Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' kindergarten centres li hawn f'Malta u Għawdex? Kemm-il student jattendu u kemm-il kindergarten assistant hemm?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kindergarten centres li hawn f'Malta huwa ta' 51 fl-iskejjel Primarji u 4 li huma Annexes. Filwaqt li f'Għawdex hemm 11 Kindergarten Centre.
In-numru ta' Studenti
(skond April 2004)
Kinder 2 3187
Kinder 1 2798
Total 5985
In-numru ta' Kindergarten
Assistants (skond April 2004)
Kindergarten Assistants 400
Supply Kindergarten Assistants 20
Total 420
Jista' il-Ministru, sakemm m'għadux wisq prematur jew ta' xi preġudizzju għall-operat kummerċjali tagħha, jispjega għaliex fi spazju relattivmaent qasir ta' żmien, l-Airmalta kellha żewġ istanzi ta' żewġ ajruplani li jinfaqgħalhom it-tyre wara t-take-off, tenut kont ta' l-istandards għolja ferm ta' sigurta' u safety li l-Airmalta hija magħrufa għalihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Air Malta dejjem tat u għada tagħti mportanza kbira lis-sigurta u l-manutenzjoni ta' l-ajruplani tagħha. Ir-rekord ta' l-Air Malta matul dawn l-aħħar 30 sena huwa xhieda ta' dan. Fir-rigward taż-żewġ inċidenti li ġraw kawża ta' problemi bit-tyres, għadu kmieni wisq biex jingħad x'kien li kkawża dawn il-problemi. It-tyres involuti fiż-żewġ inċidenti qegħdin jiġu eżaminati minn tekniċi ta' l-Air Malta flimkien ma' esperti barranin, inkluż il-Boeing u l-mainfatturi tat-tyres li huma l-Bridgestone, biex jiġi stabbilit x'kienet il-kawża ta' dawn iż-żewġ problemi. Id-Dipartiment ta' l-Inġinerija qed iżżomm lid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni nfurmat bil-progress ta' dawn l-investigazzjonijiet.
Dipartiment ta' l-artijiet — Applikazzjonijiet għal xiri ta' proprjeta'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien it-total ta' applikazzjonijiet taħt kull skema ta' xiri kif ukoll kemm ġew konklużi kuntratti u kemm daħħal flus il-gvern għal kull skema sa l-aħħar ta' Awissu 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-total ta' applikazzjonijiet taħt kull skema maħruġa mill-Uffiċċju Konġunt dwar xiri u fidi ta' ċnus huma kif ġej:
Skema Numru ta' Applikazzjonijiet
1996 1,520
1998 91
2001 (sa 05/10/2004) 3,294
In-numru ta' kuntratti konklużi u d-dħul minnhom huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' applikazzjonijiet biex jiġu proċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex-proprjeta' tal-Knisja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-qagħda tal-applikazzjonijiet sottomessi lill-Uffiċċju Konġunt taħt l-iskemi tas-snin 1996, 1998 u 2001 hija kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Saħħa — Pazjenti li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-gvern ħallas għal pazjenti Maltin biex jiġu kkurati barra minn Malta fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? Kemm-il pazjent ġie msiefer, għal liema pajjiżi u għal liema tip ta' kura/operazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fis-snin imsemmija tħallsu l-ammonti:
Sena
Ammont Imħallas
2002
Lm388,992
2003
Lm429,583
2004 (sa 02/09/04)
Lm368,725
Numru ta' pazjenti li kellhom bżonn isiefru għall-kura kien:
Sena
No. ta' pazjenti li siefru
Ingilterra
Israel
2002
230
229
1
2003
240
239
1
2004 (sa 31/08/04)
175
174
1
Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjaliżżati fil-moħħ' fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullum u tfal għal operazzjoni fuq il-qalb.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' hekk imsejħa heart bypasses fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-Data Management Unit fl-Isptar San Luqa għandu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kirurġiċi mis-sena 2002 sa' Ġunju 2004 mis-Surgical Operations Register ta' l-isptarijiet San Luqa u Karen Grech (SLH-KGH).
In-numru ta' operazzjonijiet reġistrati ta' Coronary Artery Bypass Grafts (CABG), hekk imsejħa heart bypasses, fis-snin 2002, 2003 u Jannar sa' Ġunju 2004 huma kif ġej:
Sena
Total ta' CABG's
2002
397
2003
476
2004 (Jan-Ġun)
262
Sakemm dan ma jmurx kontra l-interessi kummerċjali tagħhom, jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu kkonsidrati voluntary retirement schemes għal ħaddiema tal-korporazzjoni Enemalta u tal-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qegħda tagħmel Human Resource Audit tad-diviżjonijiet tagħa u għadu prematur biex tgħid jekk hux ser jiġi kunsidrat l-irtirar taħt l-iskemi volontarji.
