Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali — Ħlas ta' multi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' x'jinġabar fi ħlas ta' multi mill-kunsilli lokali din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ammonti ta' ħlas ta' multi li l-Kunsill Lokali ta' dawn il-Kumitati Konġunti kien għad fadallhom jiġbru sa l-aħħar ta' Awissu 2004 kien kif hu muri fil-lista hawn taħt: Kumitat Konġunt Ammont (Lm) 1. Żejtun 194,922 2. Żurrieq 177,481 3. Qormi 265,243 4. Birkirkara 195,130 5. Sliema 385,819 6. Valletta 112,681 7. Fgura 174,887 8. Gozo 62,105 9. Mosta 72,630

UE — Academy for European Diplomacy

Question

Fil-kontest tal-proposta li titwaqqaf Academy for European Diplomacy fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi armonizzata u omoġenizzata d-diplomazija Ewropea, proposta li ilha mill-1999 tissemma' anke mill-Parlament Ewropew fil-kontest tal-Common Foreign Security Policy, jikkonsidra l-Ministru li Malta tagħmel lobbying sabiex fl-eventwalita' ta' tali twaqqif, is-sede ta' tali Akkademja tkun f'Malta?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin ilu edott minn dawn il-fatti u mill-opportunitajiet li dan l-iżvilupp jista jkollu għal Malta u fix-xogħol normali tiegħu diġ explora xi possibilitajiet li jistgħu joħorġu minn din l-inizjattiva.

Berġa ta' Kastilja — Mużew ta' l-istorja politika Maltija

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li s-sular ta' taħt l-art fil-Berġa ta' Kastilja jsir mużew ta' l-istorja politika ta' Malta jew xi tema simili?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm ix-xogħol strutturali tas-sular ta’ taħt fil-Berġa ta’ Kastilja huwa fil-biċċa l-kbira lest, żvilupp ieħor jinvolvi ċertu investiment u għal daqstant għadu xi ftit prematur biex tittieħed xi deċiżjoni f’dan ir-rigward. (Tweġiba mogħtija: 24/11/2004PM) (Seduta Numru: 194)

Ċimiterju ta' l-Addolorata — Talbiet għal xiri ta' oqbra

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm hemm talbiet pendenti għal xiri ta' oqbra fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li preżentament jeżistu 2465-il talba pendenti għal xiri t'oqbra fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata.

Qrati — Kawżi pendenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm kull imħallef u maġistrat kellu kawżi pendenti quddiemu fl-20 ta' Awissu, 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta' kawżi pendenti li għandhom quddiemhom kull Imħallef u kull Maġistrat, sal-20 t'Awissu 2004 huwa kif indikat fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuna li għandha permess ta' fixed hawker

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk huwiex possibbli għal persuna li fuqu għandu l-permess ta' fixed hawker, issa li marad serjament, jistax jaqilbu fuq familjari tiegħu, u jekk iva, hemm xi ħlas li jrid isir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-postijiet li hemm fis-swieq tal-Belt Valletta, Marsaxlokk u t-Tokk ir-Rabat Għawdex, jistgħu jiġu trasferiti biss bejn il-mara u r-raġel miżżewġin u bejn il-ġenituri u l-ulied mingħajr ebda ħlas. Il-postijiet li hemm fis-swieq fl-ibliet u rħula oħra f'Malta u Għawdex m'humiex trasferibli u hija l-prerogattiva tal-Kunsilli Lokali biex jitqassmu dawn il-postijiet.

UE — Academy for European Diplomacy

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jeluċida u jispjega x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-proposta li ilha tissemma' li titwaqqaf Academy for European Diplomacy fi ħdan l-Unjoni Ewropea?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Kif hu indikat fit-Trattat Kostituzzjonali li għad irid jiġi ratifikat, diplomatiċi ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikollhom it-taħriġ meħtieġ. Malta taqbel ma' dan.

