Legislature:
Category:
Reset
Active:

Taxxi Interni

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm10,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Numru ta’ taxpayers Dhul Taxpayer Spouse Sena 2002 Sena 2003 Sena 2004 Sena 2002 Sena 2003 Sena 2004 Dħul > 10,000 11,186 13,305 7,217 515 700 426 Noti: 1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer 2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004 3. M’hemmx figuri għas-sena 2005

Taxxi Interni

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm20,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Numru ta’ taxpayers Dħul Taxpayer Spouse Sena 2002 Sena 2003 Sena 2004 Sena 2002 Sena 2003 Sena 2004 Dħul> 20,000 1,628 1,967 749 35 60 19 Noti: 1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer 2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004 3. M’hemmx figuri għas-sena 2005

Junior College — Lecturers

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' full-time lecturers fil-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' full-time Assistant Lecturers fil-Junior College huwa 144. In-numru ta' full-time Lecturers huwa ta' 22 u n-numru ta' full-time Senior Lecturers huwa ta' 10.

Website ta' industriji Maltin

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' industriji Maltin li għandhom website tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-NSO kien għamel Sample Survey dwar l-użu ta' informatika minn kumpaniji li jimpjegaw minn 10 impjegati 'l fuq (base year 2003). Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq id-dettalji kollha ta' dan is-Survey, jista jikkonsulta fuq is-sit ta' l-NSO. (www.nso.gov.mt)

ETC

Question

Jista’ il-Ministru jikkonferma li t-tnaqqis fin-numru ta' dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa wieħed mill-ikbar tnaqqis li kellna f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, it-tnaqqis fin-numru ta' dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena huwa wieħed mill-ikbar tnaqqis li kellna f'dawn l-aħħar ħames snin. Dan jista jiġi ikkonfermat minn din it-tabella :- Reġistrar għax-xogħol 2000 2001 2002 2003 2004 2005 30 ta' Ġunju 6529 7121 7238 7942 6930 31 ta' Diċembru 7188 7433 7516 8175 8103 Tnaqqis -659 -312 -278 -233 -1173

NSO — Popolazzjoni Maltija b'livell ta' edukazzjoni post-sekondarja

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija ta' dawk li għandhom minimu ta' livell ta' edukazzjoni post-sekondarja u li għandhom bejn l-20 u l-25 sena llum? Kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.

MEPA — Land reclamation

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-pass li jmiss fl-eżekuzzjoni tal-policy/studju mill-MEPA ta' land reclamation?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħejjiet draft tender dossier, kif ukoll terms of reference għal studji tekniċi u ekonomiċi dwar ir-reklamazzjoni ta' l-art. Dawn id-dokumenti qed jiġu diskussi mad-Dipartiment tal-Kuntratti. Hu maħsub li matul is-sena 2006 dan it-tender dossier jiġi ppubblikat bil-għan li tiġi magħżula kumpanija biex tesegwixxi l-istudji rikjesti. Din il-fażi hi neċessarja biex tittieħed deċiżjoni finali mill-Gvern fuq il-ġejjieni ta' dan il-proġett.

Performing rights society

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' flus li ta' kull sena jintbagħtu (anke approssimattiv) il-performing rights society barra minn Malta għal daqq ta' diski, films barranin eċċ li jsir f'Malta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Att Legali 425 ta' l-2003 jipprovdi għar-regolamenti ta' l-2004 dwar il-Kontroll tat-Twaqqif u l-Operazzjoni tas-Soċjetajiet għall-Amministrazzjoni Kolletiva tad-Drittijiet ta' l-Awtur. Dan l-Att Legali jagħmel parti mill-liġi tal-copyright (Kap 415) fejn artiklu 45 jipprovdi għall-appuntament ta' Bord dwar id-Drittijiet ta' l-Awtur, liema Bord, skond Att Legali 425 għandu l-awtorita' li jilqa' u japprova talba biex topera collecting society. Filwaqt li t-talba saret mill-Performing Rights Society u bħalissa din it-talba qiegħda tiġi kkonsidrata mill-Bord, l-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mhiex għad-dispozizzjoni tal-Bord.

