Jogħġbu il-Ministru jispjega b'liema mod il-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm ġdid ta' Erasmus Mundus ta' l-Unjoni Ewropea ser ikun ta' utilita' għall-istudenti tagħna?
Response (GALEA, LOUIS)
Kif ġie deċiż fil-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni Ewropeja ġewwa Brussels (5 ta' Mejju 2003), il-programm Erasmus Mundus ser jibda jopera minn Settembru 2004. Dan jikkonsisti fi programm fejn Universitajiet Ewropej u oħrajn mill-bqija tad-dinja jikkoperaw u joffru korsijiet post-graduate liċ-ċittadini tagħhom. L-Universita' ta' Malta u l-MCAST ser ikollhom il-possibilta' li jidħlu f'networks Ewropej biex studenti Maltin ikollhom esperjenza ta' Erasmus Mundus. Studenti li jgħixu barra l-Unjoni Ewropeja ser ikollhom il-possibilta' ta' numru limitat ta' scholarships f'Universitajiet u/jew Ċentri ta' Riċerka Ewropej.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq Leonardo Abela f'Ħal Tarxien tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li qatt ma ġiet asfaltata u hija ta' periklu serju għal saħħithom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Triq Leonardu Abela hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita dwar it-Trasport biex tiżdied fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol f'dawn it-toroq isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jara li jitwaħħlu sleeping policemen jew xi forma oħra ta' tnaqqis ta' veloċita' tal-karozzi ġewwa Triq Patri Magri, Marsa minħabba li l-veloċita' eċċessiva tal-vetturi qed tipperikola l-ħajja tan-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn riċerka li għamel id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li fi Triq Patri Magri, Marsa diġa hemm installati sleeping policemen hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji sabiex il-plot mitluq fit-tarf ta' Triq Ninu Cremona f'Raħal Ġdid (quddiem iċ-ċimiterju ta' l-Addolorata) jiġi mnaddaf mill-ġrieden kbar u perikolużi li qed jgħixu fih?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fil-plot indikata sar trattament intensiv ta' tqegħid ta' valenu minn ħaddiema tas-Sezzjoni tal-'Pest Control', fid-29 ta' Mejju 2003.
Il-problema ser tibqa tiġi segwita regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi taħt kontroll.
Jogħġbu il-Ministru jiddikjara x'inhuma x-xogħlijiet li beħsiebha tesegwixxi l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada għal dan is-sajf meta jkun hemm il-vaganzi ta' l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li numru sostanzjali ta' tenders għadhom qed jiġu proċessati mid-Dipartiment tal-Kuntratti, hu prematur niddefenixxi ix-xogħlijiet li ser isiru mill-FTS fl-iskejjel fis-sajf li ġej.
Jogħġbu il-Ministru jgħid jekk ġewx individwati fondi mill-UE (jew hux possibbli li dawn il-fondi jiġu tapped) sabiex t-tempji preistoriċi ta' l-Imnajdra timbnielhom xi forma ta' tinda jew ilqugħ li tħarishom mill-elimenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi saret talba għall-fondi mill-Unjoni Ewropeja biex isir ix-xogħol li jinkludi strutturi protettivi u ċentri tal-viżitaturi fit-tempji Neolitiċi meqjusa wirt dinji, fosthom dak ta' l-Imnajdra.
Jista' il-Ministru jixtarr il-possibilita' li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo, Tarxien, minħabba l-ispeed eċċessiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku huwa nfurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li dan il-kunsill ma jaqbilx mal-kunċett ta' sleeping policeman.
Jogħġbu il-Ministru jinterjveni sabiex Triq il-Miġra fil-Gudja tingħata l-asfalt minħabba li l-istat tagħha huwa ħażin immens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi Triq il-Miġja hija waħda mid-diversi toroq li qed jiġu spezzjonati mill-Awtorita dwar it-Trasport biex tiżdied fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol f'dawn it-toroq isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq l-Isqof Pietru Pace f'Raħal Ġdid tiġi asfaltata ladarba s-servizzi neċessarji diġa' ġew mgħoddija minn din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien ninsab infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq qiegħed il-ħin kollu f'kuntatt mal-Kunsilli Lokali biex ikun implimentat xogħol ta' titjieb f'diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar 'l quddiem skond l-eżiġenzi tad-Direttorat.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' tfajliet li matul din is-sena telqu kmieni mill-iskola sekondarja minħabba tqala? X'kienet l-iżgħar eta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' tfajliet li ħarġu mill-iskola kmieni minħabba tqala huma 20. L-iżgħar eta' kienet 14. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha servizz apposta għal dawn it-tfajliet.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' suwiċidji f'Malta u f'Għawdex matul din is-sena, bl-etajiet rispettivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Mejju ta` l-2003 ġew irrapurtati lill-Pulizija 7 każi ta` persuni li ikkomettew suwiċidju. L-eta` tagħhom kienet tvarja bejn 22 u 82 sena.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jindika l-persentaġġ ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol dovuti għall-ħaddiema li waqgħu mill-għoli minn fost l-inċidenti kollha matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xog[ol, s'issa hi dik mi;bura mid-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali skond it-talbiet li d-Dipartiment jir/ievi g[al Benefi//ju tal-Korriment. Bejn Jannar u April ta' din is-sena il-persenta;; ta' talbiet dovuti g[al waqg[at, relatat man-numru totali ta' talbiet, kien ta' 26.7%. Ninsab infurmat li ma tin]ammx statistika spe/ifika dwar waqg[at mill-g[oli u g[alhekk din il-figura tirrapre]enta il-persenta;; ta' talbiet min[abba waqg[at, sew jekk mill-g[oli u sew jekk le.
