Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

B'riferenza għas-sena 2003 u għal perjodu Jannar sa Awissu 2004, tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid għal kull xahar: 1) kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għal akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita; 2) kemm ġew allokati djar mid-dipartiment; 3) kemm postijiet ġew lura f'idejn id-dipartiment matul kull xahar; 4) x'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar; u 5) x'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jkollux stock ta' postijiet vojta li jistgħu jiġu allokati għax tali postijiet jiġu allokati hekk kif id-Dipartiment ikollu ċ-ċwievet. Ninsab infurmata wkoll li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Satellite dishes — Impożizzjoni ta' taxxa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern vis-a-vis l-impożizzjoni ta' taxxa fuq is-satellite dishes? X'se tkun il-pożizzjoni ta' min laħaq ħallasha sal-lum wara l-1 ta' Mejju 2004?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-bżonn ta' liċenzja fuq riċevituri tas-satellita ġie revokat b'effett mill- 1 ta' Mejju 2004. Dawk li ħallsu l-liċenzja b'effett minn din id-data ser jitħallsu l-flus lura.
Leg 10 PQ #7059 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 7953.

Ministeru tal-Familja — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #7061 Sitting 175 2004-10-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ministeru għat-Turiżmu — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli interpellant.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Applikazzjoni għall-fondi mill-UE

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid liema kienu dawk l-entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2004 sal-lum (kemm pre-accession u accession funds)? Għal liema fondi applikaw? Kemm-il proġett ġie sottomess? X'kien l-eżitu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Vetturi — Bejgħ/importazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew impurtati, sena b'sena, karozzi u muturi bejn l-2000 u l-2004 s'issa u jagħti informazzjoni maqsuma skond kull tip ta' karozza (inkluż buses u mini buses) u mutur relattiv?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hawn taħt qed jingħataw d-dettalji ta' kemm inbiegħu u/jew ġew impurtati sena b'sena, karozzi u muturi bejn l-2000 u l-2004 s'issa skond kull tip ta' karozza (inkluż buses u mini buses) u muturi PQ no. 7053 2000 2001 2002 2003 2004 sa 31/07/2004 Agricultural 72 67 111 104 88 Coaches Nil 7 5 2 Nil Commercial 1963 1692 1412 2136 1131 Garage Hire 90 116 69 68 56 Minibuses 27 16 29 20 23 Motor Cycles 751 778 847 1472 190 Passenger Cars 11573 9438 9525 10367 4790 Route Buses 2 4 4 109 2 Self Drive Cars 1485 534 490 684 522 Self Drive Motor Cycles 61 18 26 7 Nil Taxis 26 22 15 9 8 TOTAL 16050 12692 12533 14978 6810

Pleasure boats — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati pleasure boats fis-sena 2004 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' pleasure boats reġistrati mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu 2004 huma dawn: Small Ships' Register Kategorija Taħt 1-4m 4m sa 6m 6m sa 8m Motor 128 170 8 Sailing 2 1 1 W/O Engine 79 42 1 Total 206 213 10 Valletta Registered Kategorija 6m sa 24m 'il fuq minn 24m Dumb 22 Nil Motor Ship 151 14 Sail & Motor 91 9 Sailing Ship 1 Nil Total 265 23

BICAL — Likwidazzjoni

Question

B'riferenza għal-likwidazzjoni tal-BICAL u tal-kumpanniji assoċjati, jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) kemm hu l-ammont ta' flus inkluż valutazzjoni ta' assi li għandu f'idejh il-likwidatur; 2) jekk huwiex maħsub li fil-futur qasir isirx ħlas ieħor lid-depożitanti tal-BICAL; 3) jistax il-Prim Ministru jagħti direttiva lil-likwidatur li għall-inqas darba fis-sena jippubblika l-kontijiet konsolidati tal-likwidazzjoni; u 4) kemm qed jitħallas il-likwidatur tal-BICAL?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-assi tal-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jikkonsistu f’dawn: Kontijiet fil-Banek: Lm - Bank of Valletta Accounts 383,390 - HSBC Fixed Deposit Account 23,512 - Lombard Bank Accounts 508,030 Total ta’ Fondi Likwidi 914,932 Dan ma jinkludix il-flus tal-Malta & Europe Hotels Limited peress li hemm likwidatur ieħor appuntat, u lanqas jinkludi mmobbli li ma hemmx valutazzjoni korrenti tagħhom. Huwa maħsub li fiż-żmien mhux twil il-BICAL u l-kumpaniji assoċjati jiġu definitivament likwidati biex kulħadd ikun jista’ jieħu dak li jistħoqqlu, fuq tali likwidazzjoni huwa maħsub li jkun hemm ħlas ieħor finali lid-depożitanti. Il-kontijiet tas-soċjetajiet involuti jiġu sottomessi lill-Malta Financial Services Authority iktar spiss minn darba fis-sena. Il-likwidatur tal-BICAL jitħallas bir-rata ta’ Lm35 fis-siegħa skond ix-xogħol li jkun involut, u dan skond kif deċiż mill-Malta Financial Services Authority.

