Legislature:
Category:
Reset
Active:

Distrett Nru. 4 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ismijiet tat-toroq fir-Raba' Distrett li huwa ppjanat li jigu asfaltati din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorita' dwar it-Trasport għadha qegħda tiffinalizza l-lista ta' toroq fir-Raba' Distrett li huma ppjanati li ser jinbnew jew ikunu asfaltati.

White Paper "Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef"

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu/rċieva kummenti wara l-ħruġ tal-White Paper Lejn Ġustizzja Aħjar u Eħfef?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru rċieva tletin kumment bil-miktub mingħand diversi organizzazzjonijiet privati u pubbliċi u minn individwi sija fil-professjoni u kemm le.

Multiple entry visas

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' multiple entry visas li nħarġu lil Libjani biex jidħlu Malta fl-2004 u din is-sena sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ġew maħruġa 2,197 multiple entry visa lill-persuni ta' nazzjonalita' Libjana, filwaqt li matul din is-sena, sas-27 ta' Ottubru, inħarġu 1,660.

Reġistru Pubbliku — Ħruġ ta' ċertifikati

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet on line għal ħruġ ta' ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mewt din is-sena, is-sena l-oħra u fl-2003?

Response (BORG, TONIO)

Applikazzjonijiet on line għal ċertifikati tat-twelid, żwieġ u mwiet saru possibli mit-23 ta’ Jannar 2003. Ninsab infurmat li l-ammont ta’ applikazzjonijiet on line minn din id-data sat-30 ta’ Settembru 2005 kienu kif jidher hawn taħt: SenaTwelidŻwieġMewt Mit-23/01/03 – 31/12/033,062974497 20043,3741,196539 Mill-01/01/2005 – 30/09/20052,795989402

Kunsilli lokali — Quality service charter

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li nedew quality service charter? Kemm hemm pendenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm Kunsill Lokali wieħed, dak ta' Santa Venera, li nieda Quality Service Charter. Qed isiru laqgħat bejn il-Quality Charter Support Unit ta' l-Uffiċċju ta' l-Prim Ministru u erba' Kunsilli Lokali oħra li wkoll urew l-intenzjoni tagħhom li jniedu il-Quality Service Charter tagħhom.

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol taħt Part I

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' dawk bla xogħol u li qed jirreġistraw taħt il-Part 1 ma' l-ETC li huma mir-Raba' Distrett, mid-Disa' Disrett u mill-Għaxar Distrett Elettorali sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.

Libreriji lokali

Question

Jista’ il-Viċi PM jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir id-devoluzzjoni tal-libreriji lokali fil-Marsa, Raħal Ġdid, Gudja, Għaxaq, Sta Lucija u Tarxien?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-pożizzjoni tal-Kunsilli Lokali msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu fuq id-devoluzzjoni rispettivi u proposti huma dawn: 1. Marsa: Tlett snin ilu l-Kunsill Lokali tal-Marsa kien għamel talba lill-MEPA għal permess biex civic centre, li kellu jinkludi librerija, jinbena fuq sit ta' art li kienet ġiet devoluta lilhom, liema talba għadha fi stadju ta' appell. 2. Paola: Minħabba li hemm diġa waħda distrettwali fil-lokal, il-Kunsill Lokali ta’ Paola jħoss li ma għandux jitlob id-devoluzzjoni ta’ librerija reġjonali. 3. Santa Lucija: Dan il-Kunsill Lokali għandu l-ħsieb li jitlob devoluzzjoni ta’ librerija, iżda peress li m`hemmx waħda, jixtieq isib post adekwat fejn jista’ jigħata dan is-servizz. 4. Gudja: Id-delega tad-devoluzzjoni tal-librerija tal-Gudja diġa' kienet ngħatat lill-Kunsill Lokali ta' dik il-lokalita'. 5. Għaxaq: L-amministrazzjoni tal-librerija ta' Ħal Għaxaq diġa' kienet devoluta lill-Kunsill Lokali ta' dik il-lokalita'. 6. Tarxien: Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien għandu l-ħsieb li jiftaħ waħda u qiegħed jidentifika post.

