Jista' il-Ministru jispjega l-anomalija apparenti fil-każ ta' persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - persuna li f'Settembru 1999 daħlet bħala għalliema fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni (salary scale 9 u bħalissa qed tgħallem fl-iskola sekondarja tar-Rabat Malta) meta sa dakinhar kienet senior pharmacist salary scale 7, mentri ex-kollega tagħha - dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament - bħala senior pharmacist scale 7 u li kienet junior ta' l-ewwel persuna fis-servizz u l-mertu, fit-23 ta' Settembru 2004 ddaħlet bħala għalliema fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni fl-iskola sekondarja tas-subien ta' l-Imtarfa u tħalliet iżżomm is-salarju u l-iskala tagħha, cioe' scale 7? Jarax il-Ministru li hawn si tratta ta' maladministrazzjoni jew diskriminazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel persuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpelant kienet bdiet taħdem mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'Settembru ta' l-1999 u kienet ġiet appuntata għalliema fil-25 t'April 2000.
Informat ukoll li f'April ta' l-2000, jiġifieri meta din il-persuna ġiet appuntata għalliema, kien hemm fis-seħħ il-provvedimenti ta' l-Estacode paragrafi 2.2.2.2 u 2.2.3 li dakinhar kienu jiġu nterpretati bħala li jfissru li mpjegat ma jistax jeċċedi l-massimu ta' skala bażika fl-grad il-ġdid.
F'Settembru ta' din is-sena, ġiet l-persuna l-oħra indikata mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ ta' din il-persuna, li wkoll kienet tokkupa kariga u skala simili bħal persuna l-oħra, il-paragrafi ta' l-Estacode ndikat hawn fuq ġew applikati fil-każ tagħha skond kif titlob iċ-Ċirkulari MPO62/01 ddatata 24 ta' Lulju 2001.
Jista' il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ Maltin ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea miftuħa għaż-żgħażagħ u studenti (bħal Socrates, Youth u Leonardo) fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-total ta' parteċipanti żgħażagħ bejn ħmistax u ħamsa u għoxrin sena li bbenefikaw mill-programm YOUTH mill-2003 sal-1 ta' Settembru 2004 kienu 574.
Informat ukoll li f'kull azzjoni f'dawn is-sentejn, ħadu sehem daqshekk :
Azzjoni Total 2003 Total sa l-1 ta' Total
Settembru 2004
Skambji ta' żgħażagħ 239 209 448
Servizz Voluntarju Ewropew 1 3 4
Inizzjattivi miż-Żgħażagħ 53 26 79
Miżuri ta' Appoġġ 23 20 43
Total 316 258 574
F'dawn il-figuri ma jissemewx in-numru sostanzjali ta' żgħażagħ Maltin li pparteċipaw fil-programm YOUTH fi skambji multilaterali organizzati minn għaqdiet f'pajjiżi oħra u mħallsa mill-aġenziji tal-pajjiż fejn jkun qed jintlaqgħu iż-żgħażagħ. Dan għaliex dawn iż-żgħażagħ ma japplikaw għal fondi fl-Agenzija Maltija imam japplikaw għalihom l-għaqdiet barranin.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tar-riforma tas-saħħa mentali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li r-riforma fil-qasam mentali ilha tiġi implimentata b'mod inkrimentali għal numru ta' snin. Is-servizzi mentali issa qed jinfirxu fil-komunita' biex jgħinu aktar il-pazjenti fl-integrazzjoni tagħhom fis-soċjeta.
