Tista' il-Ministru tgħid kemm persuni nqatgħalhom xi benefiċċju soċjali minħabba li nqabdu jabbużaw mis-sistema fis-snin 2002, 2003, 2004 (s'issa)? Xi kemm iffranka flus il-gvern bl-iskoperta ta' dawn l-abbużi fis-snin imsemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk u meta se jkunu impjegati persuni gradwati bħala Medical Laboratory Technicians fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ingaġġ ta' Medical Laboratory Technicians fl-Isptar San Luqa qed jiġi eżaminat flimkien ma' l-ingaġġ ta' paramediċi oħra fid-dawl tal-bżonnijiet li jeżistu f'dawn is-servizzi.
Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' vetturi li hawn reġistrati u li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena? X'persentaġġ jikkostitwixxu tal-vetturi kollha reġistrati f'Malta u Għawdex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
In-numru ta’ vetturi liċenzjati hu ta’ 270, 686. Fil-waqt li n-numru ta’ vetturi li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena hu kif ġej:
Iktar minn 20 sena: 54,645 - 20.19%
Iktar minn 30 sena: 18,783 - 6.94 %
MEPA — Applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-bini ta' high rise buildings quddiem il-MEPA? Meta daħlu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha preżentement ħdax il-applikazzjoni għall-bini tat-tip li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant. Dawn ġew validati bejn it-28 t’ April 1999 u t-13 ta’ Lulju 2004.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkonferma/jispjega jekk Pjazza Gavino Gulia, Bormla hijiex se tkun inkluża fil-proġett tal-Cottonera fil-kontest ta' tisbiħ jew żvilupp tagħha? X'inhuma t-timeframes applikabbli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Huwa maħsub li l-Proġett tad-Dock No 1 ser jinkludi Pjazza Gavino Gulia bħala riġenerazzjoni tal-Belt ukoll u kif maħsub oriġinarjament. Iż-żmien ta' proġettazzjoni għadu ma tfassalx u jiġi miftiehem fit-tfassil tal-kuntratt bejn il-Gvern u l-partijiet interessati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika f'liema stadju wasal il-proċess ta' aġġornament tal-liġijiet tal-kera?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Onor. Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali li qegħda tippromwovi l-proċess ta' aġġornament tal-liġijiet tal-kera.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew derekwiżizzjonati postijiet u f'liema lokalitajiet kienu fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum? X'inhu bħalissa n-numru ta' djar/postijiet rekwiżizzjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali idderekwiżizzjona 629 post fis-sena 2001, 490 fis-sena 2002, 815 fis-sena 2003 u 227 din is-sena, sal-lum. Dawn il-postijiet huma mxerda ma' Malta kollha.
Ninsab infurmata wkoll li preżentement hemm 9,389 post kopert b'rekwiżizzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm jitħallsu u x'allowances għandhom l-imħallfin u l-maġistrati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Prim Imħallef
Lm
Imħallef
Lm
Maġistrat
Lm
Salarju Bażiku
15,513
13,431
11,416
Allowance
annwali li ma tgħoddx għall-pensjoni
3,500
3,500
3,500
15%
allowance
ta’salarju bażiku u
allowance
annwali
2,327
2,015
1,712
Expense Allowance
750
250
250
TOTAL
22,090
19,196
16,878
Il-Membri tal-Ġudikatura jgawdu wkoll minn:
(a) Linja fissa tat-telefon fir-residenza tagħhom – kera u sejħiet
(b) Servizz ta’ karozza bid-driver is-sena kollha għal qadi uffiċjali
(c) Użu ta’ kompjuter, printer, fax machine fir-residenza
(d) Tliet gazzetti lokali, ta’ l-għażla tagħhom kuljum
(e) Fuel allowance ta' Lm1,000, Lm750 u Lm750 rispettivament
(f) Użu ta' telefon ċellulari, bla limitu fil-każ tal-Prim Imħallef u sa Lm350 għall-Imħallfin u l-Maġistrati
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Allokazzjoni ta' postijiet
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kellu djar tajbin biex jiġu allokati fl-aħħar tas-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jkollux riserva ta' postijiet vojta tajbin biex jiġu allokati għar-raġuni li dawn jiġu allokati hekk kif id-Dipartiment ikollu ċ-ċwievet f'idejh.
