Tista' il-Ministru tagħtini figuri li juru kemm kien hemm nies li rrikorrew għand is-SEDQA din is-sena biex tgħinhom jegħlbu l-problema tax-xorb tagħhom? Liema kienet l-iżgħar eta'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn Jannar u Ġunju ta' din is-sena rrikorrew 282 persuna għand l-Aġenzija Sedqa għall-għajnuna minħabba l-problema ta' abbuż mill-alkoħol. L-iżgħar persuna kellha 16-il sena.
Qrati — Sidien ta' ħwienet akkużati fuq bejgħ ta' xorb alkoħoliku
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u kemm tressqu l-qorti sidien ta' ħwienet akkużati li servew xorb alkoħoliku lil minorenni din is-sena sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm 4 persuni li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta' anqas minn 16-il sena.
Sigurta' Soċjali — Persuni li applikaw biex jiġu boarded out
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? Kemm minnhom ġew boarded out?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika dwar persuni/ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out minn fuq ix-xogħol. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni dwar in-numru ta' talbiet u talbiet aċċettati għall-Pensjoni għall-Invalidita' mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Rapporti ta' squatters
Question
Tista' il-Ministru tgħid, b'riferenza għad-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali, kemm dan għandu rapporti ta' squatters li għadhom ma ġewx konfermati u kemm li ġew konfermati u mgħoddija lill-pulizija għall-azzjoni, iżda għadhom mhux esegwiti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux rapporti li għadhom mhux konfermati dwar squatters. Ninsab infurmata wkoll li kull rapport f'dan ir-rigward ġie mgħoddi lill-pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat kummerċjali tal-korporazzjoni Enemalta u l-Airmalta, kemm żdiedet l-ispiża għal xiri taż-żejt mill-Airmalta u mill-korporazzjoni Enemalta minħabba l-prezzijiet rekord li laħaq iż-żejt dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Iż-żieda fiż-żejt kkunsmat kemm mill-Air Malta kif ukoll mill-Enemalta tiddependi fuq il-prezz internazzjonali taż-żejt partikulari wżat (Jet A1 għall-Air Malta u Gas Oil/ Light Sulphur Fuel Oil), il-valur tad-dollaru kontra l-lira maltija u l-arranġament li jkun sar konness max-xiri. Hu għalhekk impossibli li nagħti ċifra preċiża jekk mhux relatata ma perjodu partikolari.
Jista' il-Ministru jgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju ta' natura kummerċjali f'dan l-istadju, fiex wasal il-proġett tal-White Rocks f'Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
F'dan l-istadju l-Gvern qed jara d-diversi possibilitajiet li għandu quddiemu rigward kif l-aħjar jipproċedi fuq dan il-proġett.
Tista' il-Ministru tgħid, sakemm dan ma jikkaġunax xi preġudizzju għall-operat tal-Ministeru f'dan is-suġġett, kemm ġew indikati siti sabiex iservu bħala open centres fejn jiġu miżmuma l-immigranti llegali li jiġu pajjiżna u sa meta dawn se jkunu qed jintużaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minbarra blokki viċin il-kumplessi eżistenti Ħal-Far u sit f'Ħal-Balzan, li diġa' qed iservu bħala Open Centres għall-immigranti rregolari, ġew identifikati diversi siti oħra li possibilment jistgħu jservu għal dan l-iskop. Fost dawn hemm l-ex skola teknika fil-Marsa li x-xogħol fuqha hu mistenni jibda f'qasir żmien.
