Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm psikologi u psikjatri impjegati fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin? Fin-nuqqas li xi wieħed minn dawn mhux impjegat, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qattx inħasset il-ħtieġa li jkun hemm servizz ta' psikologu u/jew psikjatra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin f'dawn l-aħħar snin dejjem kien hemm is-servizzi ta' Psikologa u Psikjatra.
Belt Valletta — Monjument tal-Gran Mastru La Valette
Question
Jikkonsidra l-Ministru li ssir xi forma ta' tifkira lil Gran Mastru La Valette peress li sal-lum ma jeżisti ebda monument, speċjalment fil-Belt Valletta li jfakkru?
In vista ta' l-iskema mnedija fl-2002 għal fidi ta' ċens mill-joint office, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw s'issa biex jifdu ċ-ċens tagħhom? Kemm ġew depożitati flus għal dan il-fidi s'issa? Kemm huwa kkalkolat li hemm min huwa eliġibbli għal din l-iskema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt irċieva 3,357 applikazzjonijet għal fidi taċ-ċens taħt l-iskema mnedija fis-sena 2002. Taħt din l-iskema ma jitħallas ebda depożitu. Ma jistax jingħad kemm minn dawn l-applikanti, kif ukoll minn dawk li fil-futur jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-fidi, huma eleġibbli, peress li għad hemm (i) numru ta' applikazzjonijiet li għad iridu jiġu verifikati u (ii) numru ieħor ta' proprjetajiet li dettalji tagħhom, għad ma ġewx fornuti mill-Entitajiet Ekklesjastiċi.
Qorti tal-Familja — Talbiet għal separazzjoni personali
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-qorti tal-familja din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab informat li n-numru ta' talbiet għal separazzjoni personali li ġew irtirati fil-qorti tal-familja (Malta) din is-sena (sas-16 ta' Diċembru 2004) kien ta' 7, filwaqt li fil-qorti tal-maġistrati (Għawdex) kien ta' 1.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm care orders għal tfal minuri sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Huwa possibbli li jintqal kemm minnhom huma għal tfal Maltin u għal tfal barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament in-numru ta' tfal minuri protetti b'Care Order hu 191, li minnhom 55 huma mmigranti rregolari minuri mhux akkumpanjati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm inqabdu DVD's, videos, diski u cassettes foloz mill-pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar ta' l-2000 u t-30 ta' Novembru ta' l-2004, il-Pulizija qabdet 225, 352, bejn DVD's, videos, CD's u cassettes mhux oriġinali.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport pubbliku tikkonsidrax li l-projbizzjoni li ma jsirx sewqan fil-bus lane fi Triq Aldo Moro fil-Marsa tistax titneħħa mqar bejn is-7.00 a.m. u t-8.30 a.m. sabiex it-traffiku jimxi aħjar u ma jkunx hemm il-konġestjoni li qed ikun hemm fil-preżent?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-iskop li jkun hemm bus lane hija illi tinċita lill-pubbliku juża aktar it-trasport pubbliku.
Għaldaqstant, jekk din ma tintużax fil-peak hours, jintilef l-iskop li għaliha ġiet implimentata l-bus lane.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għalliema fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin dan l-aħħar? X'inhuma s-suġġetti mgħallma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm ħdax-il għalliem u ko-ordinatur fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni. Is-suġġetti mgħallma huma s-segwenti:-
Arti u ċeramika/fuħħar, Chess, Computer, Dibattiti kulturali, Sengħa ta' l-elettriku, Ingliż, Taljan, Lifeskills, Malti, Matematika, Filosofija u Spanjol.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm kien hemm każi li fihom inħarġu kontijiet għal ħlas ta' spejjeż għal salvage mill-forzi armati ta' Malta lil min kien salvat minn fuq il-baħar matul dawn l-aħħar sentejn sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Għal kemm jammontaw dawn il-kontijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’dawn l-aħħar sentejn, il-Forzi Armati ta’ Malta ma ħarġu l-ebda kont għal ħlas ta’ spejjeż konnessi ma’ salvataġġ ta’ persuni fuq il-baħar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-MCAST għandhiex pjanijiet li tapplika għal/tinizjala proġetti tal-European Social Fund u l-European Regional Development Fund fl-2004? Jista' jitfa' ftit dawl fuq dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġetti li jaqgħu taħt l-European Regional Development Fund u l-European Social Fund u li ġew approvati mill-Kabinet huma :-
Euopean Regional Development Fund
ERDF9 : MCAST Child Care Centre Provision
ERDF13 : Construction of Additional Floors, Refurbishing and Equipment of Existing Buildings.
ERDF25 : MCAST Library and Resource Centre.
ERDF26 : Provision of Didactic Equipment for Motor Vehicle Training Programmes.
European Social Fund
ESF/No.11 - Preservation of Traditional Maltese Crafts.
ESF/No.12 - Retraining & Re-Skilling of Workers for Engineering Industry
ESF/No.13 - Retraining & Re-Workers for Electronics Industry
ESF/No.14 - Technology Skills for Women Returning to the Workforce
ESF/No.15 - Retraining & Reskilling for the Building and Construction Industry
ESF/No.16 - Foundation Training Programme for Adults with no Formal Qualifications
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jgħid liema huma dawk il-każi li fihom il-forzi armati ta' Malta jibagħtu kontijiet għall-ispejjeż inkorsi f'operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ lil dawk salvati mill-baħar? Hemm kriterji fissi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’każijiet ta’ tfittix u salvataġġ fuq il-baħar, m’hiex il-policy tal-Forzi Armati ta’ Malta li jibagħtu kontijiet lill-individwi salvati għal spejjeż inkorsi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xogħol strutturali li għadu għaddej fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jekk iva, fiex jikkonsisti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-uniku xogħol strutturali li qiegħed isir bħalissa fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin huwa ta' żewġt kmamar. Dawn qegħdin jinbnew mill-priġunieri u l-impjegati tal-ħabs.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices tal-MEPA pendenti? Liema huwa dak li ilu l-iktar snin li ħareġ u meta ħareġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' każi ta' enforcement pendenti għand l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huwa ta' 6,154. ECF 12/93 huwa l-ewwel Avviż ta' Twettieq li għadu pendenti minn meta twaqqfet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Dan l-Avviż ta' Twettieq inħareġ fit-2 ta' Jannar 1993.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' day care centres f'Malta u f'Għawdex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Malta għandna erbatax -il day centre għall-Anzjani. Minħabba li Għawdex jaqa' taħt dekasteru ieħor nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill- Ministru konċernat.