Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — Donazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jghid liema kienet l-ogħla donazzjoni fi flus kontanti li saret minn Kunsilli Lokali matul is-snin 2003-2005, sena b'sena, u minn liema kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar mingħand il-Kunsilli, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #13783 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

UE — European Agencies

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema huma dawk il-European Agencies ta' l-Unjoni Ewropea li t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Jien informat li l-aġenziji li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu wara li ġiet addotata l-legiżlazzjoni Ewropea li twaqqafhom huma: - European Chemicals Agency - Community Fisheries Control Agency - Human Rights Agency

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijia parlamentari 12721 u jgħid meta se jkun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, mill-ewwel ġimgħat tat-twaqqif tiegħu ħa l-inizjattiva li jindika lill-Awtorita' dwar it-Trasport, il-ħtieġa li s-sitwazzjoni ħażina tat-toroq tiġi indirizzata u jinħarġu t-tenders neċessarji. Fil-fatt il-Ministeru kien ħareġ tenders għal Triq Salvatore Imbroll, Triq tax-Xewk, Triq Carmelo Robinich, kollha f'din iż-żona. L-ebda tender ma kienet sottomessa għal Triq ix-Xewk. Il-Ministeru qiegħed jagħmel ħiltu sabiex jitkompla ix-xogħol fuq Triq Maria Addolorata u tinħareġ it-tender fuq Triq ix-Xewk.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12721 u jgħid meta se jkun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, f'Raħal Ġdid wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13246.

OPM — EU funds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-fondi li ġejjin mill-Unjoni Ewropea (UE) huma amministrati mid-Diviżjoni ta’ l-Ippjanar u l-Koordinament tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Din id-Diviżjoni hija l-istruttura nazzjonali ċentrali responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ dawn il-fondi. Fil-preżent, l-ammont ta’ fondi mill-UE li qegħdin jiġu amministrati/koordinati (fuq livell nazzjonali) mill-PPCD huma: Fund Pre-Accession/Accession Ammont (€) National Programme 2003 Pre-Accession 12,680,000.00 Transition Facility 2004 Accession 11,800,000.00 ERDF Accession 46,697,639.00 Structural Funds ESF Accession 9,457,500.00 2004-2006 EAGGF (Guidance) Accession 4,200,000.00 FIFG Accession 2,837,500.00 Cohesion Fund Accession 21,937,000.00 Interreg III Community Initiative Accession 2,374,171.00 EQUAL Community Initiative Accession 1,241,163.00 Minbarra dawn il-fondi, bis-saħħa tas-sħubija fl-UE, Malta hija ntitolata wkoll għall-€3,620,000.00 f’assistenza finanzjarja mill-Fond EEA-Norway. Is-sejħa għall-proġetti mistennija toħroġ għall-ħabta ta’ Lulju 2005. Wara l-għargħar tal-15 ta’ Settembru 2003, Malta applikat għall-għajnuna taħt is-Solidarity Fund. Fl-2004, Malta rċeviet €961,000 minn dan il-fond. Fil-preżent, taħt id-dekasteru tiegħi qed jiġu mplimentati b’ko-finanzjament mill-UE il-proġetti murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Teknoloġija ta' l-Informatika — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Żvilupp Urban u Toroq — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbeneifikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq qiegħed jamministra total ta’ LM 7,992,883 (€18,588,100) f’fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi jinqasmu hekk: LM 490,200 (€1,140,000) fi pre-accession funds, LM 4,051,933 (€9,423,100) f’accession funds u LM 3,450,750 (€8,025,000) fi structural funds. L-awtorita’ li qed tibbenefika minn dawn il-fondi hi l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Dawn il-fondi qed jintużaw għall-proġetti msemmija hawn taħt: Programm ta’ Pre-Accession: L-Ewwel Fazi 2002 – Malta. Studju fuq il-viabilita’ u l-impatt ambjentali tal-progetti ta’ transport infrastrutturali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 430,000 (€1,000,000). It-Tieni Fazi 2003 – Ghawdex. Studju fuq il-viabilita’ u l-impatt ambjentali tal-progetti ta’ transport infrastrutturali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 60,200 (€140,000). Fondi ta’ Koezjoni: 1. Ir-Rikostruzzjoni u l-Upgrading tal-By-Pass ta’ San Pawl il-Bahar – S.P.B. 2. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading tal-Vjal l-Avjazzjoni Ċivili – Luqa. 3. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading ta’ Triq l-Mġarr u Triq ix-Xatt, Għajnsielem. Mill-fondi ta’ l-EU LM 4,051,933 (€9,423,100). Fondi Strutturali (ERDF): 1. L-Upgrading tal-Pontijiet fi Triq Reġjonali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 1,935,000 (€4,500,000). 2. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading ta’ Triq Ħal Far, it-Tielet Fażi. Mill-fondi ta’ l-EU LM 1,515,750 (€3,525,000).
Leg 10 PQ #12789 Sitting 278 2005-06-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbeneifikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qed jamministra total ta' 8.9 miljun Euro f'fondi pre-accession u accession mill-Unjoni Ewropea għall-proġetti tiegħu u ta' l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Qed inqiegħed fuq il Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-proġetti, il-valur ta' kull proġett u l-entita' benefiċjarja. Din l-informazzjoni hija aġġornata għall-1 ta' Ġunju 2005 u allura ma tinkludix proġetti li kienu konklużi u li l-fondi għalihom, fil-biċċa l-kbira pre-accession funds, ngħataw u ntużaw qabel din id-data. L-informazzjoni tinkludi wkoll fondi li huma kommessi mingħajr m'għadhom ġew mgħoddija lill-Gvern Malti. Minbarra l-proġetti msemmija fit-tabella, hemm ukoll numru ta' proġetti oħra amministrati minn entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru u li ma jidħlux fid-definizzjoni ta' pre accession jew accession funds. Dawn il-proġetti huma iffinanzjati direttament mill-Kummissjoni, u jinkludu proġetti taħt il-programm Leonardo da Vinci, is-Sixth Framework Programme u Erasmus.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — EU Funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12721 u jgħid meta ser ikun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — EU Funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 10 PQ #12781 Sitting 277 2005-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — EU funds