Dipartiment ta' l-artijiet — Sidien ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex possibbli, permezz ta' xi dipartiment li jaqa' fid-dekasteru tiegħu jew tal-land registry, li permezz tat-tagħrif ta' l-indirizz sħiħ ta' proprjeta' wieħed jasal biex ikun jaf min hu s-sid?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni kollha pertinenti għar-Reġistru ta' l-Artijiet hija miżmuma u pproċessata fuq programm ta' kompjuter magħmul speċifikament għal dan l-iskop. Dan huwa l-Land Registry Certification System (LRCS). Dan il-programm jippermetti li klijent jagħmel talba għal informazzjoni fuq proprjeta': inkluż informazzjoni dwar min hu s-sid. L-uffiċjal tar-Reġistru imbagħad ifittex il-lokalita' u t-triq tal-proprjeta' in kwistjoni, din tiġi identifikata fuq pjanta elettronika u minn hemm tinkiseb l-informazzjoni mitluba. Il-programm huwa "Mapbased" u ma għandux il-fakulta' li jagħti informazzjoni fuq proprjeta' billi wieħed sempliċiment iforni ndirizz, imma wieħed irid jasal sar-Reġistru ta' l-Artijiet sabiex flimkien ma' l-Uffiċjal tad-Dipartiment, tiġu studjata pjanta ta' l-inħawi tal-proprjeta' sakemm din tiġi lokalizzata bl-eżatt.
Barra minn hekk, irid jiġi nnotat ukoll illi r-Reġistru ta' l-Artijiet huwa responsabbli għar-reġistrazzjoni tat-titoli ta' proprjeta' li tinsab f'arei dikjarati bħala arei ta' reġistrazzjoni. U għalhekk talbiet għal informazzjoni jistgħu jiġu limitati biss għal proprjetajiet li jaqgħu f'dawn l-arei: sintendi il-proprjetajiet li dwarhom qed tintalab informazzjoni jridu jkunu reġistrati.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti l-occupational health and safety unit dwar xogħol perikoluż jew ħaddiema jaħdmu mingħajr ilbies protettiv fis-sena 2003 u 2004 (sal-lum)? X'passi ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 2003 daħlu 403 ilment rigward xogħol perikoluż li uħud minnhom kienu jinkludi nuqqas ta' lbies protettiv. Bejn Jannar u Awissu 2004, ġew reġistrati 394 ilment simili.
L-ilmenti kollha li ġew reġistrati fit-2003 ġew investigati kollha. Fid-diversi każi, nħarġu ordnijiet sabiex jitwaqqaf ix-xogħol sakemm issir titjib, f'uħud saru rakkomandazzjonijiet, waqt li f'oħrajn hemm proċeduri kriminali pendenti.
Fir-rigward ta' lmenti li daħlu matul is-sena 2004, parti sostanzjali minnhom ġew investigati, filwaqt li hemm oħrajn li għadhom qed jiġu nvestigati. Minn dawk li ġew investigati hemm uhud li nħarġulhom diversi ordnijiet, oħrajn rakkomandazzjonijiet fiwaqt li hemm oħrajn li ser jitresqu l-Qorti.
Informat ukoll li barra l-ilmenti li ġew investigati mill-Awtorita' saru 161 viżta f'postijiet tax-xogħol oħra matul l-2003 u 185 viżti matul l-2004 (sa l-aħħar ta' Awissu 2004).
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu, sal-lum, rapporti fuq il-freephone imniedi mill-ETC sabiex jiġu rappurtati impjiegi llegali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Freephone ġie mniedi fl-14 ta' Lulju 2003. In-numru ta' rapporti li daħlu fuq din il-linja huwa hekk:-
SENA 2003 SENA 2004
Lulju 84 Jannar 165
Awwissu 108 Frar 101
Settembru 102 Marzu 97
Ottubru 129 April 90
Novembru 101 Mejju 117
Diċembru 72 Ġunju 85
Total 596 Lulju 188
Total 843
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jinħass il-bżonn li jkun hemm environment wardens? Jekk iva, x'inhuma t-timeframes sabiex jibdew jaħdmu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-bżonn ta’ environment wardens ilu jinħass. Il-mod kif ix-xogħol tagħhom ikun organizzat ġie diskuss mill-Kabinett tal-Gvern. Filwaqt li l-Kabinett qabel (1) fuq reviżjoni tal-multi f’każ ta’ littering u dumping, kif ukoll (2) fuq qafas ta’ implimentazzjoni għall-istruttura ta’ infurzar, talabni nkompli bid-diskussjoniji mal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali fuq id-dettalji ta’ l-implimentazzjoni, liema implimentazzjoni trid tibda fl-ewwel erba’ xhur tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati azzjonijiet industrijali din is-sena u fis-sena 2003?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjieg jirriżulta li:-
Sena Tilwim Industrijali li Azzjonijiet Industrijali
ġew Reġistrati
2003 94 8
2004(sal-lum) 46 4
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha li bdiet l-inizjattiva lodevoli tal-Heritage Malta li tħalli postijiet storiċi (bħall-Palazz ta' Vilhena fl-Imdina) jinkrew għall-attivitajiet privati (bħal tiġijiet)? Liema huma dawk is-siti li nkrew s'issa u kemm hu kkalkulat li kien l-introjtu għal Heritage Malta s'issa?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li Heritage Malta bdiet din l-inizjattiva fil-bidu ta' din is-sena.
