Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Sejba ta' videos u cassettes foloz

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jghid kemm inqabdu DVD's, videos u cassettes foloz mill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2001 u l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena, il-Pulizija qabdet 168,413 bejn DVD's, audio CD's, video films, game CD's, audio cassettes u VCD's mhux oriġinali.

Lands — proprjeta' privata

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa possibbli għal xi ħadd li jkun jista' jsib min hu s-sid ta' proprjeta' privata li tagħha huwa jkollu biss l-indirizz eżatt permezz tad-Dipartiment ta' l-Artijiet?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern iżomm biss informazzjoni dwar proprjeta' tal-Gvern u dwar dik il-proprjeta' privata li tkun qed tiġi esproprjata għal skop pubbliku, iżda ma jżommx informazzjoni dwar min huma s-sidien tal-proprjetajiet privati f'Malta jew f'Għawdex. Għal din ir-raġuni s-servizz li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jistax jiġi offrut mid-Dipartiment. Informazzjoni dwar min huma s-sidien tal-proprjetajiet privati f'Malta u Għawdex, f'żoni fejn ir-reġistrazzjoni hija obbligatorja, tinżamm fir-Reġistru ta' l-Artijiet.

Pitkalija — Frott u ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-valur u l-ammont tal-frott u ħaxix li għadda mill-Pitkalija matul l-aħħar tliet snin, sena b'sena, inkluż din is-sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Tipjip kontra l-liġi

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti talli nqabdu jpejpu kontra l-liġi minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi f'Ottubru 2004?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, sa l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena, il-Pulizija sabet 176 persuna bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti.

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika l-ammont ta' droga li nqabdet mill-Pulizija din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta’ droga li nqabdet mill-Pulizija matul l-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena huwa kif muri hawn taħt: TipAmmont Cocaine6kg 301g Heroin15kg 457.2g Cannabis grass1kg 870.6g Cannabis resin5kg 179.91g Cannabis plants3 plants Ecstacy14,655 tablets LSD3 micro-dot Methadone250ml DHC26 tablets Valium2 tablets Halcion4 tablets

Distrett Nru. 4 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ismijiet tat-toroq fir-Raba' Distrett li huwa ppjanat li jigu asfaltati din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

ETC — Job placements

Question

Jista' il-Ministru jghid kemm saru job placements mill-ETC matul l-2004 u matul din is-sena sad-data li tigi mwieġba din l-interpellanza?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 2004 il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet xogħol għal 3,579 persuna, filwaqt li minn Jannar sa Lulju ta’ din is-sena sabet xogħol għal 1,632 persuna.
Leg 10 PQ #13794 Sitting 297 2005-09-28 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tifkira lil Arvid Pardo

Question

Peress li f'Jannar 2005 il-Ministru kien wiegeb fir-risposta għall-interpellanza tiegħi numru 8441 li s-suġġeriment tiegħi li ssir xi forma ta' tifkira lil Arvid Pardo kien qed jigi kkunsidrat, jista' jgħid jekk hemmx żviluppi ġodda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proposta għadha qed tiġi studjata.

Uffiċċju Konġunt — Applikazzjonijiet għal fidi ta' ċens

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jindika kemm daħlu applikazzjonijiet, sena b'sena, għal fidi ta' ċens taħt l-iskema mnedija fl-2002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikazzjonijiet li daħlu fl-Uffiċċju Konġunt għal fidi ta’ ċens jew xiri ta’ proprjeta’ taħt l-iskema mħabbra fid-diskors tal-Budget f’Novembru 2001, huwa kif qed jingħad hawn taħt:- Perijodu Numru ta’ applikazzjonijiet Minn Novembru 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002 - 2,100 Mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003 - 670 Mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2004 - 732 Mill-1 ta’ Jannar 2004 sal-31 t’Awissu 2005 - 530 _________ TOTAL 4,032_________

Private insurance scheme

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li huwa maħsub li għandhom private insurance scheme f'pajjizna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ life policies matul is-sena li għaddiet kien ta’ 131,054 filwaqt li n-numru ta’ health insurances policies għall-istess sena kien ta’ 105,669.

