Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta — Xogħol ħdejn il-bieb tal-Qorti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir ħdejn il-bieb prinċipali tal-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li qiegħed isir ħdejn il-bieb prinċipali fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-Belt huwa xogħol intiż li joħloq Security Zone fid-dħul tal-Qorti. Ser ikun hemm post wieħed minn fejn il-pubbliku u l-Avukati jkunu jistgħu jidħlu u kull oġġett li jkunu qegħdin iġorru irid jingħadda minn X-Ray Machine li nxtara apposta. Il-ħruġ isir minn naħa opposta tad-dħul fejn ser tkun installata 'turnstile', li tinfetaħ b'sensor.

Qrati — Kawżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi li marru deżerti fil-Prim'Awla din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2004 kien hemm 232 kawża li marret deżerta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, filwaqt li minn Jannar sa Settembru ta' l-2005 kien hemm 91 kawża li marret deżerta fl-istess Qorti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher hawn taħt:- Kawżi ġodda introdotti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Kategorizzati bil-Ġurisdizzjoni 2004 2005* Superjuri Ċivili (Sezzjoni Ġenerali) - Ċitazzjonijiet 131 107 Superjuri Ċivili (Sezzjoni Familja) - Ċitazzjonijiet 10 15 Inferjuri Ċivili – Avviżi Inferjuri 40 23 Bord tal-Kera 4 1 Bord li Jirregola l-Kera tar-Raba' 5 2 Qorti ta' l-Appell (Inferjuri Ċivili) 16 20 Ġurisdizzjoni Volontarja 141 97 Sezzjoni Familja (Stadju ta' medjazzjoni) 94 77 Superjuri Ċivili (Sezzjoni Ġenerali) - Mandati ta' Inibizzjoni 83 80 Tribunal Għal Talbiet Żgħar 109 89 Ġudikatura Kriminali - kawżi sommarji 825 470 Ġudikatura Kriminali - kumpilazzjonijiet 57 33 Qorti ta' l-Appell Kriminali (Inferjuri) 29 28 *sal-31 ta’ Ottubru.

Qrati — Kawżi deċiżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fuq is-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili sa mill-2000 u hija aġġornata sa Settembru 2005 ġudikant b'ġudikant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Tribunal tat-Talbiet Żgħar — Kawżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fuq is-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi taħt it-Tribunal għat-Talbiet Żgħar sa mill-2000 u hija aġġornata sa Settembru 2005 ġudikant b'ġudikant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Qrati — Kawżi deċiżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. F'dan is-sit hemm kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) sa mill-2000 u hija aġġornata sa Awissu 2005 ġudikant b'ġudikant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Kawżi deċiżi

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew deċiżi kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) din is-sena u s-sena l-oħra, ġudikant b'ġudikant?

Response (BORG, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant, illi din l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fis-sit www.justice.gov.mt taħt Court Statistics li tinsab taħt is-sub titolu Court Services. Ovvjament għandu jaċċessa għall-istatistika taċ-Ċivil. L-istatistika tinkludi n-numru ta' kawżi maqtugħa ġudikant b'ġudikant. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Qrati — Kawżi ċeduti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ċeduti kawżi fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' kawżi li ġew ċeduti fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ta' Malta matul is-sena 2004 kien ta' 404 filwaqt li fl-2005, sat-30 ta' Settembru, ġew ċeduti 217. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Quality Service Charters

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm- il Quality Service Charter ġew imnedija s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li s’issa ġew imnedija uffiċjalment 56-il Quality Service Charter. Il-lista kompluta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minn dawn iċ- Charters , tlieta (3) ġew miżmuma.

Pulizija — Persuni li ġew imħarrka

Question

Jista’ il-Viċi PM jgħid kemm tressqu nies il-Qorti talli ma xegħlux l-indicator waqt is-sewqan matul din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 ingħataw 1,024 ċitazzjoni mit-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija dwar nuqqas ta' użu ta' l-indicators, filwaqt li matul din is-sena ngħataw 476.

Marsa — Xogħlijiet

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fil-Marsa li kellu jieqaf minħabba s-sejba ta' fdalijiet importanti ta' port Ruman?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat illi wara li saru l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet ħejja pjanti ġodda għall-proġett sabiex dan jista’ jsir mingħajr ma jkollu impatt negattiv fuq il-wirt arkeoloġiku misjub fil-post. Ix-xogħol fuq il-proġett reġa' nbeda skond il-pjanti ġodda taħt is-superviżjoni ta' esperti fil-qasam ta' l-arkeoloġija. Ix-xoghol kumplessivament huwa ta’ 280 metru tul ta’ twessigħ, inkluż fergħa ġdida bi 12-il metru wisa’ bi sfog addizzjonali f’Xatt il-Mollijiet. Minn dan ix-xogħol diġa nbeda x-xogħol fuq tul ta’ 110 metri . Saret ukoll trinka ta’ madwar 60 metru fejn għadu qed isir recording arkeoloġiku bl-iskop li jintlaħaq ftehim fuq ix-xogħol tal-kumplament tal-kanal, jiġifieri l-170 metri l-oħra.