Prinċipalment erba' siti huma involuti: Palazzo Vilhena, il-Mużew Marittimu, il-Palazz ta' l-Inkwiżitur u l-Mużew ta' l-Arkeoloġija.
Hemm kundizzjonijiet u proċeduri ċari li wieħed irid jimxi magħhom. Din is-sena, bħala riżultat ta' din l-inizjattiva, Heritage Malta mistennija tagħmel Lm 8,000 li minnhom iridu jitnaqsu diversi spejjeż.
Public cleansing services department — Ġarr ta' skart
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li hu l-ammont ta' skart li l-public cleansing services department ġarr u neħħa din is-sena minn siti fejn intrema skart kontra l-liġi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li l-iskart li tneħħa din is-sena minn siti fejn jintrema skart kontra l-ligi jammonta għal:
Tunnellati
Jannar 1,966.05
Frar 1,349.66
Marzu 372.62
April 551.32
Mejju 471.22
Ġunju 857.34
Lulju 149.12
Total 5,717.33 Tunnellati
Public cleansing services department — Rapporti dwar rimi ta' skart
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu telefonati/rapporti fuq il-freephone (tal-public cleansing services department) imniedi sabiex jiġi rappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtorizzati u għalhekk mormi llegalment?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li n-numru ta' telefonati/rapporti li daħlu fuq il-freephone tal-Public Cleansing Services Department sabiex jiġi rrappurtat rimi ta' skart f'postijiet mhux awtoriżżati huwa kif ġej:-
Freephone E-mails Faxes
Mejju 34 6 4
Ġunju 31 19 0
Lulju 38 13 3
Total 103 38 7
Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm hemm ħaddiema tal-gvern attached ma' kull kunsill lokali fil-preżent u jekk hemmx xi talbiet pendenti minn xi kunsilli lokali għal ħaddiema tal-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 99 ħaddiema tal-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura assenjati mal-Kunsilli Lokali imqassmin fil-Kunsilli Lokali kif indikat fit-tabella mehmuża.
Mhux qed isir l-ebda assenjar ta' ħaddiema oħra tal-Gvern ma' Kunsilli Lokali.
Ta' min isemmi wkoll, li minbarra dawn il-ħaddiema, hemm ukoll 155 ex-ħaddiema tat-tarznari assenjati mal-Kunsilli Lokali li wkoll huma elenkati fl-istess tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-impjieg matul is-sena 2003 u 2004 (s'issa): a) mis-servizz pubbliku; b) minn enti statutorji; c) minn enti u kumpanniji li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu mill-inqas nofs l-ishma tagħhom; u d) mis-settur privat?
Jista' ukoll jindika d-dipartimenti, enti jew kumpanniji fil-każ ta': (a), (b) u (c) kif ukoll ix-xogħol mitlub f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 2003 u 2004 (sa l-aħħar ta' Lulju) , it-talbiet li saru minn diversi setturi kienu hekk:
Talbiet għall- Servizz Entitajiet Kumpaniji fejn il- Settur Totali
impjiegi Pubbliku Statutorji Gvern għandu l- Privat
akbar ishma
2003 50 613 433 6,196 7,292
2004(sa Lulju) 23 300 157 3,967 4,447