Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1565 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Pilloli tholidomide

Question

Jista' il-Ministru jserraħ moħħ id-diversi pazjenti li jbatu minn thyroid canar u li qed jieħdu t-tholidomide pills bħala kura, li mhux minnu li dalwaqt jispiċċa l-istock ta' dawn il-pilloli li jingħataw mill-isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-kumpanija Ġermaniża li kienet tissuplixxi lil Malta fil--passat ma għadiex timmanifattura dan il-prodott. Il-"Government Pharmaceutical Services" (GPS) qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex isib sors minn fejn jixtri l-mediċina indikata.

Ħal Tarxien — Triq Anġlu Mangion - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata parti minn Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Ħal Tarxien — Triq Daniel Cecy - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-toroq bagħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq jonqosa ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.

Ħal Tarxien — Triq il-Madonna tad-Duttrina - Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija qegħda fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li ġie mħejji mid-Direttorat tat-Toroq, u x-xogħol fiha isir aktar il' quddiem skond il-prijoritajiet.

Ħal Tarxien — Triq il-25 ta' Marzu - Asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għandu diversi talbiet għal xogħlijiet fejn l-iżvilupp għadu mhux komplut bħal f'dan il-każ, u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar ' l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.

Ħal Tarxien — Triq Dun Karm Sant - Asfaltar

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Riforma dwar it-trasport pubbliku

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet fuq ir-riforma tat-trasport pubbliku? Meta hu maħsub jew mistenni li dawn jiġu konklużi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed isiru taħdidiet fuq ir-riforma fit-trasport pubbliku bejn l-Awtorita` dwar it-Trasport u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. Dawn it-taħdidiet qed jitrattaw is-suġġerimenti tal-Kunsilli Lokali dwar ir-rotot fil-lokalitajiet tagħhom, tibdil f'rotot eżistenti u possibilitajiet ta' rotot ġodda kif ukoll l-idejat li jinħolqu "hubs" ġodda barra dawk eżistenti.

Raħal Ġdid — Triq Ninu Cremona - xogħlijiet

Question

Jogħġbu l-Ministru jara li jitħaffu u jitlestew ix-xogħlijiet fil-parti t'isfel ta' Triq Ninu Cremona, f'Raħal Ġdid, liema xogħlijiet ilhom għaddejjin għal diversi xhur issa, meta suppost damu ferm inqas?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi x-xogħol imsemmi qed isir mill-Kunsill Lokali.

UE — Talba minn Malta għall-fond ta' solidarjeta'

Question

Jista' il-Ministru jitfa' ftit dawl fuq it-talba li ġie rrapportat li Malta se tagħmel għall-fond ta' solidarjeta' ta' l-Unjoni Ewropea wara l-għargħar ta' Settembru 2003, dwar meta se ssir din it-talba u f'kemm flus se tikkonsisti din it-talba?

Response (BORG, JOE)

Wara l-maltemp qalil tat-Tnejn 15 ta' Settembru 2003 u tal-ġranet ta' wara fuq il-gżejjer Maltin, il-Gvern Malti ġie assigurat illi għandu dritt japplika għal għajnuna finanzjarja mingħand l-Unjoni Ewropea taħt il-provvedimenti tar-Regolament tal-Kunsill tal-Ministri Numru 2012/2002, li waqqaf il-Fond ta' l-Unjoni Ewropea għal Solidarjeta' ma' pajjiżi milquta serjament minn diżastri kbar, prinċipalment naturali. Nhar il-Ġimgħa 19 ta' Settembru, uffiċċjali għoljin minn bosta Ministeri ewlenin iddiskutew bejniethom dwar il-koordinament meħtieġ għall-ġbir ta' tagħrif ddettaljat sabiex tintefa' applikazzjoni f'dan ir-rigward. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, filwaqt li l-formoli ta' applikazzjoni jridu, skond il-provvedimenti ta' l-istess Direttiva, jiġu sottomessi fi żmien għaxar ġimgħat mid-data meta l-maltemp laqat lil pajjiżna l-ewwel darba li l-għajnuna finanzjarja li tista' tiġi awtoriżżata biex titħallas mill-Fond tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li hemm speċifikat fl-artikli relattivi tad-Direttiva.

