Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet ta' l-istat — Servizz ta' l-ikel

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb jew pjan sabiex is-servizz ta' l-ikel provdut fl-isptarijiet ta' l-Istat jiġi privatizzat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tat-tendering għall- provediment tal-ikel għall-Isptar Mater Dei beda. It-tender se jinkorpora fih il-provediment tal-ikel għall-Isptar Mater Dei, kif ukoll għall-Isptarijiet San Luqa u Sir Paul Boffa. Sptar Żammit Clapp ilu jutiliżża caterers sa mill-ftuħ tiegħu fl-1991. S'issa m'hemmx il-ħsieb li s-servizz ta' l-ikel fl-Isptar Monte Carmeli jiġi ipprivatiżżat.

MEPA — Enforcement notices

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices mill-MEPA din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari numru 13811

Universita' — Proġetti tal-European Social Fund u European Regional Dev. Fund

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Universita ta' Malta għandhiex pjani li tapplika għal/tinizjala proġetti tal-European Social Fund u l-European Regional Development Fund, jew xi fondi oħra, fl-2005 u 2006? Jekk iva, liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita' ta' Malta diġa' qed tipparteċipa fi proġetti tal-European Social Funds u Regional Development Funds. L-azzjonijiet li l-Universita' qed tipparteċipa fihom huma dawn: Interreg III Stands A,B and C Italia - Malta Programme MEDOCC Programme ARCHIMED Programme Il-parteċipazzjoni ta' l-Universita' hija kemm fil-livell ta' proġetti li ġew ippreżentati u aċċettati għall-fondi mill-Unjoni Ewropeja, kif ukoll fil-livell ta' proposti li qegħdin jiġu evalwati jew qegħdin jiġu ppreparati biex jiġu ppreżentati. Fost il-proġetti li l-Universita' qed tipparteċipa fihom hemm dawn: S3C - Cultura, Competitividad, Creatividad; A.T.M.O.S.net - Aerobiological Territorial Mediterranean-Oriental Systemic network; Re.Wa.Man. - INTEGRATED AND SUSTAINABLE WATER RESOURCES MANAGEMENT IN MEDITERRANEAN COUNTRIES WITH A PILOT PLANT APPLICATION; ISOLA BELLA ; LA STORIA VIVENTE ; GORI - emergenza acqua PROSMORIF - Programma smaltimento ordinato dei rifiuti normali e straordinari; VAPOSVEA - Valutazione Possibilita' di Sviluppo delle Energie Alternative; PROTUTIN - Promozione Turismo "tematico" integrato Sicilia - Malta; TOLLERANZA E CONVIVENZA: RADICAZIONE E DIFFERENZA NELLA CIVILTA' MEDITERRANEA (RA.DI.CI.) CREAZIONE DELL'UNIVERSITA' DELLE COESISTENZE; ANTICHE MEMORIE DI ANTICHE CULTURE DA ARCHIVIARE (A.M.A.C.A.) KOINE' ARCHEOLOGICA DI SAPIENTE ANTICHITA' (K.A.S.A.) - MEMORIA ARCHEOLOGICA TRA MALTA E SICILIA; ARCHEOMED - Patrimoine Culturel Maritime de la Mediterranee. Il-Parteċipazzjoni fil-proġetti tal-European Social and Regional Development Funds hija marbuta wkoll mal-cofunding mogħti mill-PPCD ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

CCF — Tagħlim ta' suġġetti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma s-suġġetti mgħallma fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin qed jingħata tagħlim fuq suġġetti varji bħal Malti, Ingliż, Taljan, Spanjol, Matematika, Computer, Filosofija u Lifeskills kif ukoll Logħob tac-Chess. Jingħata ukoll taħriġ fis-sengħa ta' electrician u xogħol tal-fuħħar.

CCF — Gwardjani

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm gwardjani fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm mitejn u erbatax-il gwardjan li jinkludu:- Direttur 01 Assistant Managers 03 Supervisors 05 Senior Correctional Officers 22 Correctional Officers 183

SVPR — Investiment tal-Gvern

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fir-Residenza San Vincenz de Paule f'dawn l-aħħar ħames snin? Fiex kien jikkonsisti dan l-investiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar San Luqa — Trapjanti ta' organi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta' trapjant ta' organi saret fl-isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-operazzjonijiet ta' trapjanti ta' organi li saru fl-Isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra huma kif ġej: 2004 2005 (sa l-aħħar ta' Awissu) Kliewi 6 (from cadaver patients) 3 (from life related) 5 (from cadaver patients) 2 (from live related) Corneas 9 9 Qalb - 1

Sptar San Luqa — ITU

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, tqum sodda fl-ITU kuljum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li r-rata ta' ħlas ta' sodda fl-ITU hi ta' Lm400 (erba' mitt lira) kuljum. Din ir-rata ma tinkludix spejjeż ta' operazzjonijiet jew investigazzjonijiet straordinarji li jista' jkollu bżonn pazjent rikoverat fl-Isptar San Luqa.