Kunsilli lokali ġodda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid jekk u kemm hemm talbiet għat-twaqqif ta' kunsilli lokali ġodda? Min huma u meta saru tali talbiet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-talbiet għal Kunsilli Lokali ġodda kienu skond kif murija fit-tabella t'hawn taħt: Lokalita' li fuqha saret it-talba Minn min saret it-talba Meta saret it-Talba Marsalforn Kunsill Lokali Żebbuġ, Għawdex 21 ta' Lulju 1997 Madliena Madliena Residents' Association 17 ta' Ġunju 1994 Baħrija Fr Martin Caruana OP, Dumnikani Rabat 30 ta' Jannar 1996 Fleur-de-Lys Kumitat Ċiviku, Fleur-de-Lys 8 ta' Lulju 1994 Ta' min iżid li minn dawn it-talbiet t'hawn fuq dawn il-lokalitajiet kollha, minbarra l-Baħrija, ingħataw l-istatus ta' rħula żgħar (hamlets) u ġew elenkati fid-Disa' Skeda ta' l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363).

MEPA — Ħruġ ta' permessi

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm inħarġu permessi u enforcement notices mill-MEPA fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet li ġew approvati fis-snin imsemmija (permessi) u l-ammont ta' enforcement notices maħruġa fl-istess snin, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), huma kif murija fit-tabella hawn taħt annessa. Sena Finanzjarja Permessi Maħruġa (L-ewwel deċiżjoni) Permessi Maħruġa ( Reconsideration ) Enforcement Notices Ma ħruġa Ott 2002 – Sett 2003 4611 682 760 Ott 2003 – Sett 2004 4448 552 1068

Skejjel primarji — Istallazzjoni ta' computers

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid kemm ġew istallati computersfi skejjel primarji b'kollox mis-sena 2000 'il hawn, maqsuma sena b'sena? Kemm intnefqu flus kull sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-introduzzjoni tal-kompjuters fl-iskejjel primarji ġiet imnieda fis-sena 1996 u ġiet finalizzata fis-sena 2001. Dan il-proġett beda billi fin-1996 ġew istallati il-kompjuters fl-ewwel sena tal-primarji, filwaqt illi fl-2001 il-proġett kollu ġie finalizzat bit-tqassim tal-kompjuters fis-sitt sena tal-primarja. Wara s-sena 2001 tqassmu xi kompjuters kemm f'sitwazzjonijiet fejn żdiedu xi klassijiet jew s'siti fejn il-kompjuters kienu 'beyond economical repair'. Fejn in-numru ta' klassijiet naqsu il-komjuters reġgħu ġew allokati skond il-ħtiġijiet tal-ġurnata. Sena Nru ta' Kompjuters Total (Lm) 2000 (Year 5) 720 355,123 2001 (Year 6) 744 245,064 2002 (klassijiet varji) 52 22,620 36(re-allocated) - 2003 (klassijiet varji) 23 9,085 8(re-allocated) - 2004 (klassijiet varji) 16 6,080 14(re-allocated) - 1,613 kompjuters Lm637,972

Anzjani — Dħul fi djar residenzjali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fi djar ta' anzjani tal-gvern u f'San Vinċenz de Paule fis-snin 2003 u 2004 (s'issa) possibbilment maqsuma skond id-dar/sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'San Vinċenz de Paul daħlu 321 anzjan għas-sena 2003 u 210 anzjan għas-sena 2004 (s'issa). Fi djar ta' l-anzjani tal-Gvern daħlu kif ġej: Dar 2003 2004 Bormla 14 39 Floriana 13 7 Gżira 7 5 Mosta 14 8 Msida 8 10 Mtarfa 20 21 Żejtun 124 24 Total 200 114

Persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna mingħand kumpanniji reġistrati lokalment bħala internet service providers?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta' persuni li għandhom is-servizz ta' l-internet f'pajjiżna huwa ta' 85,672.

Qrati — Kawżi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi għadhom mhux appuntati fis-17 ta' Awissu 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' kawżi mhux appuntati sas-17 ta' Awissu 2004 kien ta' 926 u dawn huma mqassma kif ġej:- Qorti Ġudikant Numru ta’ kawżi mhux appuntati sas-17/08/2004 Appell - 641 Prim Awla (Ċivili) Imħallef G Caruana Demajo 172 Prim Awla (Ċivili) Imħallef T Mallia 39 Prim Awla (Ċivili) Imħallef R C Pace 49 Qorti tal-Familja Imħallef R C Pace 18 Qorti tal-Maġistrati (Ċivili) Maġistrat D Montebello 5 Tribunal għal Talbiet Żgħar Dr J Bonniċi 2