Billi l-Att dwar il-Gwardjani Privati u Lokali (Att Numru 389), fl-artiklu 25 (a) tiegħu, kemm fit-test Malti u Ingliż, jitkellem dwar "multa ta' mhux iżjed minn Lm10,000 u priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sena, jew dik il-multa u priġunerija flimkien" u fl-artiklu 25 (b) jitkellem dwar "multa ta' mhux iżjed minn Lm2,000 u priġunerija għal żmien ta' mhux iżjed minn sitt xhur, jew dik il-multa u priġunerija flimkien", u billi huwa ferm evidenti li l-leġislatur, f'kull liġi, dejjem jagħti għażla lil-leġislatur bejn multa u ħabs fl-ewwel ipotezi u mbagħad, se mai, jimponi l-multa u priġunerija flimkien, u billi huwa ferm evidenti li hawn si tratta ta' lapsus tat-tipografija li minflok il-kelma "jew" intużat "u" (għax inkella ma kienx jagħmel sens li tintuża l-kelma "flimkien"), jista' il-Ministru jieħu dawk il-passi neċessarji sabiex dan jiġi emendat mill-aktar fis?
Response (BORG, TONIO)
Il-punt legali sollevat mill-Onor. Membru jixraq studju iktar akkurat u okkorendo tiġi ntavolata l-emenda debitament meħtieġa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Institute for Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika? Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena akkademika l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Institute of Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika (Diċembru 2003) kien ta' 136. Informat ukoll li n-numru ta' studenti li applikaw biex jidħlu fl-FTS fis-sena skolastika l-ġdida (2004/2005) huwa ta' 325.
Jista' il-Ministru jispjega ġentilment jekk ir-regolamenti li l-Malta Tourism Authority ħarġet dan l-aħħar fil-konfront tal-bars (li jinkludu, fost oħrajn, l-obbligu li jkun hemm coffee machine, staff evacuation exercise darba fis-sena, toilet facility għall-irġiel u nisa b'mera b'dawl appożitu) iridux ikunu osservati minn kull bar, irrispettivament mid-daqs tal-bar jew le? Jekk dan hu l-każ, l-MTA ħaditx in konsiderazzjoni li jista' jiġri li l-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali u żgħir fiċ-ċentru tar-raħal Malti jiġi mnaffar jew imnaqqar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li r-regolamenti li ħarġet l-Awtorita` dan l-aħħar (Avviż Legali 175 ta' l-2004) jirregolaw il-catering establishments kollha - ristoranti, snack bars, kiosks u bars. Fir-rigward tal-bars, ir-regolamenti jirrikjedu standards bażiċi. Ma jidhirlix li l-osservanza ta' dawn ir-regolamenti għandhom, b'xi mod inaffru jew inaqqru il-karattru tipiku tal-bar tradizzjonali Malti.
Anzi l-Awtorita` se toħroġ plakki apposta li jidentifikaw il-bars tipiċi Maltin. Dawn il-plakki jitwaħħlu fuq il-faċċata ta' barra tal-bar biex it-turist ikun jista' jidentifika il-bars li huma tradizzjonali Maltin. Dawn, fuq kollox, huma parti mill-kultura tagħna.
Korporazzjonijiet/kumpanniji — Arretrati fil-ħlas ta' PAYE
Question
Fil-kontest ta' l-income tax management act, jista' il-Ministru jgħid jekk xi korporazzjoni jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' PAYE u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Korporazzjonijiet/kumpanniji — Arretrati fil-ħlas ta' NI
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk korporazzjonijiet jew kumpanniji li l-gvern għandu sehem fihom kellhomx arretrati fil-ħlas ta' NI u kemm kienu l-arretrati għal kull enti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inġabru flus minn ħlasijiet ta' multi għal clamping u towing din is-sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel tmien xhur ta' din is-sena ġew miġbura mill-Pulizija Lm40,560 mill-ikklampjar u rmonk ta' vetturi skond ir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta' Oġġetti ta' Ingombru fir-Regolamenti tat-Traffiku.
Għal dak li jirrigwardja l-Kunsilli Lokali, ninsab infurmat illi l-ikklampjar u t-tneħħija ta' vetturi jsir biss fil-lokalitajiet li jaqgħu taħt il-Kumitat Konġunt ta' Tas-Sliema u l-ammont miġbur minn Jannar sa Awissu 2004 għat-tneħħija ta' vetturi kien ta' Lm11,000. Dwar ikklampjar ta' vetturi ma saru l-ebda multi peress li din is-sistema għadha ma bdietx titħaddem.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru donazzjonijiet tad-demm ġewwa l-bank tad-demm fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dawn huma d-donazzjonijiet li saru fis-snin 2002, 2003 u 2004 (sa 27 ta' Awissu) fiċ-ċentri kollha tal-għoti tad-demm.
