Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — Każijiet ta' nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet - Passi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm drabi matul l-2002 l-Enemalta ħadet passi f'każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl? Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Bit-terminu 'ħadet passi' użat mill-Onorevoli Membru qiegħed nifhem għal-qtugħ tal-provvista tal-elettriku minħabba kontijiet pendenti. Fis-sena 2002 kien hemm 2,916 sospensjoni. F'Jannar 2003 kien hemm 214, Fi Frar 2003 kien hemm 113, F'Marzu 2003 kien hemm 210. Il-qtugħ tal-provvista huwa biss l-aħħar pass, ghax qabel ikunu ittieħdu diversi passi oħra, fosthom; timbru speċjali b'avviż ta' qtugħ fuq il-kontijiet li jkollhom l-arretrati; avviż mill-Korporazzjoni ta' l-Ilma ; avviż ieħor mill-Korporazzjoni tad-Dawl; u anke avviżi verbali qabel isir il-qtugħ. Dawn l-avviżi huma biex tintuża l-prudenza u 'ex gratia' u mhux għax meħtieġa skond ir-regolamenti ta' l-elettriku. Ħafna drabi l-problema tiġi solvuta b'dawn il-passi, għalhekk in-numru huwa relattivament baxx meta kkomparat man-numru ta' kontijiet involuti.

Enemalta — Każijiet ta' nuqqas ta' ħlas tal-kontijiet - Passi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm drabi matul l-2002 l-Enemalta ħadet passi f'każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' kontijiet tad-dawl? Kemm kien in-numru f'Jannar, Frar u Marzu 2003?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kodiċi Krimianli — Stalking jew harassment

Question

Jogħġbu il-Ministru jikkonsidra serjament li jiġi ntrodott ir-reat ta' stalking u/jew harassment fil-Kodiċi Kriminali stante li l-uniku forma ta' fastidju li l-liġi Maltija ssemmi huwa fir-rigward ta' sexual harassment ut sic u mhux b'mod ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Huwa minnu li r-reat definit mill-liġi kriminali ingliża bħala "stalking" ma jeżistix fil-kodiċi penali tagħna u tajjeb li wieħed jagħti konsiderazzjoni għas-suġġeriment tal-Onor. Membru, pero` irid ukoll jingħad li fiċ-ċirkostanzi adatti hemm ir-rimedji sija tal-kontravenzjoni tal-artikolu 339 (1)(i) kif ukoll dik fil-kamp ċivili ta` mandat ta` inibizzjoni li jiġu użati fil-prattika.

Gudja — Ta' Xlejli - asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jinformani bl-aħħar żviluppi, jekk hemm, sabiex l-area Ta' Xlejli fil-Ġudja tiġi asfaltata wara t-tkaxkir tas-saqajn minn naħa tal-kunsill lokali tal-Gudja biex jiġi ffirmat il-kuntratt offrut mill-Ministeru għat-Trasport?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-taħdidiet bejn l-Awtorita' Dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali tal-Gudja biex jiġi ffirmat kuntratt bejniethom għax-xogħol li għandu jsir fl-area tax-Xlejli, hu mistenni li jiġi ffirmat dalwaqt, billi l-istess kunsill issa qabel li jiffirma dan il-kuntratt.
Leg 10 PQ #216 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Stazzjon televiżiv CNN — Reklamar turistiku fuq Malta

Question

Jogħġbu l-Ministru jikkonsidra li jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN, stazzjon segwit minn miljuni kbar ta' nies, ġaladarba dan l-istazzjon qed ixandar ħafna reklami tal-Kroazja u t-Tuneżija li t-tnejn li huma huma kompetituri diretti ta' Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu m'għandhiex pjani biex jibda jiġi rreklamat turiżmu lejn Malta fuq l-istazzjon CNN. L-għażla fejn jidħlu r-reklami ssir skond kemm hu effettiv rigward prezz u target audience.

Tarxien — Tisbieħ tal-lokal

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li l-area ta' Triq il-Knisja kantuniera ma Triq Ġużeppi Montebello f'Tarxien tiġi nkluża fil-proġett li għaddej sabiex jissebbaħ pajjiżna bit-tqegħid ta' pjanti u fjuri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-area indikata fil-mistoqsija ma tgħamilx parti mill-ftehim li kien intlaħaq mal-Environmental Landscapes Consortium Ltd. Iżda taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kunsill Lokali. Ix-xogħol imsemmi ma jkunx jista jiġi nkluż fil-proġett ta’ tisbiħ, sakemm ma jkunx hemm xi forma ta’ ftehim mal-imsemmi Consortium.