Ċentri ta' matul il-jum

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' day care centres f'Malta u Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Malta hawn 14 Day Centres. Rigward in-numru ta' Day Centres f'Għawdex nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

MEPA — Enforcement notices

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' enforcement notices tal-MEPA pendenti? Liema huwa dak li ilu l-iktar li ħareġ u meta ħareġ, kemm f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fil-preżent it-Taqsima Ta’ l-Infurzar fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha 1,600 każ pendenti għal aktar investigazzjonijiet, 1,504 każ pendenti minħabba li hemm proċeduri oħra li għad iridu jiġu deċiżi bħal - applikazzjonijiet sanitorji u appelli pendenti. 2,922 każi oħra huma pendenti biex tittieħed azzjoni diretta. L-aktar każ pendenti li ilu maħruġ f' Ghawdex hu ECF 807/93, maħruġ fl- 20 ta' April 1993, filwaqt li l-aktar każ pendenti li ilu maħruġ f' Malta hu ECF 12/93 maħruġ fit-2 ta' Jannar 1993.

Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini tal-Kulleġġ San Benedittu, f'Ħal Kirkop? Meta se jinfetaħ? Kemm maħsub li se tkun l-ispiża finali u kemm kienet tiġi tqum li kieku x-xogħol mhux qed isir mill-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel fażi tax-xogħolijiet tal-bini ta' l-iskola sekondarja subien fil-Kulleġġ San Benedittu huwa lest. L-iskola fetħet fis-26 ta' Settembru 2005. L-ispiża proġettata hija ta' Lm 2.65 miljun (li jinkludu l-VAT) għall-ewwel fażi u Lm 300,000 għat-tieni fażi. Din l-iskola inbniet skond l-ispeċifikazzjonijiet, fi żmien sentejn u skond l-istima oriġinali ta' Lm 3 miljuni.

Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien jieħu iktar żmien, jekk hu l-każ, il-bini tal-kulleġġ San Benedittu ta' Ħal Kirkop li kieku sar mhux mill-Fondazzjoni għall-iskejjel t'Għada?

Response (GALEA, LOUIS)

Huwa diffiċli wieħed jgħid kemm kien idum il-proġett ta' bini ta' l-iskola ġdida sekondarja subien fil-Kulleġġ San Benedittu kieku ma kienx hemm il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada. Wieħed pero' jista jinnota illi:- (i) kien hemm pjan ta' żvilupp (major refurbishment and upgrading programme) ta' l-iskola kollha ta' Sir Adrian Dingli Girls Junior Lyceum, fejn kien qiegħed jiġi pproġġettat illi dan ix-xogħol li beda fl-1997/8 kellu jitlesta fl-2011 (fil-fatt l-iskola tlestiet fiż-żmien sentejn mill-FTS), u (ii) kien hemm il-bini ta' skola ġdida Santa Lucija li damet 'il fuq minn sebgħa snin biex tlestiet, filwaqt illi din l-iskola sekondarja ġdida San Benedittu ser tkun tlestiet f'inqas minn tlett snin, u bi spiża ferm inqas ukoll.

Pulizija — Kontravvenzjonijiet għal dħaħen eċċessivi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Pulizija għal dħaħen eċċessivi minn vetturi fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 sal-lum, sena b'sena? Kemm kienu f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: SenaĊitazzjonijiet 2001186 2002132 2003184 2004237 2005*95 *sat-30 ta’ Settembru.

MFSA — Ħruġ ta' liċenzji

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm il-liċenzja ħarġet il-Malta Financial Services Authority din is-sena u s-sena l-oħra, maqsuma skond il-kategorija, bħal banek, aġenziji eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

Pulizija — Kontravvenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il il persuna ġew imħarka mill-Pulizija fuq sewqan bil-mod fuq l-outer lane f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-istatistika disponibbli, bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-31 ta' Awissu 2005 kien hemm 870 sewwieq li ġew imħarrka mill-Pulizija dwar sewqan fuq in-naħa ta' barra tal-karreġġata.

Ġbir ta' flus minn VAT

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' VAT migbur fis-sena 2004 u 2005 minn kull distrett elettorali bħala persentaġġ tat-total kollu nazzjonali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ma tistax tingħata għax il-VAT ma tinġabarx bid-distretti elettorali imma skond (in-negozju) l-attivita’ ekonomika.