Sena 2002
Ċentru
Ammont
NBTC
9032
GGH
1676
MOB
3562
SMOM
1903
TOTAL
16173
Sena 2003
Ċentru
Ammont
NBTC
10038
GGH
1742
MOB
3535
SMOM
1373
TOTAL
16688
Sena 2004 (Sa 27 ta' Awissu)
Ċentru
Ammont
NBTC
5929
GGH
1249
MOB
2395
SMOM
871
TOTAL
10444
NBTC- Bank Nazzjonali tad-Demm
GGH- Bank tad-Demm ta' Għawdex
MOB- Mobile Unit
SMOM- Bank tad-Demm tal-Kavallieri
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonsidra li l-Kodiċi Kriminali jkun emendat sabiex inkjesti maġisterjali ma jkunux iktar neċessarji meta l-valur involut ikun inqas minn Lm1,000 minflok il-valur ta' Lm100 li hu viġenti bħalissa?
Response (BORG, TONIO)
Bil-kliem "meta l-valur involut ikun inqas minn Lm1,000 qiegħed nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal reati ta' serq. Jekk hu hekk, niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li bl-Att III ta' l-2002 l-artikolu 546 tal-Kodiċi Kriminali ġie emendat biex b'hekk l-inkjesta mill-Maġistrat tkun meħtieġa għal reati li għalihom hemm il-piena ta' priġunerija għal aktar minn tlett snin. Għal reati ta' serq aggravat bil-valur li ma jeċċedix l-Lm1,000, il-piena hi dik ta' priġunerija ta' mhux aktar minn tlett snin u għalhekk illum għal dawn ir-reati l-inkjesta bil-maġistrat ma għadhiex aktar meħtieġa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa ffirmaw kuntratt/ftehim mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jieħdu sehem fit-titjib u manutenzjoni ta' l-iskejjel?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim dwar titjib u manutenzjoni ta' l-iskejjel, kien ġie ffirmat bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni u l-Kunsilli Lokali rispettivi.
Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Dipartiment ta' l-artijiet — Esproprjazzjoni ta' art
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas kumpens lis-sidien il-Gvern fl-aħħar ħames snin (sal-lum) għall-esproprjazzjoni ta' art?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kumpens imħallas mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, lis-sidien għall-esproprjazzjoni ta' art f'dawn l-aħħar ħames snin huwa kif ġej:-
Sena Ammont (Lm)
2000 5,286,063
2001 3,952,966
2002 2,256,296
2003 2,305,807
2004* 3,542,842
*sal-31 ta' Awissu.
Dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar — Spezzjonijiet
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar turi n-numru ta' talbiet għal spezzjonijiet u mhux in-numru ta' spezzjonijiet li jkunu saru. F'numru ta' każijiet ikun meħtieġ li ssir aktar minn spezzjoni waħda dwar l-istess talba.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' dawn it-talbiet għas-sena 2003 kien 3,365 filwaqt li din is-sena, sa l-aħħar ta' Awwissu, kien 2,109.
Awtorita' Maltija tat-Turiżmu — Talba għal fondi mill-UE
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' Maltija tat-Turiżmu qattx applikat għal xi fondi mill-Unjoni Ewropea jew xi forma oħra ta' għajnuna (kemm pre-accession u accession funds) sabiex tiġi mgħejjuna fl-operat tagħha?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7061 illi fiha kienu ġew imniżżla l-applikazzjonijiet għal fondi mill-UE mill-1 ta' Jannar 2004.
Inżid ngħid illi kien hemm numru ta' applikazzjonijiet oħra kif jidhru hawn taħt li kienu saru qabel l-1 ta' Jannar 2004.
Skills Analysis and Employment Forecasts 2004-2008 for the Maltese Tourism Industry
Leonardo Training Programmes