Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-Part 1 ma' l-ETC li huma mir-Raba' u mid-Disa' Distretti elettorali?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għangha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-Part 1 fl-aħħar ta' Ġunju 2004; mir-Raba' Distrett kin hemm 647 persuna, filwaqt li mid-Disa' Distrett kien hemm 523 persuna.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' bastimenti li ġew reġistrati taħt il-bandiera Maltija din is-sena u t-tunnellaġġ tagħhom? Xi kemm hu t-total allura ta' tunnellaġġ reġistrat sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu Jannar 2004 u Ġunju 2004 ġew reġistrati 418-il bastiment b'tunellaġġ gross totali ta' 1,743,098.
Sa l-aħħar ta' Ġunju 2004 kien hemm 3,629 bastiment reġistrati taħt il-bandiera Maltija b'tunellaġġ gross totali ta' 24,712,727.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma jekk il-kaġun tal-ħruq estensiv li ħakem l-awla tal-maġistrat Mizzi fil-bini tal-qorti kienx doluż jew kolpuż? L-inkjesta maġisterjali għadha għaddejja jew le?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta maġisterjali li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant għadha għaddejja, u għalhekk m'hemmx aktar informazzjoni x'tingħata f'dan l-istadju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' detenuti fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin maqsumin skond dawk sentenzjati u dawk le, skond dawk Maltin u dawk barranin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' detenuti fis-16 ta' Awissu 2004 kien ta' mitejn u tmenin (280).
Dawn kienu mqassma kif ġej:-
180 Maltin - 140 sentenzjati, 40 taħt arrest preventiv
100 Barranin - 59 sentenzjati, 41 taħt arrest preventiv.
Huwa possibbli għall-Prim Ministru li jikkwantifika l-ispiża ta' overtime imħallas lill-impjegati tas-servizz pubbliku dovut għall-half days, mis-sena 2000 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-overtime imwettaq fix-xhur li fihom l-impjegati tas-Servizz Pubbliku jaħdmu bil-half days huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Dan l-overtime ikun hemm bżonnu minħabba raġunijiet varji bħal xogħol urġenti li jinqala’ minn żmien għal żmien u xogħol ieħor li minħabba n-natura tiegħu jinħtieġ sigħat itwal biex jitwettaq.
Sena
Lulju (Lm)
Awissu (Lm)
Settembru (Lm)
2000
648,479
633,797
582,470
2001
691,317
743,742
718,863
2002
748,441
625,762
668,762
2003
614,238
563,898
526,155
2004
476,125
N/A
N/A
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus li kull proġett ta' tisbiħ jew titjib sewa lill-gvern din is-sena lokalita' b'lokalita'? Liema huma dawk il-lokalitajiet li bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? F'kull każ, minn liema dipartiment jew entita' huma l-ħaddiema?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-nefqa ta' flus fuq proġetti ta' tisbiħ jew titjib matul din is-sena huma stmati li swew kif jidher fil-lista ta' hawn taħt:-
Ġnien tal-Barrakka ta' Fuq, Valletta Lm250,000
Dawret il-Gżejjer, Buġibba Lm275,000
Bajja ta' San Tumas, Marsascala Lm 45,000
Paceville Lm800,000
Proġett tax-Xarolla, Żurrieq Lm 90,000
Dawn il-figuri jindikaw il-ħlasijiet fuq materjal, kuntratti, overtime, xogħol tal-MSD u pagi tal-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fuq dawn l-istess proġetti.
Bħalissa għaddej xogħol fuq dawn il-proġetti:-
Ċentru tar-Raħal, Ħal Safi
Xogħol ta' pavimentar fl-Imdina
It-tieni fażi tal-proġett tal-pjazza tal-Mellieħa
Xogħol ta' tisbiħ f'Misraħ Paolino Vassallo, Bormla
Il-ħaddiema li qed jaħdmu f'dawn il-proġetti huma mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Fil-każ tal-proġett ta' l-Imdina hemm ukoll ħaddiema tal-kuntrattur privat involuti fit-tqegħid tal-pavimentar.
Jista' il-Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuqa din is-sena fuq xiri ta' kotba ġodda mil-librerija pubblika u minn kull waħda mil-libreriji reġjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Librerija Pubblika Ċentrali matul l-2004 sa Awissu 2004, nefqet l-ammont ta' Lm4151.46 f'kotba ġodda.
Informat ukoll li l-Librerija reġjonali li minnhom hawn sebgħa (B'Kara, Mosta, Rabat, Birgu, Paola, Qormi u Luqa) nefqu l-ammont ta'
Lm300
kull wieħed f'kotba ġodda, għal total ta'
Lm2100.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' flus minfuq fuq xiri ta' kotba din is-sena mil-libreriji lokali b'mod nazzjonali u mil-libreriji fir-Raba' Distrett, lokal b'lokal, b'mod partikolari?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus minfuq mill-Kunsilli Lokali fuq xiri ta' kotba din is-sena għal-Libreriji Lokali b'mod nazzjonali skond l-informazzjoni mogħtija sal-lum hu ta' Lm7,667.
