Jista’ il-Ministru jgħid jew jispjega l-istadju tal-proġett għall-iżvilupp tal-ground ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi ġiet sottomessa applikazzjoni lill-MEPA fuq il-proġett kollu biex il-Ministeru jkun jista' jikseb full develpment permit fuq il-proġett.
Meta jinħareġ il-permess ikunu jistgħu joħorġu l-offerti biex jiġi eżegwit il-proġett.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji għall-Collective Investment Schemes mill-Malta Financial Services Authority din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li din id-domanda diġa’ ġiet indirizzata fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13856.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' Collective Investment Schemes regisrati Malta sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru totali ta’ Collective Investment Schemes reġistrati Malta sa llum huwa ta’ mija u għaxra (110).
Tagħrif Addizzjonali
Fondi Stabbiliti taħt il-liġi Maltija – 75
Fondi Barranin imma liċenzjati wkoll Malta bħala rekwiżit għal ‘listing’ fuq il-Borża – 35
Jista’ il-Ministru jikkonsidra, sakemm dan mhux diġa’ hekk deċiż, li ċ-ċentru tas-saħħa ta' Raħal Ġdid jiġi trasferit għal bini li ser isir fil-proġett ta' Pace Grasso f'Raħal Ġdid biex ikun wieħed ikbar u iktar spazjuż? Jikkonsidra l-Ministeru li minflok allura ċ-ċentru tas-saħħa tal-lum isir day centre għall-anzjani f'Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant diġa' ġiet ikkunsidrata u deċiża, għax iċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid ser jiġi nkorporat fil-proġett ta' Pace Grasso.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġdida ġiet reġistrata Malta din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji ġodda li ġew reġistrati Malta s-sena l-oħra huwa ta’ elfejn erba’ mija u disgħa u sebgħin (2,479), filwaqt li n-numru ta’ kumpaniiji reġistrati din is-sena huwa ta’ elf ħames mija u ħamsa u ħamsin (1,555).
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulzija ta' Għawdex intalbitx tieħu passi għal ksur tal-paċi pubbliku minħabba l-ħsejjes esaġerati li qed jikkaġuna apparat li jbezza' l-għasafar minn fuq id-dielji f'Għawdex? Jekk iva, x'kien l-eżitu ta' dawn il-passi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija wara li kellha xi lmenti dwar ħsejjes minn apparat impoġġi f'għelieqi tad-dwieli sabiex igerrex l-għasafar, qed tieħu l-passi sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-inkonvenjent.
Jista’ il-Minsitru jgħid kemm kienu dawk li applikaw taħt l-iskema TEES ta' l-ETC u kemm temmew b'suċċess il-kors/skema din is-sena u s-sena l-oħra? L-Unjoni Ewropea qiegħda tiffinanzja dan il-kors, u jekk iva b'liema ammonti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s'issa saru żewg intakes taħt l-iskema tat-TEES din is-sena, fejn fl-ewwel intake bdew 130 persuna (f’ Marzu 2005) filwaqt fit-tieni intake (f’ Gunju 2005) bdew 160 persuna.
S’issa wieħed ma jistax ikun jaf kemm temmew b’suċċess għax l-iskema għandha
perjodu ta’ sena . Għalhekk dawk li bdew f’Marzu jispiċċaw fl- aħħar ta’
Frar 2006, filwaqt dawk li bdew f’ Ġunju jispiċċaw fl- aħħar ta’ Mejju 2006.
L- aħħar intake (ta’ madwar 170 persuna oħra) li ser jibda f’Jannar 2006
jispiċċaw l- iskema f’ Diċembru 2006. Wara Diċembru 2006 wieħed ikun jista
jgħid kemm minn dawn il- parteċipanti baqgħu fl- impjieg.
Tajjeb pero li wieħed isemmi li mill-290 persuna li bdew s’issa 142 diġa
qed jaħdmu/jitħarrġu ma imgħallem. L- oħrajn qed jattendu taħrig sakemm
jidħlu fl- impjieg.
L-iskema hija iffanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u ser tkun swiet maż-
żewg miljun lira Maltin . 75% ta’ dan l- ammont ħareg mill- Fondi
Strutturali u 25 % ħareg mill- Gvern Malti.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il Att ta' Akkuża ġie ppreżentat mill-Avukat Ġenerali din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm minnhom ġew appuntati għas-smigħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-2004 kien hemm 16-il Att ta' Akkuża preżentati li minnhom ġew appuntati għas-smiegħ 3.