Imgħaxijiet imħallsa mill-banek

Question

Jogħġbu l-Ministru jispega fil-qasir x'inhi l-politika tal-gvern fir-rigward ta' l-imgħaxijiet imħallsa mill-banek, u dan in vista li dawn ir-rati ta' l-imgħax qed jonqsu ħafna u għalhekk forsi wieħed jista' jispjega lil dawk il-pensjonanti li m'humiex daqshekk au courant mal-politika ekonomika u monetarja u allura ma jifhmux dan il-proċess bil-konsegwenza li mhux qed jagħmlu l-aħjar użu mid-depożiti tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li permezz tat-tibdil fil-liġi li seħħ fl-1994, il-Bank Ċentrali ta’ Malta sar responsabbli għall-formulazzjoni u implimentazzjoni tal-politika monetarja. Dan sar fl-isfond tal-politika tal-Gvern illi, bħal kif jiġri f’pajjiżi żviluppati, il-kundizzjonijiet fis-settur monetarju m’għandhomx jibqgħu jkunu determinati minn ordnijiet jew kontrolli diretti maħruġa mil-Ministru tal-Finanzi, iżda permezz ta’ politika monetarja aktar attiva f’proċess ta’ liberizzazzjoni fis-settur finanzjarju. Bħala parti minn dan il-proċess, il-rati ta’ l-imgħax tal-banek, kemm fuq self kif ukoll depożitu, ġew liberaliżżati kompletament. B’hekk, il-banek għandhom id-dritt illi jiffissaw jew ibiddlu r-rati ta’ l-imgħax skond il-kundizzjonijiet fis-suq tal-flus u skond ir-riskju. L-għan tal-Bank Ċentrali huwa illi jipprova jinfluwenza il-livell ta’ l-imgħaxijiet billi jintervjeni fis-suq tal-flus sabiex jiżgura stabbilita’ fis-settur monetarju u biex il-valur tal-lira Maltija jkun sostenibbli. Dan jagħmlu billi jistabbilixxi u jbiddel ir-rata ċentrali ta’ intervent fid-dawl ta’ l-iżviluppi monetarji u ekonomiċi, b’mod partikulari r-rata ta’ l-inflazzjoni, ir-riservi barranin u xejriet fir-rati ta’ l-imgħax fis-swieq barranin ewlenin. Kif huwa magħruf sew, ir-rati ta’ l-imgħax fix-xena internazzjonali niżlu għall-livell rekord minħabba tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u inflazzjoni baxxa. Ir-rati lokali għaldaqstant niżlu wkoll. F’dan ir-rigward, tajjeb infakkar illi l-politika tal-Gvern dwar ħruġ ta’ stocks hija illi l-pubbliku jingħata preferenza fil-konfront ta’ l-istituzzjonijiet.

Djar — Fond battal

Question

Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jara li jinħareġ id-derequisition order RO 34233 għal fond li ilu battal għal numru ta' snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-fond qiegħed f’lokalita’ fejn id-Dipartiment konċernat qiegħed jagħmel eżerċizzju ta’ tneħħija ta’ rekwiżizzjonijiet. Għalhekk ir-rekwiżizzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant mistennija titneħħa dalwaqt.

Servizz ta' trasport pubbliku — Rotta San Pawl il-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jara li s-servizz tal-linja li kien jiġi wżat qabel fuq ir-rotta San Pawl il-Baħar via Fleur-de-Lys, Valletta u vice-versa jerġa' jibda jaħdem?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan is-servizz kien jeżisti żmien ilu u kien ġie mwaqqaf peress li ma kienx isir użu minnu. Fl-2001, għaż-żmien tas-sajf, reġa ġie ntrodott bi ftehim mal-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun u Santa Venera u reġa ġie mwaqqaf għall-istess raġunijiet.
Leg 10 PQ #1301 Sitting 29 2003-09-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema li ngħataw transfer

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika liema kienet dik l-iskola, sija primarja u sija sekondarja, li minnha ntalbu l-ikbar ammont ta' transfers ta' l-għalliema matul l-aħħar sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ikbar ammont ta' transfers ta' għalliema mitluba matul l-aħħar sena skolastika kienu f'dawn l-iskejjel: Primarja - Bormla u San Pawl il-Baħar Sekondarja - Adelaide Cini u Vincenzo Borg Brared

Private Investigators

Question

Jista' il-Ministru jindika liema hija l-liġi li tirregola l- private investigators li kulma jmur qed isiru dejjem iktar numerużi? Jekk m'humiex regolati b'liġi ad hoc, jikkunsidra li jiġu regolati b'liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-servizz ta` private investigators huwa regolat bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Leg 10 PQ #1301 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema li ngħataw transfer

Question

Jogħġbu l-Ministru jindika liema kienet dik l-iskola, sija primarja u sija sekondarja, li minnha ntalbu l-ikbar ammont ta' transfers ta' l-għalliema matul l-aħħar sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqax wasalli tweġiba tingħata f'xi seduta ohra.

Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont ta' kemm kien hemm membri tal-istaff li talbu li ma jibqgħux jaħdmu fid-dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' minn Ottubru 1998 s'issa? Kemm hi l-medja ta' staff li dan id-dipartiment kellu fl-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Dipartiment għan-Nisa — Inizjattivi ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti l-lista' sħiħa ta' inizjattivi ġodda (u mhux kontinwazzjoni ta' xogħol li kien imbeda qabel) li d-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' ħa tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Direttur tad-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont tal-proposti kollha sinifikanti li d-Direttur tad-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' għamlet tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f’xi Seduta oħra.

Direttorju tan-Nisa

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fejn wasal id-Direttorju tan-Nisa li ilu jinġabar għal bosta snin? X'inhu n-numru ta' nisa li jidhru fuqu s'issa? Meta se jkun ippublikat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-2001 sar eżerċizzju mid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Soċjeta’ biex jiġi aġġornat id-Direttorju tan-Nisa li hu miġbur f’forma elettronika. Dan l-eżerċizzju kien jikkonsisti fi ħruġ ta’ ‘l fuq minn 4,000 kwestjonarju lil nisa professjonisti u f’karigi għolja kif wkoll lill-assoċjazzjonijiet tan-nisa u entitajiet oħra relevanti. L-informazzjoni ta’ l-409 kwestjonarju li daħlu lura ġiet imdaħħla f’data base ġdida. Biex ikun konformi mal-provedimenti ta’ l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, qabel ma’ din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-web site tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, id-Dipartiment konċernat talab bil-miktub lil dawk li kienu rrispondew il-kwestjonarju biex jagħtu l-permess tagħhom biex tiġi ppubblikata l-informazzjoni dwarhom. Ninsab infurmat li s’issa d-Dipartiment irċieva 235 risposta.

Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta — Kummisjoni għall-Avvanz tal-Mara

Question

X'ħidma ssir mill-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara u mid-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta' biex nisa jkunu nominati għal bordijiet u kummissjonijiet? Xi strateġija ntużat f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istrateġija tal-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara biex nisa jkunu nominati għal bordijiet u kummissjonijiet hija fuq żewġ binarji: · Waħda għal aktar għarfien dwar nisa professjonali u f’karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. · L-oħra biex jizdiedu l-opportunitajiet tan-nisa biex jilħqu dawn il-karigi. Din il-ħidma, li l-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara tesegwixxi permezz ta’ l-Eżekuttiv tagħha, id-Dipartiment għan-Nisa fis-Soċjeta’, tinkludi: - Tisħiħ u aġġornar tad-Direttorju tan-Nisa Maltin; - Monitoring u pubblikazzjoni ta’ statistika dwar ir-rappreżentanza ta’ nisa u rġiel fuq bordijiet u kumitati aġġornata kull sena fir-Rapport Annwali tad-Dipartiment; - Rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet konċernati biex ikun hemm rappreżentanza bilanċjata ta’ nisa u rġiel fuq bordijiet u kumitati; - Sottomissjoni ta’ proposti biex jissaħħu l-opportunitajiet għall-avvanz tal-mara fis-Servizz Pubbliku; - Sottomissjoni ta’ proposti lill-iStaff Development Organisation (SDO) biex tkun inkluża l-perspettiva tal- gender fit-taħriġ li jingħata lill-uffiċċjali pubbliċi; - Kors ta’ ‘Women in Management’ organiżżat flimkien ma’ l-SDO; - Workshops għan-nisa kandidati fil-kunsilli lokali; - Kampanja fil-medja biex o aktar nisa jikkontestaw l-elezzjonijiet u o biex l-elettorat jeleġġi kemm nisa u kemm irġiel; - Analiżi annwali tar-riżultati ta’ l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.