L-ammont ta' flus minfuq għal-Libreriji Lokali fir-Raba' Distrett hu kif ġej:
Gudja : l-ebda risposta mingħand il-Kunsill
Marsa : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali
Paola : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali
Santa Luċija : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali
Tarxien : l-ebda devoluzzjoni ta' Librerija Lokali
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ġurijiet pendenti fil-Qorti Kriminali u t-tip ta' reati li għalihom l-akkużati qed jistennew li jgħaddu ġuri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fis-17 ta' Awissu 2004 kien hemm 36 akkużi pendenti quddiem il-Qorti Kriminali. Dawn huma mqassma kif ġej:-
AKKUŻI
Omiċidju volontarju
5
Tentattiv ta' Omiċidju volontarju
12
Komp f'serq u omiċidju volontarju
2
Droga
13
Ħsara bi ħruq
1
Sekwestru ta' persuna -
Ħarba mill-Ħabs
1
Serq kwalifikat
1
Korruzzjoni ta' minorenni
1
TOTAL
36
Persuni ta' nazzjonalita' barranija — Applikazzjonijiet għal impjieg f'Malta
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari simili 6850 li diġa' saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi, jista' il-Viċi Prim Ministru jindika n-numru ta' barranin li mill-1 ta' Mejju 'il hawn applikaw biex jaħdmu Malta? Għal liema ġeneru ta' xogħol applikaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Mejju sa llum saru 779-il applikazzjoni sabiex barranin jaħdmu Malta. Dwar il-ġeneru ta' xogħol li qed jitolbu li jagħmlu, ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika kif mitlub minnu, iżda fejn għandhom x'jaqsmu ċittadini li ġejjin minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' xogħlijiet li għalihom dawn il-persuni għamlu talba sabiex jaħdmu.
Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni jippubblika fuq il-website tiegħu, kull l-ewwel tnejn tax-xahar, lista tal-barranin kollha li għandhom permess jaħdmu Malta. Din il-lista tinkludi ukoll it-tip ta' xogħol li għalih inħareġ il-permess.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' talbiet ta' extension għal visas li kien hemm matul din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 12,349 applikazzjoni minn barranin għal extension ta' visa, filwaqt li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 10,087.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' talbiet għal ħruġ ta' visas li kien hemm din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra kien hemm 53,803 applikazzjoni minn barranin għal ħruġ ta' visa, filwaqt li matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 46,681.
Jista' il-Ministru jgħid, dment u sakemm dan mhux ta' preġudizzju għall-operat tagħha, fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tas-Sea Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proċess tal-bejgħ tal-ishma tal-Gvern fis-Sea Malta bħalissa wasal fl-istadju fejn il-kumpaniji nteressati li ħadu it-talba għall-proposti (RFP - Request for Proposals) qegħdin jiġbru l-informazzjoni mid-Data Room biex iħejju l-proposti tagħhom li jridu jaslu għand il-Privatisation Unit mhux aktar tard minn nofs in-nhar tal-15 ta' Settembru 2004.
Jogħġbu l-Ministru jindika x'sar mill-proġett li kellu jsir fix-Chalet f'Tas-Sliema?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fir-rigward tal-proġett imsemmi, ġiet sottomessa applikazzjoni (PA 486/02) u d-diskussjonijiet ma' l-iżviluppaturi għadhom għaddejjin.
Jista' il-Ministru jwieġeb l-interpellanza numru 6580 dwar in-nurmu ta' barranin li applikaw tramite l-ETC biex jaħdmu f'Malta mill-1 ta' Mejju 'l hawn?
Response (GALEA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Membru jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil-Ministru tal-Ġustizzja u Intern peress li l-ħruġ tal-permessi tal-ħaddiema barranin jaħdmu f'Malta jaqgħu taħt dan il-Ministeru.
In vista tar-risposta għall-interpellanza tiegħi dwar l-inċidenza ta' thyroid cancer mogħtija f'mistoqsija parlamentari numru 6579, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-etajiet tal-pazjenti/individwi involuti mill-1987 'l hawn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba li n-numri huma żgħar, tqassim bl-eta sena b'sena jista' jagħti lok li pazjenti jiġu identifikati.
Jogħġbu l-Ministru jikkontempla u jixtarr l-utilita' li t-testijiet tad-demm (bħal dawk biex jiġi magħruf l-INR tad-demm) jibdew isiru fiċ-ċentri tas-saħħa u li anke r-riżultati tagħhom jibdew jingħataw mill-istess ċentri u mhux iktar mill-isptar San Luqa sabiex il-pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-servizz li bħalissa huwa offrut mill-klinika ta' Anticoagulation ġewwa l-Isptar San Luqa qiegħed jiġi analiżżat bl-għan li jkompli jitjieb dan is-servizz.
Id-domanda għas-servizz ta' l-Anticoagulant Clinic (fejn isiru testijiet tad-demm bħal l-INR) dejjem qed tiżdied. Kull ġimgħa madwar sitt mitt pazjent jattendu din il-klinika.
Fost l-affarijiet li qed ikunu kunsidrati hemm li s-servizz ikun offrut fiċ-Ċentri tas-Saħħa. B'użu ta' sistema ta' Point of Care Testing, il-pazjent ikollu r-riżultat tad-demm dak il-ħin u fil-pront jgħaddi għand it-tabib biex jinqeda b'mod aktar konvenjenti għalih u f'qasir żmien.