Ninsab infurmat ukoll li l-istatistika dwar Mejju g[adha qed tin;abar.
Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol li ġew rapportati lill-awtorita’ tas-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar, 2003 sal-lum u kif jipparaguna ruħu dan in-numru ma’ dawk ta’ l-istess perjodu tas-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif di;a' kelli okka]joni ng[id fit-Twe;iba g[all-Mistoqsija Parlamentari pre/edenti, l-istatistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xog[ol hi bba]ata fuq in-numru ta' talbiet g[al Benefi//ju tal-Korriment li jsiru lid-Dipartiment tas-Sigurta' So/jali. Skond din l-istatistika, bejn Jannar u April 2003 kien hemm 1,440 in/ident fuq il-post tax-xog[ol waqt li fl-istess perijodu s-sena l-o[ra kien hemm 1,400.
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm studenti ser jiggradwaw mill-Institute for Tourisim Studies fi tmiem din is-sena skolastika?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li jistgħu jiggradwaw mill-I.T.S. fi tmiem din is-sena skolastika hu ta' mitejn u erbatax (214)-il student fil-livell ta' Ċertifikat u tmenin (80) student fil-livell ta' Diploma. Ma' dawn hemm erba' (4) studenti barranin li wkoll jistgħu jiggradwaw.
Ta' min isemmi li mill-istudenti li qed jistudjaw għad-Diploma, hemm tlettax(13) fil-Higher Diploma in Hospitality Management u li jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom fit-tielet sena tal-kors BA (Hons) Tourism Studies fl-Universita' ta' Malta.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta ser tidħol fis-seħħ dik il-parti tal-kodiċi Kriminali li tiddisponi li l-arrest preventiv irid jitnaqqas ta' bilfors?
Response (BORG, TONIO)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-artikolu 8 tal-Att ta` l-2002 li jemenda l-Kodiċi Kriminali billi jissostitwixxi l-artikolu 22 tal-istess Kodiċi li jipprovdi għal kif isir il-kalkolu ta` kundanni ta` priġunerija. F`dan ir-rigward nagħmel riferenza għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 44 f`Seduta Nru. 5.
Jogħġbu l-Ministru jiddikkjara fiex wasal ix-xogħol strutturali fl-annex il-ġdid tal-Qorti fil-Belt Valletta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta` natura strettament strutturali ġewwa l-Annex tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandu jkun hemm fiha l-Qorti tal-Familja tlesta lejn l-aħħar ta` Jannar 2003, pero` għad fadal xogħol ieħor li ma huwiex strutturali li qiegħed isir.
Jogħġbu il-Ministru jindika kemm-il post ta' irmiġġ ser ikun hemm fil-marina li qed issir ġewwa l-Kottonera?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fil-Marina li qed issir ġewwa l-Kottonera ser ikun hemm 213-il post ta' irmiġġ fuq il-pontoons u 33 post ta' irmiġġ għall-superyachts. Ser ikun hemm ukoll irmiġġi għas-sajjieda u dilettanti tal-lokal.
Jogħġbu l-Ministru jindaga u jara li l-plot żdingat u mitluq fi Triq Anġlu Mangion,Tarxien jiġi mnaddaf mill-aktar fis u jekk hemm bżonn reċintat biex ma jintefax aktar skart fih?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-verifikazzjonijiet neċessarji dwar l-art in kwistjoni ġew finalizzati u għalhekk il-proprjeta` ġiet reġistrata fir-Reġistru tal-Artijiet. L-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni biex id-dipartiment ikun jista` jieħu deċiżjoni dwar l-aħjar użu ta` l-art in kwestjoni.
Jogħġbu l-Ministru jispjega x'qed isir jew x'kien isir mill-esebiti ta' ġurijiet li ilhom li ġew deċiżi, anke mill-Appell?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li tul dawn is-snin baqa` jsir l-istess bħal dawk ta` qabel u ċioe` li uħud mill-oġġetti li jiġu konfiskati jinżammu fl-arkivji tal-Qorti jew jiġu distrutti mentri l-oħrajn jibqgħu jinżammu fl-arkivji sakemm isiru l-proċeduri neċessarji sabiex jiġu ritornati lil sidhom.