Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-paviment ta' Għar id-Dud (fejn iċ-Chalet) jinbidel u jsir wieħed iktar modern?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet m'għandha l-ebda pjan biex isir ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Bħalma ntqal f'risposta preċedenti, il-proposti ta' żvilupp għal dan is-sit qed tieħu ħsiebhom il-MEPA.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti talli nqabdu jpejpu f'postijiet ta' divertiment, ikel, eċċ minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida fil-5 ta' Ottubru, 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, il-Pulizija sabet 45 persuna bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu studenti għall-kors ta' gwida fl-ITS f'din is-sena akkademika? Hemm xi ħsieb li dan il-kors jibda jsir ukoll part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 20 student/a daħlu fil-kors ta' Tourism Studies (Tourist Guide) għal din is-sena akkademika. Qed isiru taħdidiet mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-possibilita' li l-kors isir fuq bażi part-time.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' droga distrutta mill-pulziija ( u esebita l-qorti) wara l-awtorizzazzjoni tal-qorti, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-misotqsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba minnu.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7169 rigward ġenituri li tressqu l-qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fl-2002, 2003 2004 s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu lil ġenituri talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola hu :
Settembru 2001 - Ġunju 2002 : 3690
Settembru 2002 - Ġunju 2003 : 4301
Settembru 2003 - Ġunju 2004 : 4009
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-25 ta' Marzu f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-program. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jagħmlu stima u survey tax-xogħolijiet meħtieġa.
Tarxien — Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant - Asfaltar
Question
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ġdida fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-Direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsiru skond il-prijorita li tirriżulta minn dan il-programm.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq Marjanu Gerada li tiżbokka fi Triq Dun Karm Sant, f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-Direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsiru skond il-prijorita li tirriżulta minn dan il-programm.
Jogħġbu l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Dun Gużepp Calleja f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li d-direttorat qed iħejji programm ta' xogħolijiet li jinkludi bini ta' toroq f'diversi lokalitajiet. Ix-xogħol tat-triq imsemmija se jsir skond il-prijorita' li tirriżulta minn dan il-programm.
Jista' il-Ministru jikkonferma, sakemm dan ma jkunx ta' xi preġudizzju għall-ħidma diplomatika Maltija, li f'Mejju tas-sena 2005 huwa probabbli ferm li ssir żjara statali f'Malta mill-President Taljan Carlo Azeglio Ciampi?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Huwa ppjanat li l-President Taljan iżur Malta fl-ewwel nofs ta' din is-sena.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7037 u cioe' fid-dawl tal-fatt li s-sena 2004 hija l-European year of education through sport u peress li l-Kummissjoni Ewropea s-sena li għaddiet ħabbret miżuri ta' ko-finanzjament ta' proġetti/miżuri (budget ta' euro6.5 miljun ) imnebbħa fi ħdan il-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u mbagħad implimentati fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali jew komunitarju u għal liema budget kellhom jidħlu applikazzjonijiet sa l-1 ta' Marzu 2004 biex il-proġetti jibdew wara l-1 ta' Lulju 2004, jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti Maltin eliġibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Unjoni Ewropeja ħarġet tlett sejħiet għal applikazzjonijiet għal għotjiet għar-rigward il-European Year Of Education Through Sport. Sa dak iż-żmien, Malta setgħat tapplika biss għal fondi allokati għal pajjiżi li mhumiex membri, u ġiet mgħotija 32,000 Euro. Il-Malta Volleyball Association u l-Malta Judo Federation ħadmu fuq żewġ proġetti komunitarji iffinanzjati minn dan il-fond. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni organizzat wkoll seminar fuq perjodu ta' ġimgħa bħala parti mill-attivitajiet konnessi ma' l-EYES.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jissolleċita li l-pulizija jwettqu raids fl-area ta' Ġnien Wied Blandun (wara l-Villa tat-Tabib Moran) f'Raħal Ġdid minħabba l-abbuż ta' droga li qed iseħħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tat-Taqsimiet tal-Mobile u ta' Kontra d-Droga, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex Triq Leonardo Abela f'Hal Tarxien tiġi asfaltata mill-aktar fis peress li qatt ma ġiet asfaltata u hija ta' periklu serju għal saħħet ir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li t-triq hija ta' detriment għal saħħet ir-residenti. Huwa għalhekk illi dan l-aħħar ittieħdu l-passi neċessarji sabiex dawn ix-xogħolijiet ikunu jistgħu isiru.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata parti minn Triq Anġlu Mangion f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li qed isiru mid-Direttorat u xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Daniel Cecy f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija ġiet inkluża fil-programm ta’ kostruzzjoni ta’ toroq li qed isiru mid-Direttorat u xogħol isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu id-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Madonna tad-Duttrina f'Ħal Tarxien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program għal asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant isir aktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-program. Sadanittant il-periti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport qed jagħmlu stima u survey tax-xogħolijiet meħtieġa.
Jista' il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barranin din is-sena għal xiri ta' proprjeta f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet għall-permessi li ngħata lill-persuni barranin biex jixtru proprjetà immobbli f’Malta din is-sena (mil-1 ta’ Jannar 2004 sat-30 ta’ Novembru, 2004) kien jammonta għal 715. In-numru ta’ ċittadini mill-Unjoni Ewropea li applikaw għall-istess perjodu kien ta’ 905 u l-ammont ta’ ċittadini li ma kienux mill-Unjoni Ewropea kien ta’ 122. In-numru taċ-ċittadini hu akbar min-numru tal-permessi minħabba li għall-istess permess ikun hemm aktar minn persuna waħda b’ċittadinanza differenti. Ma kien hemm l-ebda applikazzjoni li ġiet rifjutata peress li l-applikazzjonijiet kollha kienu skond kif titlob il-liġi.
Ċittadini tal-UE — Xiri ta' proprjeta' immobbli f'Malta
Question
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jkun diġa' xtara l-ewwel proprjeta' immobbli tiegħu f'Malta jistax jew le jixtri t-tieni proprjeta' immobbli sabiex jikriha lil ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropea li jkun residenti f’Malta għal ħames (5) snin kontinwi u mhux interotti (kif titlob il-liġi) jista’ jixtri t-tieni proprjetà u din tista’ tiġi mikrija.