Jista' il-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices tal-MEPA din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta' Ottubru 2003 sa l-aħħar ta' Settembru 2004 inħarġu 1,061 Avviż ta' Twettieq mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru controlled deliveries ta' droga bis-superviżjoni tal-pulizija skond kif jipprovdi Kap. 101 tal-Liġijiet ta' Malta, f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BORG, TONIO)
Ma nħossx illi dan it-tagħrif għandu jkun ippublikat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' gwardjani li ġew ingaġġati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dan l-aħħar? Kemm hu t-total issa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm erbgħin (40) kadett gwardjan li qegħdin isegwu l-kors għall-gwardjani. Minn dawn huwa maħsub li jiġu mpjegati mhux anqas minn tletin, dejjem jekk itemmu l-kors tagħhom b'suċċess.
Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm mija u wieħed u tmenin gwardjan.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet online għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt minn meta dan sar possibbli, grazzi għall-investiment fl-informatika?
Response (BORG, TONIO)
Applikazzjonijiet on line għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mwiet saru possibli mit-23 ta' Jannar ta' l-2003. Ninsab infurmat illi minn din id-data sal-4 ta' Diċembru ta' l-2004, fuq talbiet on line inħarġu total ta' 10,136.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu lil Libjani biex jidħlu Malta din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju u it-23 ta' Novembru 2004, in-numru ta' multiple entry visas maħruġa lill-persuni ta' nazzjonalita' Libjana kien ta' 1,925.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid, jekk huwa possibbli, x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu mill-Gvern Libjan lil Maltin biex imorru fil-Libja sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li tali nformazzjoni mhix disponibbli peress li dawn jinħarġu mill-awtoritajiet Libjani, mhux Maltin..
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-pulizija għal dħaħen eċċessivi minn vetturi fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar ta' l-2001 u l-aħħar ta' Novembru ta' l-2004, il-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku ħarġet 730 ċitazzjoni lil sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan eċċessiv.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini ta' l-iskola l-ġdida fil-Karwija sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Meta huwa maħsub li titlesta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ix-xogħol tal-bini ta' l-iskola l-ġdida fil-Karwija huwa avvanzat ħafna. Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tagħmel kull ma tista' biex l-iskola titlesta sa Ottubru tas-sena d-dieħla.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' talbiet għal separazzjoni personali li ġew introdotti fil-qorti tal-familja din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat illi n-numru ta' talbiet għal separazzjoni personali li ġew introdotti fil-Qorti tal-Familja mit-2 ta' Jannar, 2004 sa l-14 ta' Diċembru, 2004 kien kif ġej:
Fi Stadju Kontenzjuz:
Ċitazzjonijiet 133
Fi Stadju ta' Medjazzjoni
Ittri f'Medjazzjoni (fejn m'hemmx qbil) 627
Noti f'Medjazzjoni (fejn hemm qbil
fuq kuntratt) 355
L-informazzjoni dwar Għawdex għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm investiment sar fid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili matul dawn l-aħħar ftit snin sabiex jiġi modernizzat? Fiex kien jikkonsisti dan l-investiment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investiment li sar matul dawn l-aħħar ftit snin fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex dan jiġi modernizzat hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' cruise liners bejn is-snin 2000 u 2004 hu kif ġej:
2000 226
2001 358
2002 407
2003 418
2004 359
(sa 31 ta' Novembru)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija bejn is-snin 2001 u l-2004 kienu kif ġej:
2001
13,372
2002
14,062
2003
13,982
2004*
5,441
*sat-30.11.04
Infurmat ukoll minn Marzu ta’ din is-sena l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm korrimenti jew ħsarat fi proprjeta’ tal-Gvern bdew ikunu rrapurtati u nvestigati mill-Gwardjani Lokali.
Awtorita' ta' l-istatistika — Studju dwar il-valur tal-proprjeta'
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-awtorita' ta' l-istatistika qattx għamlet xi studju dwar il-valur fis-suq tal-proprjeta' vakanti f'Malta u Għawdex? Jekk iva, x'inhu dan il-valur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fiċ-ċensiment tal-Popolazzjoni u Djar li ttieħed fis-26 ta’ Novembru 1995, kienet inġabret informazzjoni dwar proprjetà vakanti f’Malta u Għawdex u din tinstab ippubblikata fit-tabelli 38 sa 44 tas-‘Census of Population and Housing 1995, Final Report, Volume 6: Dwellings (Central Office of Statistics)’.
Iżda dan l-istħarriġ ma kellux l-iskop li joħroġ il-valur tal-proprjetà vakanti f’pajjiżna, u għalhekk it-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari hi fin-negattiv.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx policy tal-MEPA fir-rigward ta' land reclamation?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) lesta tikkonsidra reklamazzjoni ta' l-art basta jiġu salvagwardati riżorsi ambjentali. Bi sħab mal-Wasteserv Ltd., il-MEPA nidiet studju fuq ir-reklamazzjoni ta' l-art sabiex jiġu identifikati options u xi stħarriġ aktar hu meħtieġ.