Ksur tal-liġi tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jindika l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti fis-snin 2003, 2004 u 2005 (s'issa) fuq allegat ksur tal-liġi tal-VAT? Kemm weħlu komplessivament (sena b'sena) f'termini ta' multa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni li tressqu l-Qorti fuq allegat ta’ ksur tal-liġi tal-VAT u kemm weħlu komplessivament f’termini ta’ multi huwa kif jidher hawn taħt: Tressqu l-Qorti Multi Imposti 2003 1858 Lm206,764 2004 1906 Lm293,366 2005 (sa Awissu) 1009 Lm279,394

Skejjel — Każi ta' assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' ġenituri li tressqu l-Qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fl-2003, 2004 u 2005?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' taħrikiet magħmulin lill-ġenituri matul is-snin mitluba hu : Sena Total 2003 4445 2004 3778 2005* 2772 * Dan it-total huwa sa Awissu 2005.

ITS — Kors ta' gwida

Question

Jista' il-Ministru jghid kemm daħlu studenti għall-kors ta' gwida fl-ITS f'din is-sena akkademika u kemm temmewha b'suċċess? Hemm xi ħsieb li jibda jsir part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 20 student/a bdew il-kors ta' Gwida fl-ITS f'Ottubru 2004. Dan il-kors jintemm f'Ġunju 2006. Inbeda kors ta' Gwida - Part-time f'Mejju 2005.
Leg 10 PQ #13778 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ryanair Airlines

Question

Jistax il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess, sakemm ma jkunx diġa' gie rez pubbliku sakemm tigi mwiegba din l-interpellanza, jew fiex waslu d-diskussjonijiet, sabiex Ryanair jibdew joperaw minn u lejn Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-taħdidiet ma’ Ryanair u low-cost airlines oħra għadhom għaddejjin. F’dan l-istadju ma nħossx li għandi nagħti aktar dettalji fuq dawn id-diskussjonijiet.
Leg 10 PQ #13779 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Għoti ta' oġġetti ta' valur lil mużewijiet

Question

Jistax il-Ministru jgħid meta ser tidħol fis-seħħ il-miżura mħabbra fid-diskors tal-Budget tas-sena l-oħra biex min jagħti oġġetti ta' valur lil mużewijiet tagħna jingħata benefiċċji fiskali jew simili?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li wara li saru laqgħat u konsultazzjoni mad-Dipartimenti u Entitajiet konċernati, fosthom il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, Heritage Malta u Fondazzjoni Patrimonju Malti, d-Dipartiment tat-Taxxi Interni qed jagħmel l-aħħar preparamenti sabiex jinħareġ l-Avviż Legali meħtieġ. Ninsab infurmat ukoll li l-proviżżjonijiet ta’ dan l-Avviż Legali se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2005.

Liċenzji tan-negozju

Question

Jogħġbu l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għal negozji ġodda f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-servizz ta' Kummerċ fi ħdan id-Diviżjoni għall-Kummerċ beda jirregola' l-ħruġ tal-Liċenzji tal-Kummerċ minn Mejju 2002. Għaldaqstant, in-numru tal-applikazzjonijiet għal negozji ġodda bejn Mejju 2002 u 6 ta' Settembu 2005, sena b'sena, huma dawn: Mejju - Diċembru 2002 908 Jannar - Diċembru 2003 809 Jannar - Diċembru 2004 870 Jannar - 6 ta' Diċembru 2005 501

Kunsilli lokali — Donazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inghataw donazzjonijiet fi flus mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Ghawdex matul is-snin 2003-2005? Kemm huwa l-limitu ta' donazzjonijiet kontanti li jistgħu jingħataw mill-kunsilli lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar mingħand il-Kunsilli, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.