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tagħha, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tagħha qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Apparti l-lista annessa, Għawdex qed jibbenefika minn 3.7 miljun euro mill-fond ta' pre-adiżjoni għal-proġett infrastrutturali għat-trattament tad-drenaġġ. Dan huwa l-uniku proġett infrastrutturali li qed jibbenefika minn dan il-fond ta' pre-adiżjoni li kien allokat għal gżejjer Maltin. Għawdex se jibbenefika wkoll minn 3.3 miljun euro ta' fondi ta' koeżjoni għat-triq li tieħu mill-Imġarr għar-Rabat kif ukoll minn 199,000 euro mill-ewwel priorita' tas-Single Programming Document għall-ewwel proġett ta' tisbiħ ta' Wied il-Mielaħ.

Teknoloġija ta' l-Informatika — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kompetittivita' u Komunikazzjoni — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Riżorsi u Infrastruttura — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-Ministeru qed jamministra 450,000 Euros taħt l-Interreg III C - Programme Pagus li qed imur għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, u Lm10,290 mill-Fifth Framework Programme taħt il-proġett tal-Laseract li jikkonsisti fi studji fuq restawr ta' ġebel tal-knejjes ta' Sarria, tal-Vitorja u l-Ospizio.

Familja u Solidarjeta Soċjali — EU funds

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tagħha, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tagħha qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Kors Bachelor of Planning (Hons)

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kors tal-Bachelor of planning (Honours) organizzat mill-fakulta' ta' l-arkitettura, li kien reklamat mill-ktieb tal-guidance "Look before you leap" fil-junior college huwiex ser ikun miftuħ f'Ottubru li ġej fl-Universita' jew le, peress li hemm min qed jgħid li dan mhux se jkun miftuħ minkejja li diġa' reklamat fil-junior college?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors mhux ser isir.

OPM — EU funds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ġustizzja u Intern — EU Funds

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (BORG, TONIO)

Meta wieħed jeskludi t-Transition Facility Programmes, li qed jiġu amministrati mill-Planning and Priorities Co-ordination Directorate fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern għandu taħt ir-responsabbilita' tiegħu fond wieħed, il-European Refugee Fund. Is-somma ta' Euro 100,000, għas-sena 2004 kienet allokata lil Malta għal proġetti taħt dan il-fond. B'dawn il-fondi ser jibbenifikaw żewġ organizzazzjonijiet non-governattivi, f'proġetti f'Dar is-Sliem u f'Dar Bon Pastur, fit-twettiq tal-ħidma tagħhom sabiex jindirizzaw il-bżonnijiet tar-refuġjati residenti fihom.