Għasafar protetti — Skema ta' reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet taħt l-iskema ta' reġistrazzjoni ta' għasafar protetti, liema skema għalqet fil-31 ta' Mejju ta' din is-sena? Kemm-il għasfur ġie reġistrat b'hekk?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-total ta’ applikazzjonijiet li daħlu huwa ta’ 2,589 filwaqt li t-total t’għasafar imniżżla fl-applikazzjonijiet huwa ta’ 268,834. Mhux eskluż li n-numru ta’ għasafar li saret applikazzjoni dwarhom kienu diġa ġew inklużi f’applikazzjonijiet li saru taħt skemi ta’ amnestija li ħarġu fis-snin l-imgħoddija.
Leg 10 PQ #400 Sitting 12 2003-06-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Single Programming Document — Proġetti ta' priorita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' l-abbozzar tas-Single Programming Document fejn Malta se telenka l-proġetti ta' priorita' li l-Unjoni Ewropea se tintalab tikkofinanzja? Liema huma dawn il-proġetti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

L-ewwel abbozz uffiċjali tas-“Single Programming Document” intbagħat lill-Kummissjoni Ewropea fit-23 ta’ Mejju 2003. Bħalissa dan l-abbozz qiegħed jiġi diskuss internament bejn is-servizzi tal-Kummissjoni. Meta dan il-proċess jitlesta, il-Kummissjoni toħroġ mandat għan-negozjati. Huwa mistenni li n-negozjati jibdew f’Settembru 2003. Sa Settembru, Malta ser taħdem fuq abbozz tal-“Programme Complement”. Dan huwa dokument li fih jiġu identifikati f’iktar dettall is-settur u l-miżuri fejn ser jintefqu l-fondi strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-“Programme Complement” jibqa’ jgħodd bħala “working document” sakemm jispiċċa l-perijodu ta’ l-implimentazzjoni tas-“Single Programming Document” fis-sena 2006. Il-prijoritajiet li ġew identifikati fis-“Single Programming Document” huma ħamsa: 1. Investimenti strateġiċi u t-tisħiħ tas-settur kompetittiv 2. L-iżvilupp tar-riżorsi umani 3. l-iżvilupp tas-settur rurali u tas-sajd 4. Prijorita` speċjali għal Għawdex 5. Assistenza teknika

Ċens

Question

Jogħġbu l-Ministru jara l-għala t-talba tal-persuna li d-dettaljij tagħha qed jintbagħtu separatament lill-uffiċċju konġunt (File no. T113/97) sabiex tifdi ċ-ċens tal-propjeta tagħha, għadha ma ġietx iproċessata, minkejja li rċiviet l-acknolegement tat-talba tagħha fl-20 ta' Diċembru 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fi żmien qasir l-applikant in kwistjoni ser jiġi infurmat bl-ammont li bih jista` jifdi ċ-ċens.

Ħal Tarxien — Ħsarat fit-toroq

Question

Jogħġbu l-Ministru jintervjeni personalment sabiex Triq Mariano Gerada f'Ħal Tarxien, jekk ma tistax tiġi asfaltata għalissa (ħaġa li m'hijiex diffiċli stante li s-servizzi ta' taħt il-wiċċ tat-triq huma mgħoddija taħt 90% ta' din it-trejqa) ta' l-anqas tiġi livellata peress li l-istat ħażin immens ta' din it-trejqa qed jagħmilha kważi impossibli anke għall-karozzi li jgħaddu minnha, aħseb u ara kif ser ikun impossibbli għar-residenti li jgħaddu minnha meta tkun ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport qabbdet perit biex jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.

Marsa — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li ilha s-snin li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva u li hija l-vittma ta' vjolenza domestika serjissima, tingħata din l-akkomodazzjoni alternattiva mill-aktar fis, anke minħabba l-kundizzjonijiet miżerabbli tad-dar tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni qed ti;i kkunsidrata flimkien ma' applikazzjonijiet o[rajn li g[andu quddiemu d-Dipartiment g[all-Akkomodazzjoni So/jali.

