Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gudja — Ħmieġ f'area

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-area ta' quddiem Triq Ħal Resqun fil-Gudja peress li issa ilha tiġi wżata bħala miżbla?

Response (GATT, AUSTIN)

Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom jaġixxu skond il-prioritajiet, esiġenzi u l-mezzi tagħhom. Billi mhux ċar għal liema area l-Onorevoli Membru qed jirreferi, nitolbu jkun aktar speċifiku sabiex tiġi stabbilita ta` min hi r-responsabbilita tad-tindif.

Gudja — Ħmieġ f'area

Question

Jogħġbu il-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-area ta' quddiem Triq Ħal Resqun fil-Gudja peress li issa ilha tiġi wżata bħala miżbla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Asfaltar ta' toroq

Question

Jogħġbu l-Ministru, invista tad-diversi domandi parlamentari li għamilt fuq l-istess suġġett jinformani bl-iżviluppi li kien hemm fuq il-proċess ta' asfaltar tat-toroq ta' wara Carters f' Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport lestiet l-istejjem neċessarji sabiex jitlestew ix-xogħlijiet f'dawn it-toroq. Peress illi din hija żona residenzjali u anke kummerċjali, x-xogħlijiet ser ikunu phased f'diversi stadji biex it-toroq ma jinqalgħux f'daqqa u b'hekk jiġi evitat kull inkonvenjent. Il-ħsieb huwa li x-xogħol jinbeda min-naħa ta' fuq u għalhekk l-ewwel sejħa għall-offerti ser tkun biex issir Triq ix-Xewk.

Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol — Twinning Project

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inizjattivi ttieħdu fil-kuntest tat-twinning project b'fondi mill-Unjoni Ewropea, bejn l-Awtorita' Maltija għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol u l-gvernijiet tar-Renju Unit u l-Irlanda? Kemm ser idum għaddej dan il-proġett? Ġew evalwati dawn l-inizjattivi u jekk iva, x'kien l-eżitu ta' din l-analiżi? Kemm ibbenefikaw nies minn dawn l-inizjattivi? Kemm kien l-ammont jew is-somma ta' flus/fondi li rċevejna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #37606 Sitting 833 2002-12-10 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Wied il-Għajn — Każi ta' kriminalita'

Question

Jista' l-Ministru jindika r-rata ta' kriminalita' f'Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-reati rappurtati lill-Pulizija li seħħew ġewwa Wied il-Għajn bejn l-1998 u s-sena 2002, huma kif ġej: 1998 1999 2000 2001 2002* 348 374 307 366 304 *sat-30/11/02
Leg 9 PQ #37499 Sitting 830 2002-12-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tarxien — Plot żdingat

Question

Jogħġbu l-Ministru jindaga u jara li l-plot żgingat u mitluq fi Triq Anġlu Mangion, f'Tarxien jiġi mnaddaf mill-aktar fis u jekk hemm bżonn jiġi reċintat biex ma jintefax aktar skart fih?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 36537, ninsab infurmat li l-verifikazzjonijiet neċessarji dwar l-art in kwistjoni waslu biex jiġu finalizzati u f`qasir żmien l-Uffiċċju Konġunt ikun f`pożizzjoni biex jiddeċiedi dwar l-aħjar użu tal-art in kwistjoni u fl-istess ħin jiġi eliminat xi inkonvenjent li qed jinħoloq peress li din l-art hija vakanti.

Gudja — Asfaltar tat-toroq

Question

Jogħġbu l-Ministru jaġġornani fuq l-aħħar żviluppi sabiex jiġu asfaltati t-toroq fl-area Ta' Xlejli fil-Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-Kunsill Lokali tal-Gudja ħareġ sejħa biex jitqabbad Project Manager għat-twettieq tax-xogħlijiet fl-area tax-Xlejli, li qed isiru taħt il- Pilot Agreement li ser jiġi ffirmat bejn l-Awtorita' Dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali. Jiena nfurmat ukoll li malli dan il-Project Manager jipprepara l-istejjem neċessarji il-ftehim ikun jista' jiġi ffirmat u x-xogħol ikun jista jitwettaq.

Raħal Ġdid — Għoti ta' tenders

Question

Jogħġbu l-Ministru jaġġornani dwar f'hiex wasal il-proċess ta' għoti ta' tenders għall-asfaltar tat-toroq wara l-Carters Supermarket f'Raħal Ġdid?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn aktar xi nżid mar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35302.

Ħal tarxien — Toroq One Ways

Question

Jogħġbu il-Ministru jixtarr il-possibilita li Triq Xintill ġewwa Ħal Tarxien issir one way fis-sens li jidħlu l-vetturi minn fejn ir-roundabout iżda ma joħorġux il-barra, peress li numru sostanzjali ta' residenti qed ibatu minn ħafna dħaħen ta' vetturi weqfin fit-traffic jams ta' kull filgħodu, vetturi li lkoll ikunu ġejjin minn fejn il-knisja ta' Ħal Tarxien ħerġin il-barra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minħabba t-Traffic Management Scheme eżistenti fiż-żona, il-proposta msemmija, ta' one way fi Triq Xintill mir-roundabout il ġewwa, mhix sostenibbli.