MCAST — proġetti tal-European Social Fund/European Regional Dev. Fund

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-MCAST għandhiex pjanijiet li tapplika għal/tinizjala proġetti tal-European Social Fund u l-European Regional Development Fund fl-2005 u 2006? Jekk iva, liema huma?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-MCAST diġa jipparteċipaw fi programmi taħt il-Fondi Strutturali Ewropej. Il-Kulleġġ beda jipparteċipa f’dawn il-programmi minn Frar 2005 u ppjanat li jibqgħu sejrin sa’ Diċembru 2006. Il-programmi huma dawn: ESF 11: Kors ta’ taħriġ fis-snajja tradizzjonali Maltin ESF 12: Kors ta’ taħriġ u titjib fil-ħiliet marbuta ma’ l-industrija ta’ l-Inġinerija Mekkanika (CNCs) ESF 13: Kors ta’ taħriġ u titjib fil-ħiliet marbuta ma’ l-industrija ta’ l-Elettronika ESF 14: Kors fil-ħiliet li jeħtieġu n-nisa li jkunu jixtiequ jerġgħu lura għad- dinja tax-xogħol ESF 15: Kors ta’ taħriġ u titjib fil-ħiliet marbuta ma’ l-bini u l-kostruzzjoni ESF 16: Kors għall-adulti li m’għandhomx kwalifiki formali MCAST għandu erba’ proġetti relatati mal-European Regional Development Fund (ERDF) fl-2005 u 2006 li huma: ERDF 9: Twaqqif ta’ Ċentru għat-tfal żgħar f’Kordin. ERDF 13: Kostruzzjoni ta’ Fabrication u Electrical Workshops fiċ-Ċentru ta’ l-MCAST f’Għawdex - Xewkija, u t-tagħmir tagħhom. L-iżvilupp ta’ l-Istitut tas-Servizzi fil-Komunita u t-tagħmir ta’ l-istess bini f’Kordin ERDF 25: Provvista u stallazzjoni ta’ għamara, tagħmir u Library Management Software fil-Librerija u fiċ-Ċentru tar-Riżorsi f’Kordin ERDF 26: Provvista ta’ Didactic Equipment għall-Motor Vehicle Training Programmes fl-Istitut ta’ l-Inġinerija Mekkanika, Kordin

Qorti tal-Familja — Talbiet għal separazzjoni personali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-Qorti tal-Familja din is-sena u s-sena l-oħra, sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mis-16 ta' Diċembru 2003 (id-data tal-ftuħ tal-Qorti tal-Familja) sal-31 ta' Diċembru 2004, kien hemm ħamsa u erbgħin (54) każ fi stadju ta' medjazzjoni li ġew irtirati jew li rrikonċiljaw. Informazzjoni simili ta' statisika għas-sena 2005 qegħda tiġi miġbura u tingħata aktar il-quddiem.

Ittri uffiċjali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġi mħallas kreditu naxxenti minn kambjali u dikjarat bħala titolu eżekuttiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2004, fil-Qorti tal-Maġistrati ġew ippreżentati 352-il ittra uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġu mħallsa krediti naxxenti minn kambjali, filwaqt li kien hemm 30 ittra ppreżentati fir-Reġistru tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Awissu 2005 kienu ġew ippreżentati 376 fil-Qorti tal-Maġistrati u 60 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili. Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat illi minn meta daħlet l-emenda sal-lum, kien hemm erba' ittri uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġi mħallas kreditu naxxenti minn kambjali u dikjarat bħala titolu eżekuttiv [artikoli 66A u 253(b) u (c) tal-Kap. 12].

Ċentru ta' Medjazzjoni — Kawżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ħidma sabiex jiġu attirati każi lejn iċ-Ċentru ta' Medjazzjoni? Sakemm mhux kmieni wisq, jista’ jintqal kemm daħlu kawżi s'issa f'dan ic-ċentru?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru ilu maħtur mis-7 ta' Lulju u bħalissa l-Bord qed jikkonċentra fuq Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi, tariffi tad-drittijiet u biex issir lista ta' Medjaturi għad-diversi kategoriji. Dan qed isir sabiex ikun f'pożizzjoni li jilqa' każijiet għandu.

Sptar San Luqa — dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk, minn meta ġiet introdotta s-sistema l-ġdida tal-parkeġġ fl-isptar San Luqa, kienx hemm tnaqqis jew le fin-numru ta' nies li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-istess sptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu prematur li wieħed jara kienx hemm tnaqqis jew żieda fin-numru tan-nies li jżuru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza minn meta ġiet introdotta s-sistema ġdida tal-parkeġġ ġewwa l-Isptar San Luqa. Is-sistema ġdida ta' parkeġġ hija indipendenti mill-użu tad-Dipartiment tal-Emerġenza. Tajjeb li wieħed jinnota iżda, li fejn sa' ftit taż-żmien ilu l-pubbliku ma' kellux il-faċilita li jipparkja ġewwa San Luqa, anke f'każijiet t'emerġenza, illum, bis-sistema ġdida ta' parkeġġ dan huwa permess. Jekk jogħġbu l-Onor. Interpellant jerġa jissottometti l-istess mistoqsija fi żmien ftit xhur oħra jekk jkun għadu jixtieq ikun jaf l-informazzjoni mitluba.

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-emerġenza

Question

Jista’ il-Ministru jagħti n-numru ta' nies li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' nies li żaru d-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-Isptar San Luqa din is-sena u s-sena l-oħra hu kif ġej: 2004 2005 (Bejn Jannar u l-5 ta' Settembru) 110,329 77,349