Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — Ġarr ta' passiġġieri

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġarret passiġieri l-Gozo Channel din is-sena (sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza) u s-sena l-oħra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi din l-informazzjoni hija aċċessibli għall-pubbliku fuq il-web sitetal-kumpanija.

Awtorita' Marittima ta' Malta — Reġistrazzjoni ta' dgħajjes

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dgħajjes li ġew reġistrati mal-Malta Maritime Authority għall-ewwel darba fis-snin 2003, 2004 u 2005 ?(s'issa)?

Response (GALEA, ĊENSU)

jien infurmat li n-numru ta' dgħajjes li ġew reġistrati ma' l-Awtoorita' Marittima għall-ewwel darba fis-snin 2003, 2004 u 2005 (s'issa) huwa hekk: 2003 368 2004 518 2005 359 (sa 01/09/05)

Qbid ta' ħut

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħut maqbud mis-sajjieda Maltin u Għawdxin fis-snin 2003, 2004 u 2005 (s'issa)? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa l-valur, fi flus, tal-ħut maqbud f'dan il-perjodu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Electric cars

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' electric cars li hawn fit-toroq Maltin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ electric cars li huma rreġistrati ma’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport jammonta għall-erbgħatax (14).

MEPA — Ħruġ ta' enforcement notices

Question

Jista’ il-Ministru jindika l-ammont ta' enforcement notices maħruġa mill-MEPA din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm minnhom kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li skond l-informazzjoni miġbura mis-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) din is- sena inħarġu 867 enforcement notices sa l-aħħar ta’ Settembru, li minnhom 630 kienu f' Malta u 237 f' Għawdex. Fis-sena 2004 inħarġu 1,022 enforcement notices, li minnhom 715 kienu f' Malta u 307 f' Ghawdex.

Helpline no. 153

Question

Jista’ il-Prim Ministru jindika l-ammont medju ta' telefonati li jidħlu kuljum fuq il-helpline tal-Gvern bin-numru 153?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #13802 Sitting 299 2005-10-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tneħħija ta' alga mill-bajjiet

Question

Jistax il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' alga li tneħħiet mill-bajjiet Maltin matul is-snin 2003, 2004, 2005 (sena b'sena)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fis-sena 2004 ġew mneħħijin mill-bajjiet Maltin madwar 4,500 truck mimlijien bl-alka u affarjiet oħra. Sa l-aħħar ta' Lulju ta' din is-sena ġew mneħħija bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' materjal daqs kemm tneħħa matul is-sena 2004 kollha jiġifieri 4,500 truck ieħor. Għas-sena 2003 dawn l-istatistiċi ma kienux jinżammu.

Rimi ta' skart

Question

Jistax il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' skart mormi llegalment li tneħħa fis-snin 2003, 2004 u 2005 (s'issa)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ammont ta' skart li kien ġie mormi illegalment kien:- Sena Ammont 2003 3,524 tunnellata 2004 20,000 tunnellata 2005 11,230 tunnellata (minn Jannar sa Awissu)

Studenti li ggradwaw mill-Universita'

Question

Jistax il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Universita ta' Malta f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' gradwati f'dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: Sena Numru ta' Gradwati 2000 1718 2001 2005 2002 2048 2003 2145 2004 2741

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Facilitators

Question

Jistax il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' facilitators impejgati mid-dipartiment ta' l-edukazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar tas-sena skolastika 2004/2005 it-total ta' impjegati biex jagħtu servizz ta' support lil tfal b'diżabilita' kien ta' 861. Facilitators bid-Diploma: 279 Kindergarten Assistants (Special Education): 62 Kindergarten Assistants: 43 Part-time: 1 Part-time Special Education: 2 Supply Kindergarten Assistants (Special Needs): 474

Fakulta' tal-Liġi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li ggradwaw mill-Fakulta' tal-Ligi f'dawn l-ahhar ħames snin, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' gradwati fil-kors tal-Liġi f'dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: Kors Sena Numru LL.D 2000 2 2001 112 2002 63 2003 101 2004 79

Persuni b'diżabilita' — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilita li qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-aħħar figuri ppublikati ta' Lulju 2005, in-numru ta' persuni reġistrati b'diżabilita' u qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ huwa ta' 356.
Leg 10 PQ #13796 Sitting 298 2005-10-03 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tifkira lil Gran Mastru La Valette

Question

Peress li f'Jannar 2005 il-Ministru kien wieġeb fir-risposta għall-interpellanza tiegħi numru 8439 li s-suġġeriment tiegħi li ssir xi forma ta' tifkira lil Gran Mastru La Valette kien qed jigi kkunsidrat, jista' jghid jekk hemmx żviluppi ġodda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Numru 8439.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu children's allowance sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' persuni li rċevew l-Allowancegħat-Tfal fl-aħħar ta' Settembru 2005 kien 29,878.