Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid fiex wasal il-ħsieb tal-proġett tax-Schreiber f'Raħal Ġdid? X'inhuma t-timeframes?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Proġett tal-Ground f'Raħal Ġdid kien diskuss kemm fil-Kumitat tal-Kabinett għall-Proġetti Nazzjonali kif ukoll fil-Kabinett qabel is-sajf li għadda. Il-Kabinett fil-waqt li approva l-proġett, stabbilixxa li qabel tinħareġ is-sejħa għal proġett. Dan sabiex ikun assikurat aġġudikar aħjar tas-sejġa għall-proposti.
Quddiem il-MEPA diġa' hemm applikazzjoni għal Outline Permit. Hekk kif ikunu finaliżżati l-pjanti fil-ġimgħat li ġejjin, din l-Outlone Application ser tinbidel f'waħda għal kull development permit. Minħabba li mal-MEPA saru diversi taħdidiet. li waslu wkoll għal modifiki tal-proposti, mhux mistenni li dan il-permess għandu jieħu fit-tul sabiex jinħareġ.
Hu stmat li s-sejħa għal proposti issir qabel is-sajf tas-sena 2005.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika jekk hemmx xi ħsieb li jitwaqqfu tribunali reġjonali?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm preżentement m'hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu tribunali reġjonali, pero' din il-miżura m'hiex eskluża kompletament u tista' tiġi proposta wara l-istudju u konsultazzjoni li tinħass opportuna.
Jabqel il-Ministru li wasal iż-żmien li Malta jkollha n-national portrait gallery tagħha, post fejn il-bennejja li bnew u sawru l-identita' tagħna l-Maltin, mhux biss politiċi, jkollhom il-portrait tagħhom muri?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Heritage Malta taqbel li Malta jkollha n-National Portrait Gallery tagħha iżda hemm limitazzjoniet finanzjarji. Madankollu ta' min jgħid li fil-Museuem of the Social Development of the Maltese Language ser ikun hemm rikonoxximent lill-benejja li bnew u sawru l-identita` Maltija.
Ta' min ukoll jireferi għal inizjattivi tajbin li qegħdin jittieħdu min-National Archives f'din id-direzzjoni b'mod partikolari fl-Imdina fejn b'kollaborazzjoni mal-fotografu magħruf Tony Mangion diġa hemm almenu bidu tassew pożittiv ta' dik li tista' tkun in-National Portrait Gallery ta' Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kellha in stock il-korporazzjoni Enemalta fis-16 ta' Awissu 2004 lampi tat-toroq u arbli tad-dawl? Kemm kien il-konsum tagħhom matul is-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju Konġunt — Applikazzjonijiet għall-fidi ta' ċnus
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw persuni u taħt liema skemi biex jifdu ċnus jew jixtru proprjeta' li hi ta' l-Uffiċċju Konġunt?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li applikaw biex jifdu ċ-ċnus jew jixtru proprjeta' amministrata mill-Uffiċċju Konġunt huwa kif jidher hawn taħt:-
Skema 1996
Numru ta' Applikazzjonijiet
Kera
495
Ċens Perpetwu
341
Ċens Temporanju
684
TOTAL
1,520
Skema 1998
91
Skema 2001 sa 26/08/2004
3,223
Klandestini — Applikazzjonijiet għal status ta' refuġjat
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li applikaw għal status ta' refuġjat fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) u kemm minnhom ġew milqugħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li waslu Malta fuq dgħajjes u li applikaw għal status ta' refuġjat fis-snin 2003 u 2004 (sas-27 ta' Awissu), flimkien man-numru ta' kemm fosthom ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew ingħataw status umanitarju, hu kif ġej:
2003 2004
Applikaw 519 441
Rikonoxxuti Refuġjati 50 3
Protezzjoni Umanitarja 321 303
UE — Talba biex jiġu mtejba l-faċilitajiet għall-immigranti llegali f'Malta
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u meta Malta għamlet talba speċifika taħt xi fond/i ta' l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu mtejba l-faċilitajiet għall-immigranti llegali f'Malta? X'kien l-eżitu?
