Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġew reġisrati pleasure boats fis-sena 2004 u jagħti l-informazzjoni maqsuma skond it-tip ta' boat u t-tul tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 2004 ġew reġistrati 329 pleasure boat taħt l-Att dwar il-Bastiment Merkantili. Dawn kienu maqsumin hekk skond it-tul tagħhom:
Tul Numru
6m-10m 114
10m-16m 112
16m-20m 46
20m 'l fuq 57
Wieħed minn dawn il-pleasure yachts kien ta' tip sailing li t-tul tiegħu kien ta' 10.1m filwaqt li oħrajn kienu kollha motor.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet biex jinfetħu ħwienet fis-sena 2004 u din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fis-sena 2004 kien hemm 456 applikazzjoni biex jinfetħu l-ħwienet, waqt li minn Jannar sad-9 ta' Novembru 2005, kien hemm 404 il-applikazzjoni.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' minorenni li tressqu quddiem il-qorti tal-minorenni f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu bniet u kemm kienu subien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-Prime Note jirriżulta li n-numru ta’ minorenni li tressqu quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin sena b’sena, bniet u subien, hu kif jidher hawn taħt:
Malta Għawdex
SenaBnietSubienBnietSubien
2001155209
200230701
200313743
2004833010
2005162200
Qrati — Sewwieqa mingħajr polza ta' l-assikurazzjoni
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' sewwieqa li tressqu l-qorti fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, talli saqu mingħajr ma kienu koperti b'polza ta' assikurazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ sewwieqa li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli saqu mingħajr ma kienu koperti b’polza ta’ assikurazzjoni huwa kif jidher hawn taħt:
SenaPersuni mressqa l-Qorti
2001181
2002130
2003108
2004216
2005*143
*sal-31 ta’ Ottubru.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' għaqdiet u/jew individwi li kitbulu jesprimu l-approvazzjoni tagħhom għall-proposta li r-reat ta' l-abort jiġi entrenched fil-Kostituzzjoni?
Tista’ il-Ministru tgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum, it-talbiet li saru għall-fondi mill-Unjoni Ewropea minn entitajiet, dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ġustizzja u l-Intern hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru tgħid b'riferenza għas-sena 2004 u għall-perjodu Jannar-Awissu 2005 xahar b'xahar, kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-akkomodazzjoni alternattiva maqsuma skond kull lokalita’? Kemm ġew allokati djar mid-dipartiment? Kemm postijiet ġew lura f'idejn id-diaprtiment matul kull xahar? X'kien in-numru ta' postijiet li kellu f'idejh id-dipartiment fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar? X'kien in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti fl-aħħar ġurnata ta' kull xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ il-Ministru b'riferenza għas-sena 2004 u għall-perjodu Jannar-Awissu 2005 tgħid għal kull xahar, kemm saru rikonoxximenti ta' kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li n-numri ta’ rikonoxximenti murija għall-perijodu Jannar – Lulju 2004 bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7056, f’Seduta 174, riedu jaqraw kif murija fit-Tweġiba odjerna.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi fil-ħlas lid-depożitanti tal-BICAL?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Kontrollur ma jħossx li fl-istadju li waslu l-affarijiet tal-B.I.C.A.L. ikun għaqli li jkun hemm distribuzzjonijiet iżjed parzjali. Sa issa il-Kontrollur ħallas lura tmenin fil-mija mill-kapital oriġinali tad-depositi. Għalhekk ikun aħjar li issa jkun hemm likwidazzjoni u distribuzzjoni finali.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ il-Ministru tgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tagħha li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex issottomettew ħames applikazzjonijiet għall-proġetti mill-Fond Ewropew għal Iżvilupp Reġjonali li huma r-Restawr ta' Triq ix-Xlendi, Xogħlijiet fit-Triq tal-Ħniena, Triq Sant Antnin u Triq Borg Għarib, Xogħlijiet ta' titjib fi skejjel t'Għawdex, Ċentru ta' taħriġ ta' l-Atletika għal Għawdex, Xogħlijiet ta' titjib fil-Ġonna ta' Villa Rundle u Triq ġdida fl-Imġarr. Minn dawn, l-ewwel applikazzjoni ġiet approvata u t-tieni applikazzjoni ġiet approvata bħala proġett ta' riserva.
Il-Ministeru applika wkoll għall-proġett mill-Fond ta' Koeżjoni - Assistenza Teknika, u issottometta wkoll żewġ applikazzjonijiet oħra għal proġett mill-Fondi EEA/Norway.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li f’rigward l-Uffiċċju tiegħi, din is-sena l-Forzi Armati ta’ Malta applikaw għall-fondi mill-programm tat-Transition Facility għall-2005. Din l-applikazzjoni kienet tikkonsisti f’talba biex jiġi ko-finanzjat ix-xiri ta’ sistema msejħa Forward Looking Infra-Red (FLIR). Din l-applikazzjoni ma ġietx approvata mill-Kummissjoni Ewropeja peress li ma kenitx taqa’ fil-parametri ta’ dan il-fond partikolari.
Fil-każ tal-Ministeru tal-Finanzi, l-informazzjoni mitluba sa Settembru 2005 tinsab fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2005 ma saret l-ebda applikazzjoni għal fondi mill-Unjoni Ewropeja.
Jista’ il-Ministru jgħid liema kienu dawk l-entijew dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li applikaw għal xi forma ta' fondi mill-Unjoni Ewropea din is-sena, għal liema fondi applikaw u x'kien l-eżitu?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin irċieva s-somma ta' Euro 1,909 kif ġej:
€ 774 bħala għajnuna għal
Service Contract
€ 1,135 għax-xiri ta' apparat u taħriġ ta' persuni
Dawn il-fondi ser jintużaw fi proġett imsejjaħ Integration of National Systems fl-ambitu tax-Schengen Acquis. Dawn il-fondi ingħataw taħt ix-Schengen Transition Facility.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm ġie iġġenerat skart mill-industrija tal-bini din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Mir-rekords li jinżammu wieħed jista' jkun jaf kemm intużaw il-faċilitajiet ta' disponiment ta' skart li huma mmaniġġjati mill-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd. Dawn il-faċilitajiet jirċievu fihom ukoll skart li ma jkunx irreġistrat fuq il-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd għax ikunu saru arranġamenti diretti ma' l-operatur tal-Barriera. L-ammont ta' skart li ġie rreġistrat fuq il-kumpanija WasteServ Malta Co Ltd matul is-sena 2004 kien ta' 2,177,861.23 tunellata.
L-ammont ta skart li huwa mistenni li jiġi rreġistrat matul din is-sena huwa ta’ madwar miljun tunnellata.