Legislature:
Category:
Reset
Active:

MEPA — Applikazzjonijiet għal bini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'applikazzjonijiet għal bini ġew approvati mill-MEPA fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)? Kemm kien hemm pendenti fl-aħħar tas-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) l-applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin imsemmija u l-ammont ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ta' kull sena, huma kif murija fit-tabella annessa. Sena Ka ż i pendenti fl-aħħar tas-sena Deċi ż jonijiet (L-ewwel deċi ż joni) Deċi ż jonijiet (Reconsideration ) 2002 2658 5634 675 2003 3210 4472 655 2004 3839 sal-lum. 3259 sal-lum. 425 sal-lum. Ovvjament, l-Onor. Membru jrid iżomm f'rasu li l-ammont ta' applikazzjonijiet li jidħlu għand il-MEPA ivarja minn sena għall-oħra.

Kanċer tat-thyroid

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6579 dwar in-numru ta' każijiet ta' thryoid cancer f'Malta mill-1987 'il hawn, jista' il-Ministru jaqsam in-numri mogħtija bejn l-irġiel u n-nisa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-inċidenza tal-kanċer tat-thyroid hi 250 fis-sess feminili u 55 f'dak maskili.

Cruise liners — Cruises

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il cruise beda minn Malta u spiċċa Malta fis-snin 2002, 2003 u din is-sena (sal-lum)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' Cruise Liners li oriġinaw minn Malta bejn is-snin 2002 - 2004 huma dawn: Sena 2002 73 Sena 2003 54 Sena 2004 48 (Jannar - Ottubru)

Toroq

Question

Fid-dawl tar-rapport li deher fl-Independent on Sunday tal-Ħadd, 15 ta' Awissu 2004, fejn intqal li fil-bini tat-toroq ġodda li qed isir bħalissa d-diversi servizzi (utilities) għadhom qed jiġu mgħoddija f'ducts separati u mhux f'wieħed ċentrali (common service duct) taħt it-triq li tkun qed tinbena, jista' il-Ministru jikkonferma, jispjega jew jiċħad dan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport bdiet taddotta sistema ġdida ta' standards u specifications għad-disinn u kostruzzjoni ta' toroq ġodda. Għal dan il-għan ġew imħarġa l-kuntratturi u l-entitajiet kollha sabiex ix-xogħol fit-toroq isir b’mod iktar professjonali. Jien infurmat illi saru diversi laqgħat mal-Utilities biex jiġi assigurat illi s-servizzi jitqegħdu kollha f’service duct wieħed biex jiġi evitat tħaffir bla bżonn f’każ ta' ħsarat. Ġie deċiż li ssir common service duct kif ukoll ġie stabiliet li concrete ducts jiġu utilizzati fit-3 lots tal-Protokoll ma' l-Italja għal kuntrarju ta' kif intqal fl-artiklu ta' l-Independent li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li ukoll kontrarjament ta’ kif ntqal f’ dan l-artiklu, it-toroq kollha li qed isiru fil-preżent qed isiru kollha taħt ir-regolamenti u speċifikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja fejn apparti li t-toroq huma mistennija li jdumu ta' l-inqas 25 sena, jinqalgħa l-wiċċ eżistenti u jingħata wiċċ ġdid biex jiġi evitat kemm jista' jkun kull inkonvenjent iktar il-quddiem.

Pajjiżi mhux membri tal-UE — Xiri ta' laħam taċ-ċanga

Question

Jista' il-Ministru jispjega jekk Malta talbietx l-Unjoni Ewropea xi konċessjoni partikolari dwar żieda ta' quotas ta' xiri ta' ċanga minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat? X'kien l-eżitu u x'se jfisser f'termini prattiċi għall-konsumatur Malti u l-bejjiegħ tal-laħam?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ewwel kwota li ingħatat mill-Unjoni Ewropea, kienet ta' 3.6% ta' dak l-ammont ta' ċanga li tkun ġejja minn pajjiżi mhux membri ta' l-Unjoni Ewropea li l-importaturi Maltin u Ewropej applikaw għalih. Wara diversi laqgħat relatati maċ-ċanga, u b'intervent tal-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, din il-figura telgħet għal 14.9%. F'termini prattiċi dan ifisser li l-konsumatur ħa jibbenefika minn prezzijiet aħjar.

Marsa — Triq it-Tiġrija

Question

Fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' il-Ministru jara li Triq it-Tiġrija, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi x-xogħol fit-triq imsemmija ssir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Marsa — Triq Bajada

Question

Fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' il-Ministru jara li Triq Bajada, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi d-Direttorat lesta x-xogħol preparatorju sabiex tkun tista' ssir Triq Bajada u x-xogħol fiha mistenni jsir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.

Awtorita' Maltija tar-Riżorsi — Alternative energy sources

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal xi forma ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, inkluż fondi, sabiex tistħarreġ il-vijabbilta' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex, inkluż għal proġetti jew studji rilevanti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'Settembru 2002, l-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tistħarreġ il-vijabilita' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex. Pero' din it-talba ma gietx milqugħha.

Awtorita' Maltija tar-Riżorsi — Alternative energy sources

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta l-awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal xi forma ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea, inkluż fondi, sabiex tistħarreġ il-vijabbilta' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex, inkluż għal proġetti jew studji rilevanti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li f'Settembru 2002, l-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi applikat għal fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex tistħarreġ il-vijabilita' ta' alternative energy sources f'Malta u Għawdex. Pero' din it-talba ma gietx milqugħha.

