Jogħġbu l-Ministru jara għaliex il-kunsill lokali ta' Raħal Ġdid għadu ma rċieva l-ebda informazzjoni mingħand il-MEPA rigward l-ilment li l-kunsill ressaq dwar l-inċineratur li hemm f'Kordin (proprjeta' tat-Tarzna)?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bħalissa qed tieħu l-passi neċessarji sabiex jingħalaq darba għal dejjem l-inċineratur tal-Malta Shipyards, li jinsab ġewwa Kordin. Kif ukoll qed tieħu ħsieb li kull tip ta' skart domestiku li fil-preżent qed jiġi inċinerat jiġi ttrasferit ġewwa l-faċilita' tal-Magħtab.
Jogħġbu l-Ministru jinformani x'qiegħed iżomm ix-xogħol ta' asfaltar fl-area ta' Xlejli fil-Gudja li jibda wara li l-kuntratt ta' għoti ta' fondi mill-awtorita' tat-trasport ġie ffirmat mill-kunsill lokali tal-Gudja?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hija ntenzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Gudja li t-tender għax-xogħol ta' rikostruzzjoni tat-toroq fl-area ta' Xlejli, tkun tinkludi wkoll tħaffir u bini ta' ġibjun għal ilma tax-xita li jinġabar fl-inħawi. Għaldaqstant filwaqt li tqabbad kuntrattur biex jagħmel site investigation sabiex jiġi stabilit x'tip ta' ġibjun għandu jsir, huwa l-ħsieb tal-Kunsill Lokali illi hekk kif dan jiġi stabilit, toħroġ tender waħda kemm għar-rikostruzzjoni tat-toroq kif ukoll għal bini tal-ġibjun.
Ħal Tarxien — Triq Alfier de Medran - social housing project
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet li kien hemm għal social housing project fi Triq Alfier de Medran, f'Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar l-iżvilupp indikat mill-Onor. Interpellant wara li l-applikazzjoni relatata ma’ dan l-iżvilupp, li ġiet sottomessa lill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ġiet rifjutata.
Jogħġbu l-Ministru jitfa' dawl fuq jekk Malta hijiex jew le eliġibbli għal xi għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea tramite xi fond partikolari biex itaffi xi spejjeż tad-detenzjoni ta' l-immigranti llegali f'Malta? Jekk iva, saret xi talba f'dan is-sens?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm s`issa għad m`hemmx fondi mill-Unjoni Ewropea biex jittaffew l-ispejjeż għad-detenzjoni ta` l-immigranti illegali, jidher li hemm diskussjonijiet interni fl-Ewropa fuq dan il-punt.
Barra minn hekk, Malta diġa` ressqet it-talba tagħha għall-fondi mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati biex ittaffi l-ispejjeż ta` persuni vulnerabbli, bħal tfal minorenni li jinsabu waħedhom kif ukoll ta` persuni li qegħdin diġa`a` jgawdu stat ta` refuġjat jew umanitarju taħt il-misura ta` integrazzjoni.
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' fortune tellers li huma reġistrati mal-VAT department?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li persuni li jaqraw ix-xorti u jagħmlu attivitajiet oħra simili huma obbligati li jkunu reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT.
Izda, billi m’hemmx heading specifiku għal din it-tip ta’ attivita’ ekonomika, taxpayers attivi f’dan it-tip ta’ xogħol, huma inklużi ma’ 1,700 ruħ oħra klassifikati taħt heading li l-attivita’ tagħhom ma tistax tkun klassifikata taħt heading speċifiku tan-NACE Code.
Din il-kategorija tista' tinkludi nies li staqsa dwarhom l-Onorevoli Interpellant.
Jogħġbu l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' mastrudaxxi li huma reġistrati mal-VAT department bħala self-employed?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li 1,084 huma reġistrati mad-Dipartiment tal-VAT fil-qasam ta’ manifattura ta’ għamara. Dawn jinkludu kemm kumpaniji u mastrudaxxi individwali.
Ħaddiem li sofra minn inċident fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet ta' l-occupational health & safety authority dwar l-inċident li persuna - isimha qed jintbagħat separatament - kellu fuq il-post tax-xogħol tiegħu fil-Freeport fl-10 ta' Awissu, 2002 u li fih sofra diżabilita' permanenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol investigat il-każ li għamel referenża għalih l-Onor. Interpellant. Minn din l-investigazzjoni rriżultaw diverġenzi serji dwar l-inċident bejn kif rappurtat mill-impjegat konċernat u kif rappurtat mix-xhieda li raw l-inċident. Spezzjoni fuq il-vapur fejn seħħ l-inċident ma wrietx li kien hemm xi negliġenza minn naħa ta’ l-operaturi tal-vapur.
Ninsab infurmat ukoll li għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-Awtorita’ għas-Saħħa u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol, l-Awtorita’ tikkunsidra l-investigazzi magħluqa.
Jista' il-Ministru jillumina lir-residenti ta' Triq Maria Addolorata f'Paola meta ser tiġi asfaltata stante l-istat ħażin ħafna u perikoluż ta' din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-program ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Kemm kienu dawk l-għalliema li talbu transfer mill-iskola Adelaide Ċini fis-sena skolastika li għaddiet u kemm minn dawn effettivament ingħataw dan it-transfer li talbu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li in-numru ta' għalliema li talbu transfer mill-iskola 'Adelaide Cini' fis-sena skolastika li għaddiet huwa ta' 13. Minnhom 4 ingħataw it-transfer li talbu.