Marsa — Skola tas-snajja' - momument ta' Dun Gwann Mamo

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li ġewwa l-iskola tas-snajja' fil-Marsa (fl-inħawi ta' Cassar Ship Repair Yard) hemm monument/statwa ta' Dun Gwann Mamo - persuna li għamel ħafna ġid fost it-Tarxiniżi u l-Pawlisti fis-seklu l-ieħor- li ilu abbandunat għal snin sħaħ? Jekk dan jinstab, jista' jiġi restawrat u mqiegħed x'imkien prominenti f'Ħal Tarxien?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dan il-ministeru, għandu indikazzjoni li jeżisti bust ta' Dun Ġwann fl-istore ta' l-ex skola tas-snajja' fil-Marsa kif qal l-Onor. Interpellant. Diġa' ktibna lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex naraw huwiex possibbli li dan il-bust ikun eżaminat minn restawraturi sabiex tiġi evalwata l-ħsara li seta' saritlu u wara li jsirlu r-restawr li jkun hemm bżonn, evantwalment, jitqiegħed f'post li jixraqlu.

Raħal Ġdid — Triq ix-Xewk - asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li x-xogħol ta' asfaltar ta' Triq ix-Xewk f'Raħal Ġdid jitħaffef għax qed joħloq inkonvenjent mhux żgħir għar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti ta' Triq ix-Xewk li għaliha kienet ħarġet is-sejħa għall-offerta tlestiet kollha f'nof's Mejju.

Marsa — Day centre għall-anzjani

Question

Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra serjament il-ftuħ ta' day care centre għall-anzjani fil-Marsa peress li l-popolazzjoni tal-Marsa qed tavvanza ħafna fl-eta' u tali ċenru huwa ferm meħtieġ u mixtieq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-politika tal-Gvern f'dan il-qasam hi li l-Gvern jinkora;ixxi kull inizjattiva serja u vijabbli biex il-bliet u l-ir[ula tag[na jkollhom dawn i/-/entri. Kull proposta tkun mist[arr;a, kif qed ikun il-ka] fil-Marsa.
Leg 10 PQ #147 Sitting 10 2003-06-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

E Learning — Unjoni Ewropea

Question

Jogħġbu l-Ministru jispjega fid-dettall mqar b'eżempji, kif ser igawdu l-istudenti Maltin bil-parteċipazzjoni ta' Malta fil-programm ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-E learning li ġie introdott f'Mejju 2003?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mis-sena 2002 Malta saret membru sħiħ tal-European Schoolnet. Il-European Schoolnet (EUN) hi organizzazzjoni internazzjonali iffinanzjata minn aktar minn 26 Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-għan tagħha hu li tiżviluppa t-tagħlim għall-iskejjel, għalliema u studenti fl-Ewropa. Dan iseħħ permezz ta' l-użu tal-komunikazzjoni u bdil ta' informazzjoni, fis-sistema edukattiva, b'mezzi innovattivi, u billi naġixxu bħala 'gateway' għal 'networks' skolastiċi, kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali. Fost l-attivitajiet l-iktar popolari għall-iskejjel Maltin hija l-eSchola u l-eLearning Awards. eSchola titfa' l-attenzjoni fuq l-aħjar tat-teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni fl-edukazzjoni, minn madwar l-Ewropa. eSchola toffri opportunita' lill-għalliema Maltin biex jitgħallmu minn kollegi Ewropej. eSchola toffri l-possibilta' li wieħed jissçħeb ma' komunita' ta' għalliema u skejjel minn madwar l-Ewropa u anke minn pajjiżi oħra. Għalliema u studenti jistgħu jiltaqgħu, ibiddlu ideat u jaħdmu ma' xulxin fuq proġetti ta' daqs u tul differenti. Din is-sena ser ikun hemm opportunita' għall-ġemellaġġ u 'networking' ta' skejjel. L-eLearning Awards, organizzati mill-'European Schoolnet' (EUN), huma mmirati għall-għalliema u skejjel biex permezz tagħhom jiġu ppremjati proġetti, attivitajiet, riżorsi 'online' u websites ta' l-iskejjel li juru użu innovattiv u eċċellenti tal-ICT fit-tagħlim. Il-Website ta' l-iskola ta' Marsaxlokk http://schoolnet.gov.mt/mxlokkprimaryc ġiet magħżula għal dawn l-eLearning Awards.