Fl-2005 kien hemm 11-il Att ta' Akkuża preżentati sa l-1 ta' Awissu 2005 li minnhom ma ġie appuntat ebda att ta' akkuża.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk dikjarati refuġjati, dawk b'humanitarian status u b'asylum status minn Malta fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li applikaw għal status ta’ refuġjati (asylum seekers) u li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati jew li ngħataw protezzjoni umanitarja, sena b’sena, kien kif ġej:-
SenaApplikantiRefuġjatiKażi Umanitarji
200247422111
200356853328
200499749560
2005*82725389
*sat-30 ta’ Settembru.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li żaru l-Palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Birgu fis-sena 2004 kien ta' 49,874. Bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena n-numru ta' viżitaturi kien ta' 33,851.
Jista' il-Ministru jgħid jekk meta tabib tal-familja jikseb permess għall-parking mingħand l-ADT, anke f'postijiet fejn il-parking huwa ristrett, ifissirx li jista' jipparkja fejn hu pprojbit għal tul ta' żmien, per eżempju, waqt il-ħin meta l-klinika tiegħu tkun miftuħa jew fejn il-parking ikun għal ħin fiss? Jista' jispjega eżatt għalxiex hu ntitolat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li tali permessi għat-tobba ma jinħarġux mill-Awtorita’ dwar it-Trasport.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' avukati li wrew interess li jissieħbu ma' l-uffiċċju ta' l-avukat ġenerali wara li din is-sena ħarġet call for expressions of interest għal dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' avukati li esprimew l-interess tagħhom b'referenza għal "call for expressions of interest" li kienet ħarġet f'Mejju ta' l-2004 jammonta għal 101.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' dawk li wrew interess għas-sejħa ta' żvilupp f'baċir numru 1? Kemm minnhom kienu Maltin u x'inhi n-nazzjonalita’ tal-kumplament?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 15170.
Il-Konsorzju tal-Cottonera Waterfront Group p.l.c. huwa magħmul minn:
Vassallo Builders Group Limited
Ballut Blocks Limited
Blokrete Limited
Hal Mann Holdings Limited
Alberta Projects Limited
B & C Limited
Cassar, Grech, Ebejer & Partners
Edward Bencini & Associates
Raniolo Limited
Applied Economics Consulting Limited
Filwaqt li l-Gruppo Romegas huwa magħmul minn:
Yoo Limited of the U.K. (U.K.)
Rosso Cachia Limited as a local subsidiary of the firm Franco Rosso Italia. (Italy)
S. N. Immobiliare Srl of Italy. (Italy)
Desert Rose Limited (Malta)
Tista’ il-Minsitru ġentilment tgħid x'inhu n-numru ta' applikazzjonijiet li d-direttur tas-sigurta' soċjali għamel għal ħruġ ta' care orders taħt Kap.285 tal-Liġijiet ta' Malta fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minnhom ġew
opposti? X'kien l-eżitu ta' kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' drabi li l-qorti tal-minorenni ntalbet tikkonferma jew tiċħad care order maħruġ taħt Kap. 285 matul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, mill-Prime Note, jirriżulta li n-numru ta' Care Orders li l-Qorti tal-Minorenni ntalbet tikkonferma jew tiċħad f'dawn l-aħħar 10 snin hu kif jidher hawn taħt:
1996 - 3
1997 - 3
1998 - 6
1999 - 2
2000 - 2
2001 - 11
2002 - 6
2003 - 1
2004 - 8
2005 - 8
Jista’ il-Ministru ġentilment jgħid jekk l-ispeed cameras humiex kalibrati (calibrated) f'Malta jew le? Kull meta jiġu hekk kalibrati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li kull speed camera li hija nstallata u topera f’Malta, hija koperta minn ċertifikat validu ta’ kalibrazzjoni maħruġ mill-fabbrika b’perjodu validu ta’ sena. L-imsemmija dokumenti ġew verifikati mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.
Dawn l-apparati jiġu kalibrati kull sena minn laboratorji akkrediti barra minn Malta, peress li għalissa hawn Malta għadu ma ġiex stabbilit laboratorju speċjalizzat f’dan il-qasam partikulari.
Jista' il-Ministru jgħid jekk kumpannija Maltija hijiex interessata li tidħol għat-trasport bejn Malta u Għawdex permess ta' seaplane? Jekk iva, fiex waslu d-diskussjonijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili ma rċieva l-ebda talba mingħand xi kumpanija Maltija dwar Trasport bejn Malta u Għawdex permess ta' Sea Plane.