Gwardjani lokali — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' ċitazzjonijiet li l-gwardjani lokali ħarġu xahar b'xahar, fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)? Liema kienet dik il-kontravvenzjoni li l-iktar ġiet miksura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' ċitazzjonijiet li l-Gwardjani Lokali ħarġu xahar b'xahar fis-snin 2003 u 2004 kien kif inhu indikat hawn: Xahar 2003 2004 Jannar 17,282 24,144 Frar 15,425 24,683 Marzu 16,103 26,815 April 16,521 27,812 Mejju 22,185 27,420 Ġunju 20,778 24,896 Lulju 22,778 27,706 Awissu 21,138 18,893 Settembru 18,929 Ottubru 26,430 Novembru 21,273 Diċembru 20,387 Ir-regolament li l-aktar ġie miksur kien dak li jistipula li "Liċenzja mhux imwaħħla sewwa mal-vettura. Liċenzja mhux imwaħħla mal- windscreen ".

Dwana — Sigaretti li daħlu Malta illegalment

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika l-ammont ta' sigaretti li nqabdu jiddaħlu Malta illegalment bil-kuntrabandu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? X'kien il-valur komplessiv kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Qrati — Persuni ħatja li kisru l-liġi tal-VAT

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li ġew ikkundannati għal piena ta' priġunerija mill-qrati fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) fuq sejbien ta' ħtija ta' ksur tal-liġi tal-VAT?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perijodu ndikat ma kien hemm l-ebda persuna li ġiet ikkundannata ħabs mill-Qorti fuq reati konċernati mal-V.A.T. Kien hemm xi każijiet ta' multi imposti li wara żmien twil li ma tħallsux u li ġew konvertiti f'piena karċerarja.

Qrati — Persuni ħatja li kisru l-liġi tal-VAT

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li tressqu l-qorti fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT? Kemm weħlu komplessivament f'termini ta' multa?

Response (BORG, TONIO)

Il-proċeduri fil-Qorti fuq allegat ksur tal-Liġi tal-VAT jiġu istitwiti mill-Kummissarju għat-Taxxa Miżjuda, u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Immigranti llegali f'Malta

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru, dment u sakemm ma jkunx qed jinkiser xi obbligu ta' konfidenzjalita' jew protokoll, jgħid jekk Malta qajmietx il-kwestjoni ta' l-influss ta' l-immigranti llegali f'Malta f'xi forum ta' l-Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u Intern? F'każ affermattiv, f'liema forum, meta u x'kien l-eżitu?

Response (BORG, TONIO)

Malta qajmet il-kwistjoni ta' influss ta' immigranti llegali fil-Kunsill tal-Ministri tat-30 ta' Settembru, kif ukoll f'dak tal-25 ta' Ottubru 2004.

Immigranti llegali f'Malta

Question

Jista' il-Ministru, dment u sakemm ma jkunx qed jinkiser xi obbligu ta' konfidenzjalita' jew protokoll, jgħid jekk Malta qajmietx il-kwestjoni ta' l-influss ta' l-immigranti llegali f'Malta f'xi forum ta' l-Unjoni Ewropea tal-Ġustizzja u Intern? F'każ affermattiv, f'liema forum, meta u x'kien l-eżitu?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat peress illi dawn il-materji jiġu diskussi f'fora li fihom jattendi l-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern.

Malta Drydocks — Tiswijiet fuq il-vapur tal-passiġġieri Coronia

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li t-Tarzna ta' Malta rebħet il-kuntratt ta' refit ġenerali u tiswijiet kbar fuq il-vapur tal-passiġġieri Coronia (ex-Vistafjord), liema xogħol se jdum madwar tlett xhur u jibda f'Novembru li ġej? Kemm jiswa dan il-kuntratt?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Malta Shipyards rebħet kuntratt għal tiswijiet kbar u refit ġenerali fuq il-vapur tal-passiġġieri Caronia. Fil-waq t li l-valur ta' dan il-kuntratt huwa wieħed sinjifikanti, din hija informazzjoni ta' natura kummerċjali u għalhekk ma jistax jingħata aktar dettal.

Pulizija — Persuni li nqabdu jsuqu taħt l-influwenza tax-xorb

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jindika l-ammont ta' persuni li nstabu li kienu qed isuqu taħt l-influwenza tax-xorb fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' sewwieqa li kellhom riżultat pożittiv wara li l-Pulizija għamlitilhom it-testijiet tan-nifs fuq suspett li kienu qed isuqu taħt l-influwenza ta' l-alkoħol fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huwa kif ġej: Sena Test pożittiv Irrifjuta jew test mhux komplut 2002 85 39 2003 54 49 2004* 36 42 *Sat-30.09.04

Belt Valletta — Tindif tal-Forti Sant'Iermu

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkwantifika l-ammont ta' trakkijiet ta' skart, terrapien, eċċ li tneħħa mill-Forti Sant'Iermu fit-tindif li sar fl-imsemmi forti dan is-sajf?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li meta sar it-tindif tal-Forti Sant'Iermu tneħħew madwar 42 tunnellata ta' materjal li jinkludi skart, terrrapien, ħaxix u 12-il karozza mkissra.

Cruise liners — Passiġġieri li żaru Malta

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jikkwantifika l-ammont ta' passiġġieri/turisti li ġabu magħhom il-cruise liners li żaru Malta fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sal-lum)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' cruise liners u t-total ta' passiġġieri li żaru Malta bejn is-snin 2002 - 2004 huma dawn: Sena Vapuri Passiġġieri 2002 407 357,401 2003 418 389,361 2004 (sa Ottubru) 282 248,371