Djar — Rikonoxximenti ta' kera

Question

B'riferenza għas-sena 2003 u għal perjodu Jannar sa Awissu 2004, tista' il-Ministru tkun daqstant ġentili u tgħid għal kull xahar kemm saru rikonoxximenti ta' kera?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm persuni bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Awissu 2004 u jagħti l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba bejn Jannar u Lulju 2004 kienu hekk :- Jannar - 413 Frar - 310 Marzu - 276 April - 244 Mejju - 228 Ġunju - 187 Lulju - 510

Reġistru Pubbliku — Atti ta' trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti ta' trasferiment ta' proprjeta' fir-Reġistru Pubbliku fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għar-reġistrazzjoni ta’ Noti ta’ Insinwazzjoni stante li fir-Reġistru Pubbliku ma jiġux reġistrati atti. Din it-tabella turi n-numru ta’ Noti ta’ Insinwazzjoni li ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-2002 u fl-2003 u minn Jannar sa Lulju tas-sena 2004. Titolu 2002 2003 Jannar-Lulju 2004 Bejgh 7,837 9,557 6,525 Tpartit 190 38 22 Donazzjoni 449 586 375 Divizjoni 240 355 167 Cens: Perpetwu 171 71 35 Cens: Temporanju 124 56 20 Causa Mortis 3,751 1,600 993 Kitba taz-Zwieg 305 378 9 Separazzjoni Personali 1,052 484 242 Testmenti 5,563 4,276 2,573 Ohrajn 680 480 213 Totali 20,362 17,881 11,174 Minn naħa tar-Reġistru Pubbliku f’Għawdex, ninsab infurmat illi n-numru ta’ Atti ta’ Trasferiment ta’ Proprjeta’ reġistrati fl-2002, 2003 u fl-2004 (sal-31 ta’ Awissu) kien ta’ 1,329, 1,938 u 1,308 rispettivament.

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kuntratti ta' trasferiment ta' proprjeta': a) inter vivos; u b) causa mortis mad-dipartiment tat-taxxi interni fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kuntratti ta’ trasferiment ta’ proprjetà inter vivos u causa mortis reġistrati fis-snin 2002, 2003 u bejn Jannar u Awissu ta’ l-2004 huwa kif ser jingħad: 2002 2003 2004 Inter Vivos 13,192 15,687 10,474 Causa Mortis 2,339 2,345 1,476

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena u l-informazzjoni tinqasam skond it-tip ta' vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hawn taħt qed jingħataw dettalji ta' kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena skod it-tip ta' vettura Minn 1/1/2004 sa 31/7/2004 Agricultural 83 Coaches 3 Commercial 1149 Garage Hire 57 Minibuses 30 Motor Cycles 253 Passenger Cars 5194 Route Buses 5 Self Drive Cars 564 Taxis 411 TOTAL 7349

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena u l-informazzjoni tinqasam skond it-tip ta' vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hawn taħt qed jingħataw dettalji ta' kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena skod it-tip ta' vettura Minn 1/1/2004 sa 31/7/2004 Agricultural 83 Coaches 3 Commercial 1149 Garage Hire 57 Minibuses 30 Motor Cycles 253 Passenger Cars 5194 Route Buses 5 Self Drive Cars 564 Taxis 411 TOTAL 7349

Vetturi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena u l-informazzjoni tinqasam skond it-tip ta' vettura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Hawn taħt qed jingħataw dettalji ta' kemm ġew reġistrati vetturi/vejikoli ġodda din is-sena skod it-tip ta' vettura Minn 1/1/2004 sa 31/7/2004 Agricultural 83 Coaches 3 Commercial 1149 Garage Hire 57 Minibuses 30 Motor Cycles 253 Passenger Cars 5194 Route Buses 5 Self Drive Cars 564 Taxis 11 TOTAL 7349

Belt Valletta — Permessi għal fixed hawkers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm permessi għal fixed hawkers fil-Belt u s-sena meta nħarġitilhom il-liċenzja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li skond records ta' persuni liċenzjati biex joperaw minn posta fis-suq tal-Belt Valletta jirriżulta illi hemm 97 posta liċenzjata. Id-data ta' meta ġew liċenzjati mhux possibli li tingħata għaliex ħafna minnhom kienu liċenzjati qabel l-2002.