Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — Xogħol u manutenzjoni

Question

Huwa possibbli għall-Ministru li jindika b'kemm sar xogħol ta' bini /manutenzjoni ta' toroq fir-raba' distrett matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #36890 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Libreriji — Xiri ta' kotba

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li ntefqu f'xiri ta' kotba fil-libreriji li jinsabu fl-iskejjel ta' l-istat fir-Raba' Distrett, post b'post matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammonti ta' flus li ntefqu f'kotba għal-libreriji fir-raba' distrett matul dawn l-aħħar 4 snin huma kif se nemmi: Lokalita` 1999 2000 2001 2002 Lm Lm Lm Lm Paola 300 300 300 300 Gudja 100 100 ++ 100 100 Tarxien 50 50 * Marsa ** Santa Luċia + * Il-Librerija fl-Iskola ta' Ħal-Tarxien kellha tagħlaq minħabba nuqqas ta' spazju li ttieħed għall-klassijiet. ** L-istess jista' jingħad għall-Marsa. Saru u għadhom isiru tentattivi biex jinstab post minn fejn jistgħu joperaw il-libreriji ta' Ħal Tarxien u Marsa. + F' Santa Luċia qatt ma kien hemm Librerija Fergħa. ++ Il-Kunsill Lokali tal-Gudja kien ta Lm500 fi flus biex inxtraw kotba u baqa' jixtri kotba kull sena għal-Librerija tal-Gudja bħala parti mill-ftehim ta' ko-operazzjoni li sar bejn il-Kunsill u d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji u li dan ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2000.
Leg 9 PQ #36729 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq Bormla - Dawl

Question

Jogħġbu l-Ministru jara kif huwa ġie nfurmat, skond ir-risposta li ta għall-mistoqsija parlamentari 36479, li l-manutenzjoni tal-bozza tad-dawl diġa` saret meta sal-lum stess din il-bozza għadha mitfija, liema bozza tinsab fi Triq Bormla f'Raħal Ġdid eżatt fejn tisporġi Triq il-Wied, Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta għall-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #36730 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Kunsill Mediku — Każi Pendenti

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika n-numru ta' każi pendenti quddiem il-kunsill mediku? Kemm minnhom huma mħollija għas-sentenza? Kemm ilu pendenti l-iktar każ antik?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li quddiem il-Kunsill Mediku hemm disa` (9) każi pendenti. Minn dawn hemm erba` (4) li huma mħollija għas-sentenza fil-waqt li l-iktar każ antik ilu pendenti sentejn.
Leg 9 PQ #36731 Sitting 813 2002-11-12 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Triq l-Ammiraljat - Dawl

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fi Triq l-Ammiraljat f'Raħal Ġdid minħabba d-dlam ċappa li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36716 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Xintill - Letter Box

Question

Jista' il-Ministru jara li ssir letter box mill-iktar fis fi Triq Xintill, Tarxien, peress li l-eqreb żewġ letter boxes huma f'Raħal Ġdid u ħdejn il-knisja parrokkjali ta' Ħal Tarxien, ferm 'il bogħod mill-area ta' toroq biswit Triq Xintill?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħalissa l-Maltapost qed tirrevedi l-qagħda fuq il-kaxxi ta' l-ittri kollha biex tirranġa s-sitwazzjoni ġenerali. Probabbli xi kaxxi ser jitressqu aktar lejn fejn hemm aktar ħtieġa minħabba binjiet ġodda. Jiena nfurmat li l-post indikat se jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #36717 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Breast Screening

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjoni li kien għamel il-gvern li kien qed jevelwa screening fuq bażi nazzjonali għall-cancer tas-sider fin-nisa, jista' il-Ministru jgħid fiex wasal dan il-proċess?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent, id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tkompli tiżviluppa u ssaħħaħ is-servizz multidixxiplinarju li qed jiġi offrut fil-Klinika tas-Sider fl-iSptar San Luqa. Qed isir aktar taħriġ f'diversi oqsma professjonali sabiex dawn ikunu speċjalizzati fil-kura tas-sider. Bħala bażi ta` informazzjoni, qegħda tinbena database ta` pazjenti li jbatu mill-kanċer tas-sider bil-għan li screening jiġi pprovdut għal dawk in-nisa li jitqiesu li għandhom riskju ferm akbar li jiżviluppaw il-marda tal-kanċer fis-sider. Il-pożizzjoni tad-Diviżjoni tas-Saħħa fuq screening fuq bażi nazzjonali għandha terġa` tiġi evalwata fis-sena 2005.
Leg 9 PQ #36718 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Luċija — Triq Maria de Domenici's - Dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi stallata bozza tad-dawl elettriku fi Triq Maria de Domenici's kantuniera ma' Triq l-Għargħar f'Santa Luċija?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsirata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #36719 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija Footbal Ground — Tfal tal-Mużew