Rigward il-Maltacom, nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 1130.
Jista' il-Ministru jikkwantifika n-numru ta' studenti li ġew eżentati milli jħallsu l-miżata tal-Matsec fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-eżenzjonijiet mill-ħlas ta' miżati għall-eżamijiet tal-MATSEC, fis-snin 2000, 2001, 2002 , 2003 u 2004 huma :
SEC ADVANCED TOTAL
& INTERMEDIATE
2000 374 116 490
2001 266 78 344
2002 309 67 376
2003 368 71 439
2004(s'issa) 395 61 456
Tista' il-Ministru tikkwantifika n-numru ta' djar ikkonsidrati li huma substandard, maqsuma għal Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali tirrigwarda n-numru ta' talbiet għal akkomodazzjoni alternattiva minħabba postijiet substandard. Ninsab infurmata li n-numru pendenti ta' dawn it-talbiet hu ta' 274.
Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tikkwantifika n-numru ta' l-applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond il-belt/raħal ta' l-applikant?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm intlaqgħu talbiet għall-akkomodazzjoni alternattiva minn applikanti minn Raħal Ġdid, Gudja, Sta. Luċija, Tarxien u Marsa mill-1 ta' Jannar 2000 sal-31 ta' Awissu 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li huma rappreżentati fuq xi bordijiet ta' xi korporazzjonijiet, liema huma l-korporazzjonijiet u liema huma l-lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi m'hemm l-ebda Kunsill li huwa rappreżentat fuq bordijiet ta' xi korporazzjonijiet.
Universita'/Junior College — Stipendji ta' l-istudenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-gvern ħallas għall-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' u Junior College fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern ħallas bħala għotjiet ta' manteniment lill-istudenti tal-Junior College hekk :-
Sena Ammont
2002 Lm792,600.235
2003 Lm870,379.647
2004(s'issa) Lm755,576.673
Informat ukoll li l-ammonti fil-każ ta' l-istudenti ta' l-Universita' huma :-
Sena Ammont
2002 Lm2,845,291.76
2003 Lm3,058,731.81
2004 Lm2,838,854.62
Malta Basketball Association — Regoli dwar ċittadinanza doppja
Question
Jaqbel il-Ministru, anke in vista ta' appell li għamel il-president tal-Malta Basketball Association, il-Maġistrat Mizzi fis-27 ta' Awissu 2004 u kif rappurtat fil-media l-għada, li r-regoli viġenti dwar ċittadinanza doppja (li jridu li applikant għall-passaport Malti jkun ilu residenti Malta għal ta' l-inqas ħames snin) jiġu rilassati sabiex Maltin hekk imsejħa ''second or third generation" ikunu jistgħu jilagħbu għan-nom ta' Malta f'kompetizzjonijiet internazzjonali għall-vantaġġ u ġid ta' l-isport Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat illi l-kwistjoni għandha riprekussjoni u implikazzjonijiet li jmorru oltre il-kamp ta' l-Isport, għalhekk il-mistoqsija għandha tiġi magħmula lill-Ministeru responsabbli għaċ-Ċittadinanza.
Ditti/kumpanniji reġistrati f'Għawdex — Ġbir ta' VAT
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabret VAT minn persuni, ditti u kumpanniji reġistrati f'Għawdex mill-introduzzjoni tagħha u xi proporzjon hu l-ammont mill-ammont totali ta' VAT miġbur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment ta' l-artijiet — Proprjetajiet li kienu tal-Knisja
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx skemi biex kerrejja jew ċenswalisti ta' proprjetajiet kummerċjali li kienu tal-Knisja jkunu jistgħu jixtru l-fond?
Response (BORG, TONIO)
Ma hemmx skemi biex kerrejja jew ċenswalisti ta' proprjetajiet kummerċjali amministrati mill-Uffiċċju Konġunt ikun jistgħu jixtru l-fond, iżda d-Dipartiment jikkunsidra talbiet mill-kerrej jew ċenswalist ta' fond kummerċjali biex jixtrih permezz ta' sejħa għal offerti.
Qrati — Sidien ta' bars li nqabdu biegħu xorb lil minorenni
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u kemm sidien ta' bars jew stabbilimenti simili tressqu l-qorti din is-sena talli servew xorb lil minorenni? Huwa possibbli li jingħataw il-lokalita' tal-bars in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena kien hemm erba' persuni li ttellgħu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu xorb alkoħoliku lil persuni ta' anqas minn 16-il sena. Il-bars in kwestjoni kienu f'Birżebbugia.