Marsa — Fdalijiet ta' Port Ruman

Question

Jista’ il-Minsitru jgħid fiex jikkonsisti l-arranġament milħuq sabiex il-fdalijiet importanti ta' port Ruman misjuba fil-Marsa jiġu priservati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-Supretendenza tal-Wirt Kulturali u d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għamlu arranġamenti sabiex il-Koperattiva Arkeoloġika tingħata xogħol biex jitpinġew sezzjonijiet li jirrapreżentaw l-iskavi u fejn jinstabu l-fdalijiet arkeoloġiċi. Saru wkoll arranġamenti sabiex il-fond ta' dan il-kanal il-ġdid ma jinżilx l-isfel iktar mill-wiċċ ta' dak fejn instabu l-fdalijiet arkeoloġiċi u l-istruttura ta' l-istess kanal tkun tista' tiżżarma biex ma tipprekludix li jitkomplu studji fil-futur fuq dan is-sit arkeoloġiku.

Tribunal tat-Talbiet Żgħar — Kawżi ġodda

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fit-Tribunal tat-Talbiet Żgħar din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar kawżi ġodda li daħlu fit-Tribunal għal Talbiet Żgħar sal-31 ta' Awissu 2005 hu kif ġej:- 2004 2005 Malta 2,399* 1,699* Għawdex 109* 87* * Sors: www.justice.gov.mt

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fil-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra ġew introdotti 1,122* kawża ġdida fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili Malta filwaqt illi mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Awissu 2005, daħlu 879* kawża ġdida fl-istess Qorti. * Sors: www.justice.gov.mt

Qrati — Kawżi ġodda

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħlu kawżi ġodda fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-sena 2004 fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) daħlu 710* kawża ġdida filwaqt li fis-sena 2005, sal-31 ta' Awissu, daħlu 476* kawża ġdida fl-istess Qorti. * Sors: www.justice.gov.mt

Qrati — Esperti

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu l-esperti nominati mill-Magistrati fis-snin 2001, 2002, 203, 2004 u 2005 (s'issa)?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħlas li sar lill-esperti nominati mill-Maġistrati hu kif ġej:- Sena Malta Għawdex 2001 Lm256,645 Lm13,300 2002 Lm297,768 Lm10,051 2003 Lm326,794 Lm18,383 2004 Lm274,488 Lm11,155 2005 Lm266,403* Lm 7,291** * sal-31 ta' Awissu. ** sad-19 ta' Settembru.

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2002, 2003, 204 u 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rappurtati lill-Pulizija bejn is-snin 2002 u l-2005 kienu kif ġej: 2002 14,062 2003 13,982 2004 5,866 2005* 3,101 *sa 30.09.05 Infurmat ukoll minn Marzu 2004 l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm korrimenti jew ħsarat fi proprjeta’ tal-Gvern bdew ikunu rrapurtati u nvestigati mill-Gwardjani Lokali.
Leg 10 PQ #13878 Sitting 311 2005-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Cruise liners

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' cruise liners li daħlu Malta fis-snin 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005 kien kif ġej: Sena 2001 2002 2003 2004 2005 (Jannar - Awissu) Numru ta’ cruise liners 358 408 416 327 185

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Għajnuna mill-Gvern Taljan

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna mill-Gvern Taljan lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn l-aħħar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-għajnuna mill-Gvern Taljan permess tal-Protokoll Taljan lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn l-aħħar snin kienet tikkonsisti f'makkinarji għat-tifi tan-nar u salvataġġ, żewġ laneċ u vapur ta' l-irmonk kif ukoll tagħmir għaċ-Ċentru tal-Operazzjoni f'Ta' Kandja. Barra minn hekk ingħata taħriġ lil diversi membri tad-dipartiment fuq l-użu ta' dan l-apparat.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — Donazzjonijiet minn Stati barranin

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-Istati barranin li taw donazzjonijiet ta' apparat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'dawn l-aħħar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-istati barranin li taw donazzjonijiet ta' apparat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu l-Italja u l-Istati Uniti tal-Amerika. Barra minn hekk kien hemm Istituzzjonijiet li taw apparat u taħriġ. Dawn kienu l-International Atomic Energy Agency (IAEA) kif ukoll l-Organisation for the Prohibition of Chemical Weapons (OPCW).