Jista' il-Ministru jitfa' dawl fuq il-pożizzjoni legali ta' dawk l-immigranti illegali li qed jinżammu fid-diversi ċentri madwar Malta, bħal Ta' Kandja? Jista' ukoll jitfa' dawl fuq is-sitwazzjoni u kundizzjoni attwali ta' dawn il-persuni? Kemm minnhom qed jinżammu f'Ta' Kandja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fost l-immigranti illegali li fil-preżent qed jinżammu fid-diversi ċentri, hemm min qiegħed jistenna l-eżitu ta` l-applikazzjoni għall-refugee status. Filwaqt li hemm numru ieħor li qiegħed jistenna l-eżitu tal-kawża Kostituzzjonali. Imbagħad hemm uħud li qed jistennew id-dokumenti meħtieġa sabiex jiġu ripatrijati. Ninsab infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 65 immigrant illegali miżmuma f`Ta` Kandja.
Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati tal-ħlas ta' l-irmiġġi dovuti lil Malta Maritime Authority? Kemm jinvolvu sidien? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-irmiġġi ġodda? Kemm-il sena ilhom pendenti b'kollox l-arretrati dovuti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi sa llum, l-arretrati jammontaw għal Lm94,465. Inkluż f'dan l-ammont hemm arretrati għal ħlas ta' rmiġġi fil-yacht marina ta' Malta kif ukoll dik ta' l-Imġarr Għawdex.
Dawn jistgħu jiġu maqsuma hekk:
Kurrenti Sena b'lura Aktar minn sena
Lm49,320 Lm9,445 Lm35,700
Dawn l-arretrati jinvolvu 551 dgħajsa jew sidien.
Hemm ukoll 350 applikazzjoni għal post fil-yacht marina ta' l-Imsida kif ukoll 87 applikazzjoni għal dik ta' l-Imġarr Għawdex.
Jogħġbu l-Ministru jevalwa s-suġġeriment li jerġa' jibda jopera l-lift tal-Barrakka ta' Fuq mill-iktar fis stante l-utilita' ovvja tiegħu, speċjalment għat-turisti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Gvern jifhem l-importanza u l-urġenza tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq u għalhekk neħħa dan il-komponent mill-kumplament tal-proġett Connections sabiex ikun jista' jsir indipendentiment u għalhekk f'inqas żmien.
Jogħġbu l-Ministru jara, wara d-diversi talbiet tiegħi, li ta' l-inqas jinbena ħajt /ċint mill-iktar fis madwar il-plot żdingat u abbandunat fit-tarf ta' Triq Anġlu Mangion, f'Ħal Tarxien peress li r-residenti ma jifilħux iktar l-inkonvenjent tal-ġrieden li qed jimirħu f'dan il-plot li issa spiċċa post fejn qed jintrema kull forma ta' skart?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bdew il-proċeduri sabiex toħroġ sejħa għal offerti għal bejgħ tal-plot fi Triq Anġlu Mangion, Tarxien. Għalhekk ma jkunx opportun li jsiru spejjeż sabiex jinbena ħajt madwar il-plot f`dan l-istadju.
Jogħġbu l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex tiġi eżaminata s-sigurta' tal-mini scooters li l-importazzjoni tagħhom ġiet temporanjament miżmuma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ban temporanja li għaliha qed jirreferi saret fuq scooters li setgħu kienu qed jiġu impurtati bħala ġugarelli biex jiġi assigurat li dawn kienu jikkonformaw ma’ l-istandards ta’ sigurezza kif stipulati fl-Ordni 16 ta’ l-1996 dwar is-Sigurezza tal-Ġugarelli.
Mill-istħarriġ li sar ma rriżultax li dawn il-mini scooters kienu ġugarelli u għalhekk l-ordni hawn fuq imsemmija ma kienetx tapplika għalihom.
Madanakollu l-Awtorita tat-Trasport Pubbliku, minħabba raġuni tas-sigurezza u anke konformi mar-rakommandazzjoni tal-manifatturi li dawn għandhom jintużaw “off road”, ma tippermettiex li dawn jinsaqu f’postijiet pubbliċi.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq Marjanu Gerada li tiżbokka fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Dun Ġużepp Calleja f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li qed isiru mid-Direttorat, u x-xogħol isir aktar 'l quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Kelinu Cachia, f'Ħal Tarxien?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta' kostruzzjoni ta' toroq li ser isiru mid-direttorat, u x-xogħol isir aktar 'il quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq il-Kurunell Mas f'Ħal Tarxien li sal-lum għadha m'hijiex asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq bgħat perit biex jispezzjona t-triq imsemmija u nstab li t-triq jonqosa ħafna żvilupp xi jsir u għalhekk l-asfalt f'din it-triq isir aktar 'l quddiem meta l-iżvilupp jitlesta'.
Jogħġbu l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra t-twaqqif ta' ombudsman għall-anzjani sabiex jiġu kkontrollati aktar il-każijiet ta' abbuż mill-anzjani, speċjalment fejn si tratta ta' ġid u proprjeta' li jistgħu jiġu mberbqa mill-familjari ta' anzjani dgħajfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġeriment ta’ l-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat fid-dawl ta’ l-istrutturi u l-provedimenti legali diġa’ eżistenti.