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jintlaħaq xi forma ta' arranġament sabiex it-tfal tas-soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid ikunu jistgħu jużaw il-ground tal-football f'Santa Luċija, stante li meta jmorru biex jilgħabu l-football nhar ta' Ħadd wara nofsinhar dan il-ground ikun dejjem magħluq?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva. Ser nitkellem ma' min hu involut biex nara l-arranġament dwar l-użu tal-ground tal-football f'Santa Luċija mit-tfal tas-soċjeta` tal-mużew f'Raħal Ġdid.
Leg 9 PQ #36720 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Moira Mintoff - Dawl

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li titwaħħal bozza mill-iktar fis possibbli fi Triq Moira Mintoff, Tarxien, peress li d-dlam ċappa li hemm jista' jagħti lok għal inċidenti jew abbużi?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36721 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Triq Santa Marija - Dawl

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li titwaħħal bozza tad-dawl elettriku ġewwa Alley 5, Triq Sant Marija, Tarxien, minħabba d-dlam ċappa li hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra bħalha.
Leg 9 PQ #36479 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tinbidel il-bozza tad-dawl elettriku li ilha mitfija u li tinsab fil-kantuniera ta' Triq il-Wied ma' Triq Bormla f'Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-fatt il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bozza fit-triq imsemmija diġa' saret.
Leg 9 PQ #36480 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Lucia — Ground tal-Football

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex meta l-membri tal-MUSEUM jiġu biex jużaw il-ground ta' football f'Santa Lucia nhar ta' Ħadd wara nofsinhar, dawn ikunu jistgħu jagħmlu dan bla xkiel stante li dan qed ikun magħluq u kull aċċess huwa mbarrat?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li diga saret talba lill-Kumitat tal-Football Club ta' Santa Lucija f' dan ir-rigward. L-indikazzjonijiet informali li għandna juru li jista' jintlaħaq ftehim.
Leg 9 PQ #36537 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jara li tintbagħat risposta lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li fit-3 ta' Ġunju 2002 bagħtet ittra lill-Joint Office sabiex jara jekk jistax jixtri biċċ art, propjeta tal-Joint Office, ovvjament wara li tinħareġ sejħa għall-offerti? X'probabbilita hemm li din l-art tinbiegħ stante li mhux mibnija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi qegħdin isiru il-verifikazzjonijiet neċessarji skond il-provvedimenti tal-Att Numru IV tas-sena 1992 dwar Proprjeta` ta` Entitajiet Ekklesjastiċi u eventwalment issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex id-dipartiment ikun jista` jieħu deċiżjoni dwar l-aħjar użu tal-art in kwistjoni.
Leg 9 PQ #36567 Sitting 809 2002-11-04 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Internet/E-Mail

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni ta' iktar minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l-internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.

Housing

Question

B'riferenza għall-file HAA 60/98, jista' il-Ministru jgħid jistax jindika meta ser jiġi żviluppat dan il-plot mill-housing authority, stante li matul dawn l-aħħar sentejn baqa' l-istatus quo, dejjem b'riferenza għas-suġġett tat-talba magħmula mill-persuna li ismu qed jintbagħat separatament u li tinsab fl-imsemmi file?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art in kwistjoni qed tiġi mħammla u qed jinbena boundary wall. Huwa proġettat li fi żmien sena u nofs il-bini fuq l-istess plot ikun lest.

Proġetti — Tenders

Question

Jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm hemm proġetti ta' bini jew manutenzjoni ta' toroq arterjali li t-tenders tagħhom diġa' ġew aġġudikati? Kemm huwa l-valur ta' dawn il-proġetti? Meta huwa maħsub li jsir jew jinbeda x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi proġetti li qed jitwettqu mid-Direttorat tat-Toroq fuq toroq arterjali jew distributorji u toroq oħra prinċipali li xogħlijiet fuqhom għadhom kif tlestew.

Ta' Xlejli — Asfaltar ta' Toroq

Question

Fid-dawl tar-risposta li huwa tagħni għall-interpellanza tiegħi 35706, dwar l-asfaltar tat-toroq f'Ta' Xlejli, jista' il-Ministru jkompli jinformani dwar l-iskop li għalih ser jiġi ffirmat dan il-kuntratt ta' ftehim u sa meta ser ikun iffirmat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li dan hu proġett pilota u li l-iskop tal-ftehim hu biex ilaqqa l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali fi sħubija, sabiex toroq li l-Awtorita' kellha l-ħsieb li tagħmel aktar 'il quddiem ikunu jistgħu isiru issa mill-Kunsill u l-ispejjeż għalihom jiġu rifonduti fuq perjodu ta' tliet snin mill-fondi ta' l-Awtorita'.

Ħal Tarxien — Tindif

Question

Jista' il-Ministru jippresta l-attenzjoni immedjata tiegħu għat-tindif urġenti ta' pjazza Agatha Barbara f'Ħal Tarxien li hija żdingata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35079 (Seduta 784).
Leg 9 PQ #35981 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kodiċi Kriminali

Question

Jista' il-Ministru jindika meta huwa fi ħsiebu li jidħlu fis-seħħ l-emendi l-ġodda tal-kodiċi kriminali dwar l-arrest preventiv li jitnaqaas mis-sentenza ta' priġunerija?

Response (BORG, TONIO)

Qed isiru diskussjonijiet mal-Pulizija u l-awtoritajiet tal-Ħabs dwar dan is-suġġett.