Trasport bejn Malta u Għawdex — Ħlas ta' sussidju lill-ħaddiema tal-gvern/studenti Għawdxin
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallas sussidju lill-ħaddiema tal-gvern u lill-istudenti Għawdxin fis-sena 2003 u 2004 (s'issa) għat-trasport tagħhom bejn Malta u Għawdex?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-ħlas ta’ sussidju lill-ħaddiema tal-gvern u lill-istudenti Għawdxin fis-sena 2003 u 2004 (sal-31 t’ Awissu 2004) huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:-
2003
LM
2004 (sal-31.08.2004)
LM
Ħaddiema tal-gvern u studenti li jattendu kulleġġi f’Malta
27,195.70
29,515.33
Studenti Universitarji fuq bażi full-time
74,115.00
80,989.35
Studenti li jattendu korsijiet f’Malta li ma jsirux f’Għawdex
2025.80
1680.00
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inżammu seduti mill-Kummissarji tal-Ġustizzja matul din is-sena, wieħed b'wieħed?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' seduti li kull Kummissarju tal-Ġustizzja ippresjeda f'kull Tribunali Lokali ta' Malta u Għawdex matul din is-sena, sa l-aħħar ta' Awissu, kien kif inhu indikat hawn:
Tribunal
Kummissarju
Numru ta' Seduti
Żejtun
Dr L Vella
120
Birkirkara
Dr Ramon Rossignaud
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Matheus Brincat
199
12
4
Żurrieq
Dr Deborah Farrugia
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Ramon Rossignaud
91
2
1
Qormi / Msida
Dr A Farrugia Sacco
265
Sliema
Dr Robert Mangion
Dr Deborah Farrugia
Dr Ramon Rossignaud
148
44
8
Gozo
Dr Grazio Mercieca
Dr Matthew Brincat
90
5
Mosta
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Matthew Brincat
23
226
Fgura
Dr Ian Spiteri Bailey
Dr Grazio Mercieca
Dr Deborah Farrugia
Dr A Farrugia Sacco
74
8
2
4
Valletta
Dr Benny Delia
135
Belt Valletta — Karozzini li jsorġu quddiem il-Palazz
Question
Huwa possibbli għall-Ministru li jkun daqstant ġentili u jispjega x'għadu jżomm milli tinstab soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' ilqugħ għaż-żwiemel/karozzini li jgħaddu ġranet sħaħ taħt ix-xemx tiżreġ quddiem il-Palazz, il-Belt?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm kien l-introjtu tal-Malta Maritime Authority mill-irmiġġi fis-sena 2003 u din is-sena (s'issa)? Kemm għandha arretrati ta' ħlas ta' irmiġġi din l-awtorita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-introjtu mill-irmiġġi u arretrati għal ħlas ta' rmiġġi huwa dan:
Dħul Sena 2003 Dħul Sena 2004 Arretrati
(Jannar - Settembru)
Marina Berths Lm504,472 Lm435,223 Lm119,742
Organised Mooring Plans Lm18,155 Lm16,614 Lm4,795
MEPA — Proġetti relatati mal-monitoring tal-kwalita' ta' l-arja
Question
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk il-MEPA applikatx għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea għal proġetti relatati mal-monitoring tal-kwalita' ta' l-arja u l-protezzjoni tan-natura/ambjent? X'kien l-eżitu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkonferma/jispjega jekk, fil-kontest tal-proġett tal-Cottonera, huwiex maħsub li jkun hemm Promenade li tgħaqqad il-Kalkara, il-Birgu, il-Baċir nru. 1 u l-Isla? X'inhuma t-timeframes li huma applikabbli għal dan il-każ u jekk humiex se jkunu l-ħaddiema tal-Gvern jew le li jagħmlu dan ix-xogħol lodevoli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett tad-Dock No 1 ser jinkludi promenade li tgħaqqad dak ippjanat u li qed jiġi żviluppat għall-parti tal-Birgu flimkien ma' dak ta' l-Isla.
Il-proġett tad-Dock No 1 ser jkun żviluppat fuq sistema ta' Public Partnership kif sar fil-każ ta' Proġetti Kapitali oħra.
Bħalissa l-'brief' tal-proġett Dock No1 qiegħed għand il-MEPA u ser jinbeda il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika.
Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali — Avukati u prokuraturi legali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm avukati u prokuraturi legali impjegati fl-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, il-grad tagħhom u kif inhu mqassam ix-xogħol bejniethom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej:-
Grad Numru Dipartiment
Ċivili Kriminali
Attorney General
1
Assistant Attorney General
2
1
1
Senior Counsels
6
3
3
Counsels
3
3
-
Junior Legal Officers
2
1
1
Senior Legal Procurators
3
2
1
Jista' il-Ministru jindika jekk jaqbilx li wasal iż-żmien li l-paviment ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema, speċjalment fil-parti tax-Chalet, jinbidel u jsir wieħed iktar modern u attraenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli kollega jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jindika jekk hemmx xi ħsieb li l-paviment ta' Għar id-Dud f'Tas-Sliema, speċjalment fil-parti tax-Chalet, jinbidel u jsir wieħed iktar modern u attraenti?