Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport qattx għamlet jew hemmx il-ħsieb li tagħmel studju dwar il-feasibility ta' mezzi ġodda ta' trasport għall-massa, bħal trams, li huma effiċjenti u irħas għal min jużahom?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport qatt ma kkummisjonat studji fuq il-feasibility ta’ trams bħala mezz ta’ trasport għall-massa. Dan ma jeliminax il-possibilta li l-Awtorita' mhux ser tagħmel studji fil-futur skond l-Att li jirregola l-Awtorita' dwar it-Trasport fejn wieħed mir-rwoli tagħha hu li tipprovdi servizzi ta’ trasport pubbliku effiċjenti. L-Awtorita' għandha l-pjanijiet li tikkummisjona studji bħal dawn u oħrajn li jservu d-domanda għal trasport pubbliku għall-massa li jkun effiċjenti u rħis.
Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex kwantifikat fi flus, imqar bejn wieħed u ieħor, il-valur fis-suq tal-postijiet battala li hawn f'Malta u f'Ghawdex? Xi kemm huwa dan l-ammont?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu tribunali/qrati muniċipali f'Malta?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm preżentement m'hemmx il-ħsieb li jitwaqqfu tribunali/qrati muniċipali, pero' din il-miżura m'hiex eskluża kompletament u tista' tiġi proposta wara l-istudju u konsultazzjoni li tinħass opportuna.
Jista' il-Vici Prim Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti nominati mill-maġistrati fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 - sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja għamlet ħlasijiet kif ġej:
Sena
Għawdex
Lm
Malta
Lm
2000
5,114.17
227,198.88
2001
13,300.75
273,076.62
2002
10,051.61
317,453.86
2003
18,383.49
284,713.42
2004
12,782.18
273,366.93
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir id-devoluzzjoni tal-libreriji lokali fil-Marsa, Raħal Ġdid, Tarxien u Sta. Luċija lill-kunsilli lokali rispettivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni tal-Kunsilli Lokali msemmija fil-mistoqsija tiegħu fuq id-devoluzzjoni rispettivi u proposti huma dawn:
1. Marsa: Il-Kunsill qiegħed jipproġetta li jibni ufficcji amministrattivi ġodda li jkun jista' jinkorpora fihom il-bini ta' librerija.
2. Santa Luċija: Il-Kunsill qed ikollu diffikulta' li jsib post adegwat għal dan il-għan u li dan ikollu aċċess għal persuni b'diżabilita' speċjali.
3. Tarxien: Il-Kunsill Lokali ta’ Hal-Tarxien għandu l-ħsieb li jiftaħ waħda u qiegħed jidentifika post.
4. Raħal Ġdid: Minħabba li hemm diġa' waħda distrettwali fil-lokal, il-Kunsill Lokali Paola s’issa m għandux il-ħsieb li tinfetaħ librerija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-part I ma' l-ETC li huma mir-Raba' Distrett, mid-Disa' Distrett u mill-Għaxar Distrett elettorali sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol taħt il-part 1 ma' l-ETC f’Settembru 2004, skond id-distretti elettorali kif indikat fil- mistoqsija kienu kif ġejjin : Mir-Raba’ Distrett 653 persuna, mid-Disa’ Distrett 512 persuna u mill-Għaxar Distrett 305 persuna.
Informat ukoll li l-figuri għax-xahar ta’ Ottubru 2004 għadhom ma ġewx ippublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li nedew quality service charter? Hemm oħrajn li huma fil-proċess li jiġu mnedija? Fil-prattika, xi tfisser it-tnedija ta' charter bħal dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm Kunsill wieħed li nieda quality service charter. Dan huwa l-Kunsill Lokali ta' Santa Venera.
Hemm tlett Kunsilli oħra, dawk tal-Birgu, tal-Għargħur u tal-Mellieħa li bdew taħdidiet maċ-Charter Support Unit ta' l-Uffiċċju ta' l-Prim Ministru biex huma wkoll ikollhom Quality Service Charter.
Meta entita' tniedi Quality Service Charter tkun qed tintrabat li tipprovdi s-servizzi kif elenkati fic-Charter partikulari tagħha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol rapportati lill-occupational health and safety authority bejn is-snin 2000 u 2004 sad-data li tigi mwieġba din l-interpellanza? Kemm minnhom spiċċaw f'imwiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat kif ġej :-
L-Awtorita' twaqqfet f'Jannar 2002, għaldaqstant il-figuri li ser jingħataw huma mis-sena msemmija sal-lum.
Total inċidenti rapportati -3038
Total Imwiet -30
Dawn il-figuri jirreferu biss għall-każijiet ta' korrimenti jew fatalitajiet rraportati lill-Awtorita'. Figuri aktar komprensivi huma dawk miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jinkludu talbiet għal xi benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Jista' il-Ministru jikkwantifika l-ammont ta' enerġija elettrika wżata sabiex jissaħħan l-ilma fir-residenzi, hotels, eċċ. f'Malta u Għawdex (f'termini ta' proporzjon jew ratio)?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma teżisti l-ebda statistika dettaljata dwar l-informazzjoni mitluba. Madankollu, studju li sar fl-1997 taħt l-EU synergy programme, jindika li l-enerġija elettrika wżata biex jissaħħan l-ilma fir-residenzi għal konsum domesetiku hu ta' madwar 25% u ta' 11% meta tieħu konsiderazzjoni il-konsum fis-settur terzjarju. Ma teżisti l-ebda statistika komparattiva għas-settur industrijali.
Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM)
(Seduta Numru: 208
Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM)
(Seduta Numru: 208
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu ċ-children allowance minħabba li qabżu t-threshold ta' l-Lm10,000 dħul f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu ċ-children allowance minħabba li qabżu t-threshold ta' l-Lm10,000 dħul f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM)
(Seduta Numru: 208)
Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 11/12/2004AM)
(Seduta Numru: 208)