Ħsarat fit-toroq — Fgura

Question

Peress li parti qasira ta' Triq il-Merħba fil-Fgura hija fi stat ħażin ħafna u mħarbta u f'din il-medda mħarbta hemm żewġ warehouses li kull meta jinħarġu l-affarijiet u l-merkanzija minnhom għal ġol-vetturi li jġorruhom dawn jinkisru b'telf għan-negozjant/sid. Jogħġbu il-Ministru jara li ta' l-anqas din il-parti tat-triq titwitta mill-aktar fis?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena infurmat illi filwaqt illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar ta' parti minn Triq Merħba kantuniera ma' Triq is-Summien fl-inqas żmien possibli mistennija tiġi ppublikata s-sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista jsir. Il-parti l-oħra ta' Triq Merħba imsemmija mill-Onorevoli Interpellant qegħda mniżżla fil-programm ta' toroq li għandhom isiru aktar ' l quddiem skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal-żmien fid-Direttorat.

Theddida għas-saħħa — Yo balls

Question

Peress li skond rapporti li deheru, il-Market Surveillance Directorate u l-Malta Standards Authority qed jinvestigaw jekk il-ġugarell yo balls huwiex ta' theddida għas-saħħa u l-ħajja tat-tfal, jista' il-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet u x'inhu r-riżultat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u hu mistenni li jiġu konklużi fi żmien qasir. Sadanittant, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni b’konsultazzjoni mad-Direttorat tas-Sorveljanza fuq is-Suq ħadu passi biex tiġi sospiża l-importazzjoni kollha ta’ dawn il-yoyo water balls f’Malta sakemm ikun hemm ir-riżultat finali ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

Gudja — Installazzjoni ta' pelican lights

Question

Jogħġbu il-Ministru jara li jiġu nstallati pelican lights f'Dawret il-Gudja, Gudja mill-aktar fis peress li l-wisa' u t-tul sostanzjali ta' din it-triq qed iwasslu għal sewqan eċċesiv bil-konsegwenza li ġieli ttajjru nies li jkunu qed jaqsmu?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li minn riċerka li saret fir-rekords tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, irriżulta li d-Direttorat ma rċieva ebda rikjesta mill-Kunsill Lokali tal-Gudja rigward pelican crossing f'Dawret il-Gudja. Sadanittant l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta ser tressaq it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali kkonċernat.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jogħġbu il-Ministru jara li Triq Carmelo Robinich, Triq Salvatore Imbroll, Triq Mons. F. Xuereb, Triq Anġlu Psaila, lkoll f'Raħal Ġdid, jiġu asfaltati mill-aktar fis, iktar u iktar issa li l-asfaltar fi Triq ix-Xewk f'Raħal Ġdid li tinsab f'nofshom, beda diġa u l-loġika tiddetta li l-area kollha tkun ta' l-istess livell?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat tat-Toroq lesta x-xogħol preparatorju għall-asfaltar tat-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant u s-sejħa għall-offerti sabiex ix-xogħol meħtieġ ikun jista jsir mistennija toħroġ aktar 'l quddiem.

Underground railway — Proġetti

Question

Għad li forsi għadu prematur sabiex jiġi kontemplat dan il-proġett, jaħseb il-Ministru li in vista taż-żieda eżaġerata fil-volum tat-traffiku u kif din mistennija tkun fi żmien ħames snin oħra (skond studju ta' l-2002 tal-MEPA), għandhux jiġi kontemplat proġett ta' sistema ta' underground railway (bħal ma hemm fi bliet Ewropej) jew tube anke forsi b'fondi mill-Unjoni Ewropea, kif sar f'Ateni fil-Greċja matul l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' Dwar it-Trasport kontinwament tistudja kif tista' tirranġa l-meżżi tat-trasport, anke dawk tal-massa, madankollu wieħed irid, dejjem iżomm quddiem għajnejh il-fatt li sistemi ta' underground jiswew miljuni kbar biex jinbnew u miljuni oħra f'manutenzjoni.