Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku qattx ħasset il-ħtieġa jew in-neċessita' li t-tliet mini ta' Regional Road, speċjalment dawk tan-nofs, jiġu mdawwla aħjar sabiex sewwieq li jkun dieħel taħthom ma jkollux iktar diffikulta' jaġġusta l-vista tiegħu peress li mid-dawl qawwi tax-xemx ikun daħal, relattivament, fid-dlam ta' dawn il-mini u b'hekk jiġu evitati inċidenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
F’Ġunju ta’ din is-sena esperti fuq sigurta fil-mini u d-dawl ta’ ġo fihom, kemm inglizi u franċiżi, inġibu Malta sabiex jeżaminaw is-sigurta’ tal-mini li jinsabu fuq it-toroq tat- TEN – T (Rotta 1 u Rotta 6). Dawn l-esperti ħejjew rapport li għandu jservi ta’ bażi għal proposti ta’ upgrading kemm fil-preżent u għal futur f’dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku qattx ħasset il-ħtieġa jew in-neċessita' li t-tliet mini ta' Regional Road, speċjalment dawk tan-nofs, jiġu mdawwla aħjar sabiex sewwieq li jkun dieħel taħthom ma jkollux iktar diffikulta' jaġġusta l-vista tiegħu peress li mid-dawl qawwi tax-xemx ikun daħal, relattivament, fid-dlam ta' dawn il-mini u b'hekk jiġu evitati inċidenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
F’Ġunju ta’ din is-sena esperti fuq sigurta fil-mini u d-dawl ta’ ġo fihom, kemm inglizi u franċiżi, inġibu Malta sabiex jeżaminaw is-sigurta’ tal-mini li jinsabu fuq it-toroq tat- TEN – T (Rotta 1 u Rotta 6). Dawn l-esperti ħejjew rapport li għandu jservi ta’ bażi għal proposti ta’ upgrading kemm fil-preżent u għal futur f’dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx jew hux se ssir xi talba għal fondi mill-Unjoni Ewropea għat-twaqqif ta' mużew tat-trasport f'Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li f’ Marzu ta’ din is-sena l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta applikat mal-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali għall-fond għat-twaqqif ta’ mużew dwar it-trasport. Din it-talba ma ġietx magħżula għall-iffinanzjar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx jew hux se ssir xi talba għal fondi mill-Unjoni Ewropea għat-twaqqif ta' mużew tat-trasport f'Malta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li f’ Marzu ta’ din is-sena l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta applikat mal-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali għall-fond għat-twaqqif ta’ mużew dwar it-trasport. Din it-talba ma ġietx magħżula għall-iffinanzjar.
Jikkonsidra l-Ministru li jitpoġġa bust tal-Papa Piju V fil-Belt Valletta bħala ġest ta' rikonoxximent u tifkira lill-persunaġġ li għen bis-sħiħ għall-bini u t-twaqqif tal-Belt Valletta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-bust oriġinali tal-bronż tal-Papa Piju V huwa propjeta` ta' Heritage Malta u misluf lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u qiegħed espost fl-uffiċini tagħhom. Dan jiġi rritornat meta Heritage Malta ssaqsi għalih.
Is-Sindku tal-Belt kien għamel talba f'Lulju ta' din is-sena biex il-Cold Cast li kien qiegħed fl-istore jiġi mgħoddi lilhom biex ippoġuħ barra x'imkien fil-Belt.
Il-Bord ta' Heritage Malta aċċetta din it-talba b'dawn il-kundizzjonijiet:
li ma jsirux kopji oħrajn;
li dan il-bust Cold Cast jiġi mħares sew min xi ħsarat;
li l-Kunsill Lokali jidħol responsabbli;
li jekk hemm bżonn ta' xi permessi, din tkun responsabilta` tal-Kunsill Lokali.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew iffirmati double taxation agreements sal-lum? Hemm oħrajn li se jiġu ffirmati fil-futur qarib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta ffirmat sitta u erbgħin (46) double taxation agreement li minnhom tnejn (2) huma limitati għall-profitti li jinqalgħu mill-operazzjoni ta’ vapuri u ajruplani fi traffiku internazzjonali. Tlieta u erbgħin (43) minn dawn id-double taxation agreements daħlu fis-seħħ. Barra minn hekk, ġew konklużi f’livell tekniku numru ta’ double taxation agreements oħra li għad irid isiru l-arranġamenti neċessarji biex jiġu ffirmati.
(Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM)
(Seduta Numru: 207)
Diment u sakemm dan ma jkunx ta' xi preġudizzju tal-proċess imminenti tal-privatizzazzjoni tal-Maltacom, jista' il-Ministru jgħid jekk fil-kontest ta' dan il-proċess huwiex maħsub jew mistenni li jitħabbru skemi ta' irtirar volontarju kmieni mix-xogħol għall-ħaddiema tal-Maltacom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-PQ 1130.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' courses ta' taħriġ li l-ETC qed torganizza u toffri fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' courses ta' taħriġ li l-ETC qed torganizza fil-preżent huwa ta' madwar 80. Dawn ivarjaw minn programmi f'ħiliet bażiċi, taħriġ fi snajja, programmi fl-informatika, ħiliet tekniċi kif ukoll f'oqsma manaġerjali u ta' Business.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li tieqaf l-atitudni u l-prassi ta' uffiċjal għoli tal-korp tal-pulizija li, rinfaċċjat b'applikazzjonijiet minn diversi persuni għal estensjoni tal-visa tagħhom jew ta' nies viċin tagħhom, qiegħed ripetutament jgħidilhom li minn naħa tal-pulizija kollox sew (u li m'hemmx problemi) iżda jonqos ittra ta' rakkomandazzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja, meta dan ma jkunx il-każ għax dan l-uffiċjal jaf ben tajjeb li m'hemm bżonn ebda ittra mill-ministeru (del resto, qatt ma saru) u jaf ukoll li dawn huma każijiet ta' diskrezzjoni assoluta u insindikabbli tal-Principal Immigration Officer (i.e. il-Kummissarju), ħalli b'hekk jieqaf dan il-passing of the buck u jitneħħa l-inkonvenjent ta' nies li ġenwinament qed jgħidulhom din l-istorja u jibqgħu jistennew jew iwaħħlu fil-ministru għad-dewmien, minbarra li min għandu verament jiddeċiedi fil-fatt jiddeċiedi hu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dak li hemm imsemmi f'din il-Mistoqsija ma ġiex konfermat. Pero' jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini iktar dettalji nkun nista' nivverifika ulterjorment.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-ministeru tagħha dwar jekk il-minimum ta' l-eta' legali għal xorb alkoħoliku għandhiex titla' jew le għal 18-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett ta' l-eta' minima legali għax-xiri u konsum ta' alkoħol mill-minuri mistenni li jkun inkorporat fil-pjan nazzjonali li għamilt referenza għalih fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 7343 f'Seduta 165.
Jogħġbu l-Prim Ministru jkun daqstant ġentili u jindika l-ammont ta' flus li tħallsu f'konsulenzi mill-gvern bejn Settembru 1996 u Ottubru 1998? Jistax ukoll jelenka l-ismijiet tal-konsulenti mqabbda mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jgħid xi ħlasijiet ħadu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet fi flus mill-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex matul is-snin 2000-2004? Hemm limitu għal kemm jistgħu jingħataw donazzjonijiet kontanti minn kunsilli lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienet l-ogħla donazzjoni fi flus kontanti li saret minn kunsill lokali matul is-snin 2000-2004, sena b'sena u minn liema kunsill?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tixtarr is-suġġeriment, wara t-traġedja li seħħet fl-iskola fir-Russja qrib iċ-Ċeċnija fejn ġew maqtula mijiet ta' tfal u feruti mijiet oħra riżultat ta' terroriżmu, li l-Gvern Malti, tramite il-Ministeru tal-Familja, joffri mqar xi ftit mit-tfal feruti sopravissuti il-possibbilta' li jgħaddu ftit ġranet mistrieħ f'Malta u dan bħala ġest ta' solidarjeta' simbolika internazzjonali mpoġġija fil-prattika, u xi ħaġa li pajjiżi oħra jistgħu jiġu mħajra jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif naħseb li jaf l-Onor. Interpellant, organizazzjoni volontarja f'Malta li taħdem b'risq tfal Russi, ilha li ħabbret li se ġġib għal btala f'Malta numru ta' tfal li kienu nvoluti fit-traġedja ta' Beslan fir-Russja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux il-ħsieb jew l-intenzjoni li jilleġisla dwar il-metodi ta' inseminazzjoni artifiċjali li qed isiru f'pajjiżna sabiex jiġi assigurat li l-prinċipji etiċi jkunu osservati dejjem u kullimkien?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu l-ħsieb li jilleġisla fuq din il-materja.