Response (BORG, TONIO)
Id-Direttorat għat-Third Country Nationals fi ħdan il-Ministeru għamel talba għal ko-finanzjament ta' żewġ proġetti taħt il-European Refugee Fund in konnessjoni ma' proġetti mressqa mill-Kummissjoni Emigranti u mill-Jesuit Refugee Service. Dawn il-proġetti huma maħsuba biex jittejbu l-faċilitajiet ta' akkomodazzjoni għar-refuġjati wara li jkunu ħallew iċ-ċentri ta' akkomodazzjoni.
Bħalissa din it-talba qegħda tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' siringi li ngħataw miċ-ċentri tas-saħħa, wieħed wieħed, fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' siringi li tqassmu lil dawk li jbatu mill-vizzju tad-droga fis-snin 2003 u 2004 (minn Jannar sa Lulju) huwa ta'
Sena
Floriana
Qormi
Gżira
Paola
Bormla
Mosta
Rabat
2003
42295
14572
39667
73300
17860
15942
7213
2004
(minn Jannar sa Lulju)
24542
10562
24250
38200
9683
10936
3888
Sptar San Luqa — Pazjenti li żaru l-casualty department
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li żaru l-casualty department fl-isptar San Luqa fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' pazjenti li żaru l-Casualty Dipartment fl-Isptar San Luqa huma kif ġej:
Sena
Ammont ta' Pazjenti
2002
109,189
2003
111,034
2004 (sa l-aħħar ta' Lulju)
65,667
Jista' il-Ministru jgħid x'permessi hemm pendenti quddiem il-MEPA għal proġett ta' slum clearance? Meta saru l-applikazzjonijiet pendenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha applikazzjoni waħda għat-tip ta' żvilupp li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
L-applikazzjoni PA 5863/99 ġiet validata fl-10 ta' Ottubru 2002.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għandha djar ta' abitazzjoni l-Joint Office u kemm minnhom vojta maqsuma skond kull lokalita'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt għandu 1,789 postijiet mikrija bħala residenzi.
Infurmat ukoll illi l-Uffiċċju Konġunt għandu f'idejh iċ-ċwievet ta' 22 post vojt fil-lokalitjiet kif jidhru hawn taħt:-
Lokalita' Numru
Bormla 5
Binġemma 1
Iklin 1
Msida 3
Pieta' 2
Qormi 1
Senglea 1
Siġġiewi 1
Valletta 7
Djar vojta li jistgħu jiġu rranġati għal akkomodazzjoni soċjali qed jiġu trasferiti lil Awtorita' tad-Djar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm-il bozza nbidlu mill-kunsilli lokali din is-sena? Jekk mhux ta' diffikulta' żejda, jista' jagħtini breakdown lokal lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk l-iskema tal-MEPA dwar bdil ta' gallariji ta' l-injam hijiex limitata għal xi lokalita' jew le? X'inhuma l-parametri biex wieħed ikun jista' japplika?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Iskema għal galleriji ta' l-injam li ħarġet l-aħħar kienet għall-Non Government Organisations (NGOs) u każini f' Malta u Għawdex. L-Iskemi l-oħra li ħarġu qabel kienu limitati għall-Kottonera, Belt u Furjana. Fil-preżent ma hemmx sejħiet għal applikazzjonijiet għall-Għotjiet ta' Flus għall-Galleriji ta' l-Injam li toħroġ mill-Awtorita’ ta’ Malta Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jagħtini n-numru ta' satellite dishes li nbiegħu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qatt ma ntalbet jew inżammet informazzjoni dwar numru ta' Satellite Receivers mibjugħa, għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi mogħtija. Madankollu jirriżulta li fl-2002, 2003 u 2004 kienu reġistrati 6144, 2581 u 181 satelliti rispettivament mill-Wireless Telegraphy.
Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm hu l-milk fat content tal-ħalib Malti u dak tal-ħalib li qed jiġi mportat? Jekk hu possibbli għalih, jista' jagħmel ukoll referenza għat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta ma' l-Unjoni Ewropea fuq dan il-punt partikolari?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li taħt id-Drinking Milk Directive, il-ħalib jista' jkun skimmed, semi-skimmed jew whole milk. Dak li jiġi impurtat jista' jaqa' taħt kull tip msemmi. Dak li hu prodott hawn Malta jaqa' taħt l-istess kategoriji, biss għal dak li jirrigwarda whole milk, il perċentwali ta' milk fat content huwa ta' 2.5 fil-mija, waqt li dak impurtat huwa ta' 3.7 fil-mija.