffic lights fi Triq Sant'Anna, Furjana billi hemm subway li tista' tintuża faċilment u b'hekk jitnaqqas ferm l-inkonvenjent għall-vetturi li f'main raod iridu jieqfu b'konġestjoni tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dawn it-traffic lights jiffaċilitaw il-qsim għall-pedestrians u b'hekk jikkomplimentaw is-subway. Għandhom ukoll funzjoni oħra mportanti ċioe, li jikkontrollaw il-volum tat-traffiku fid-direzzjoni tal-junction tal-War Memorial u b'hekk traffiku li jkun ħiereġ mill-venda tal-karozzi tal-linja, dak li tiegħla mill-port u dak li nieżel minn Sarria jkollu l-opportunita li jidħol f`din il-junction b`anqas diffikulta. Għaldaqstant m'hemm l-ebda ħsieb li dawn it-traffic lights jitneħħew għalissa.

Qorti — Librerija

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li l-librerija tal-qorti tkun miftuħa ta' kuljum, u mhux kif ġara fis-26 ta' Ġunju 200, fost drabi oħra, li għax il-librar kien bil-leave baqgħet magħluqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li waħda miż-żewġ librara ħarġet fuq `maternity leave` saru arranġamenti temporanji għal meta il-librar l-ieħor ikollu bżonn il-leave. Fid-data li l-Onor. Interpelant qed jirreferi għaliha, il-librerija kienet magħluqa bejn id-9.00 u l-10.00 ta` filgħodu minħabba funeral. L-unika persuna li għamlet talba għall-użu tal-librerija tal-Qorti f`dak il-ħin, inqdiet appena li l-librar ġie lura.
Leg 9 PQ #26986 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet

Question

Jikkontempla l-Ministru li jsiru web-pages tal-mużewijiet prinċipali ta' pajjiżna sabiex anke b'mod virtwali wieħed ikun jista' jarahom u jżurhom, bħalma hemm per eżempju tal-Louvre (Pariġi) u r-Rijksmuseum?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta ta' l-Onor. Membru hija waħda valida li ser tkun tista' tiġi kunsidrata mill-istrutturi l-ġodda li ser jitwaqqfu f'dan is-settur.

Sistema tat-Tram

Question

In vista tal-fatt li sistema ta' underground f'Malta tqum għexieren ta' miljuni ta' liri u forsi għalhekk tidher mhux prattikabbli, x'jaħseb il-Ministru dwar sistema ta' tram, bħalma hemm Strasbourg, li żgur tgħin sabiex tittaffa l-problema akuta tat-traffiku f'Malta (anke bl-għajnuna ta' fondi mill-Unjoni Ewropea wara s-sħubija ta' Malta)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ser ngħaddi s-suggeriment tiegħek lill-Bord il-ġdid tal-Malta Transport Authority.