Ħal Tarxien — Triq id-Dejma

Question

Jogħġbu il-Ministru jixtarr il-possibilita' li fi Triq id-Dejma, Tarxien isiru numru ta' sleeping policemen sabiex titnaqqas il-veloċita' tal-vetturi, speċjalment ta' dawk li jkunu sejrin lejn l-industrial estate.

Response (GALEA, ĊENSU)

Minn riċerka li saret mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku jirriżulta li l-Kunsill Lokali ma għamel l-ebda talba għal-sleeping policeman fi Triq id-Dejma. Madankollu t-tallba ta' l-Onor. Interpellant ser tiġi mixtarra għat-tul neċessarju biex tittieħed id-deċiżjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37410 Sitting 827 2002-12-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Bozza maħruqa

Question

Jogħġbu jintervjeni l-Ministru sabiex il-bozza tad-dawl eletriku li ilha mitfija għal iktar minn xahar fi Triq Mater Boni Consigli (eżatt quddiem il-klabb tal-boċċi li jinsab biswit il-gorund Pace Grasso) f' Raħal Ġdid tiġi mixgħula mill-aktar fis?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Raħal Ġdid — Drenaġġ

Question

Jogħġbu l-Ministru jara għaliex qed inixxi d-drenaġġ mill-inspection box li hemm fil-kantuniera bejn Triq iċ-Ċimiterju u Triq it-Tarzna f' Raħal Ġdid u jara wkoll li jittieħdu dawk il-miżuri sabiex dan id-drenaġġ ma jibqax ħiereġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ħaddiema mid-Dipartiment intbagħtu fuq il-post biex jinvestigaw u titranġa l-problema.

Santa Luċija — Installazzjoni ta' lift

Question

Jogħġbu il-Ministru jispjegali jekk, u kif, huwa possibli li jiġi nstallat lift fil-blokk tal-flats numru 4 fi Triq il-Ġnien f'Santa Luċija peress li t-taraġ qed ikidd lir-residenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab informat li ma jirriżultax li saret applikazzjoni għal installar ta' lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant. Taħt Skema V ta' l-Awtorita' tad-Djar, talba għal installar ta' lift fi blokk tal-Gvern tkun ikkunsidrata kemm il-darba f'dak il-blokk tkun tabita persuna b'diżabilita' ta' mobilita'. Jekk dan japplika għall-post indikat, trid issir applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar biex din tibda l-proċess ta' studju dwar il-possibilita' li jiġi nstallat lift.

Djar — akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jippresta l-attenzjoni sħiħa tiegħu għall-każ numru HO 8799, każ pjetuż għall-aħħar, ta' omm u bintha, sabiex dan il-każ jiġi riżolt mill-aktar fis? Fl-istess waqt, l-interpellant jiddikjara li jaf b'liema żelu u paċenzja qed jittrattaw dan il-każ l-istaff tal-Ministeru għall-Politika Soċjali u jixtieq allura li l-Ministru jixpruna aktar l-isforzi li qed isiru sabiex tinstab akkomodazzjoni soċjali alternattiva lil din il-familja fil-bżonn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien informat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat.

Internet/E-Mail

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' dawk il-persuni ta' iktar minn 40 sena li applikaw sabiex jitgħallmu l-internet u l-e-mail fl-isfond ta' l-iskema li għadu kemm ħabbar u nieda l-ministeru?

Response (GATT, AUSTIN)

In-numru ta` persuni ta` aktar minn 40 sena li applikaw sabiex jilgħallmu l-internet u l-email bħala parti minn skema li għadu kif nieda l-Ministeru tiegħi kien ta` 5112. Dan huwa 55.25% ta` dawk kollha li applikaw.

Tarxien — Triq Joseph Burlo - Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jixtarr l-possibbilita` li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo, Tarxien minħabba l-ispeed eċċesiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tikkunsidra x' l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #37027 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Tindif ta' Plot — Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Paola (quddiem iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li wara spezzjoni li saret fil-post indikat, għalkemm ma rriżultax li hemm akkumulu ta` materjal organiku iżda akkumulu ta` xi materjal tal-bini, xorta saru tentattivi sabiex jinstab is-sid ta` din il-biċċa art. S'issa minn investigazzjonijiet, anke` mal-ġirien, għadu ma ġiex identifikat min hu s-sid. Dan id-dipartiment ser jibqa` jinvestiga l-każ. Rigward il-ġrieden, ħaddiema mis-sezzjoni tal-'Pest Control', fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lok indikat fil-21 ta` Novembru 2002. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #37028 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata bozza tad-dawl fit-tarf ta' Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f'Ħal Tarxien, eżatt fejn hemm entratura ta' għexieren ta' garages u fejn allura hemm dlam ċappa.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta, jirriżulta li fil-post imsemmi hemm dawl adekwat.

Kunsilli Lokali — Flus allokati

Question

Jista' il-Ministru jindika kemm kienet iż-żieda ta' flus allokati mill-gvern lill-Kunsilli Lokali tar-Raba' distrett matul dawn l-aħħar erba' snin paragunata mal-perjodu 1996-1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.