Jista’ il-Viċi PM jgħid kemm ġew preżentati:
(1) rikorsi/ittri fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ċivili) għal separazzjoni din
is-sena u s-sena l-oħra?
(2) rikorsi rigward kwestjonijiet tal-familja jew kura u kustodja, pero` mhux
separazzjonijiet, matul din is-sena u s-sena l-oħra;
(3) rikorsi oħra quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) din is-sena ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ittri għal separazzjoni personali li ġew ippreżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) matul l-2004 kienu ta' 673 waqt li sal-15 ta' Settembru 2005, kienu ġew ippreżentati 444.
Noti għal separazzjoni bonarja ġew ippreżentati 439 matul is-sena 2004 u 296 sal-15 ta' Settembru 2005.
Ma tinżammx statistika dwar it-tieni tal-parti tal-Mistoqsija Parlamentari.
Rikorsi oħra li ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) din is-sena huma kif indikat hawn isfel:
Rikorsi Ġenerali 118 (sal-15 ta' Settembru 2005)
Rikorsi f'Medjazzjoni 351 (sal-15 ta' Settembru 2005)
Rikorsi f'ċitazzjonijiet quddiem 839 (sal-31 t'Awissu 2005)
l-Imħallef Ray Pace
Ma tinżammx statistika ta' rikorsi f'ċitazzjonijiet li qegħdin quddiem l-Imħallef Joseph Azzopardi.
Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat kif ġej:-
Sena 2004
Mill-1 ta' Jannar sas-
7 ta' Settembru 2005
Rikorsi u ittri għal separazzjoni personali
61
47
Rikorsi rigward kura u kustodja
22
11
Rikorsi oħra
13
8
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Pulizija għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Jannar 2004 u l-31 ta' Awissu 2005, ingħataw mill-Pulizija 111,263 (85,457 fl-2004; 25,806 fl-2005) ċitazzjoni dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku.
Jista’ il-Ministru jara li ssir letter box fl-area ta' wara s-supermarket imsejjaħ Carters f'Raħal Ġdid peress li l-eqreb letter box għal din l-area
l-ġdida hija ferm 'il bogħod fil-Pjazza ta' Raħal Ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm żewġ kaxxi ta' l-ittri li huma eqreb mill-area ta' wara supermarket indikat mill-Onor. Interpellant. Waħda qiegħdha fi Triq Ġdida, kantuniera ma' Triq Palma (il-parti t'isfel) u l-oħra fi Triq Ħal Luqa kantuniera mal-parti ta' fuq ta' Triq Palma.
Fiċ-ċirkonstanzi ma tinħassx il-ħtieġa li titwaħħal kaxxa ta' l-ittri oħra. Din id-deċiżjoni hi bażata wkoll fuq linji ta' gwida maħruġa mill-Unjoni Postali Universali.
Tistax il-Ministru tgħid kemm hemm care orders għal tfal minuri sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fl-10 ta' Ottubru 2005 kien hemm 202 minuri taħt Care Order. Minn dawn 57 huma ta' Nazzjonalita' barranija u 54 minnhom huma immigranti rregolari minuri li waslu Malta mhux akkumpanjati.
B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk:-
id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.?
Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ li turi l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tiegħi.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi bejn is-sena 2000 u 2004, it-total tal-flus mogħtija lill-NGO’s kien ta’ Lm590,917.78. Kienu biss il-Borża ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku, l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u l-Awtorità dwar Lotteriji u l-Logħob li taw għajnuna lill-għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi kif jidher fit-Tabella ‘B’.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Pulizija qed tagħmilx użu minn sistemi ta' reġistrazzjoni ta' interrogatorji li jsiru (bħal video recording
jew
audio recording
), skond kif diġa’ jippostula l-Kodiċi Kriminali bl-emendi ta' l-2002? Jekk le, meta huwa maħsub li jibdew jintużaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel użu minn apparat ta' audio recording waqt l-investigazzjonijiet ta' reati kriminali ta' ċertu gravita`, bħal ma' huma każi ta' omiċidju.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jara li l-għassa ta' Santa Luċija tkun miftuħa regolarment?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed ikun hemm dettaljat kuntistabbli regolarment. Madankollu, jista' jkun hemm drabi fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkunu għassa joħorġu fuq xogħol, bil-konsegwenza li l-għassa jkollha tingħalaq f'dawk il-ħinijiet.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali li hemm jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm mitejn u disa u tletin uffiċjal li jinkludu:-
Gwardjani 214
Spettur tal-pulizija 1
Surġenti 3
Kuntistabbli 21
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali tal-Pulizija li ġew mogħtija midalja għal qadi tas-servizz fl-okkażjoni tal-Police Day 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 340 membru tal-Korp tal-Pulizija li ngħataw il-Long and Efficient Service Medals and Clasps b'seħħ mis-7 ta' Lulju 2005. Tagħrif dettaljat kien pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern numru 17,788 tat-12 ta' Lulju 2005.