Reġistrazzjoni ta' Trusts

Question

Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm-il trust taħt it-Trusts Act ġie reġistrat Malta din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn il-perjodu ta’ l-1 ta’ Jannar 2004 u t-30 ta’ Novembru 2004 ġew reġistrati ma’ l-Awtorita’ għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) sebgha u għoxrin (27) trusts taħt l-Att dwar it-Trusts (Trusts Act). Fl-2004, l-Att Nru XIII ta’ l-2004 emenda l-Att dwar it-Trusts li issa sar jissejjaħ l-Att dwar it-Trusts u Trustees (Trusts and Trustees Act). Mill-1 ta’ Diċembru 2004, skond l-Att dwar it- Trusts u Trustees , m’għadx hemm iżjed l-obbligu li trusts jiġu reġistrati mal-MFSA.

Malta Enterprise — Fabbriki ġodda

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet għal ftuħ ta' fabbriki ġodda, jew estensjonijiet ta' fabbriki, l-Malta Enterprise? Huwa possibbli li tingħata ċifra approssimattiva ta' impjiegi li allura jiġu ġġenerati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li kien hemm 10 applikazzjonijiet għal-ftuħ ta' fabbriki jew estensjonijiet. Dawn mistennija li jiġġeneraw 109 impjieg.

Impjiegi — Persuni jaħdmu llegalment

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li nqabdu jaħdmu llegalment din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk: Spezzjonijiet Persuni misjuba mhux iddikjarati mal-Korporazzjoni Jannar 340 126 Frar 369 149 Marzu 173 112 April 349 168 Mejju 327 219 Ġunju 480 202 Lulju 512 279 Awissu 493 272 Settembru 394 346 Ottubru 901 384 Total 4,338 2,257 Informat ukoll li f'kull każ, il-Korporazzjoni ħadet azzjoni biex il-persuni misjuba jaħdmu u ma kienux iddikjarati mal-Korporazzjoni, jirregolarizzaw ruħhom. Fil-każ fejn il-persuni ma rregolarizzawx ruħhom, il-Korporazzjoni għaddiet il-każ il-Qorti.

VRT tests

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm weħlu mit-test tal-VRT din is-sena u s-sena l-oħra?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-2004, 12,534 vettura falliet it-test inizjali filwaqt li 38 vettura falliet it-tieni test (retest). Fl-2005 (sa l-aħħar ta’ Settembru), 12,803 vettura falliet it-test inizjali filwaqt li 33 vettura falliet it-tieni test (retest).

ETC — Skema ESTS

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm applikaw għall-iskema ESTS ta' l-ETC din is-sena u s-sena l-oħra? Kemm temmew b'suċċess il-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta’ persuni li applikaw għall-iskema ta' l-ESTS li bdiet f’Ottubru 2004 kien ta’ 65, li minnhom ġew aċċettati 59. Din is-sena in-numru ta’ persuni li applikaw huwa ta’ 223. Għad ma jistax jingħad għalissa kemm minn dawn ser jiġu aċċettati. Ir-raġuni hi li għad irid jiġi verifikat ma' l-istituzzjonijiet ta’ t-taħriġ vokazzjonali (MCAST u ITS) jekk dawk li applikaw ġewx aċċettati biex isegwu l-programm ta’ taħriġ relatat ma’ l-apprendistat. Ta’ min wieħed jgħid li biex wieħed jibda apprendistat, irid; i) ikun aċċettat minn istituzzjoni vokazzjonali li tagħti taħriġ f’wieħed mill-programmi ta’ taħriġ abbinati ma' l-apprendistat; u ii) jrid ikollu wkoll employer li jkun lest jagħtih it-taħriġ prattiku relatat ma’ l-ispeċjalizzazjoni li l-persuna jkun għażel li jsegwi.