Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' stevedores fil-Port il-Kbir fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' Port Workers fil-Port il-Kbir matul l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:
Year Number
2005 371
2004 373
2003 373
2002 373
2001 376
2000 381
1999 388
1998 391
1997 392
1996 398
Ta' min wieħed jinnota li mill-1993 l-stevedores ġew amalgamati mal-Port Workers.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' l-impjiegi fis-settur pubbliku tan-numru globali tal-gainfully occupied mill-1992 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persentaġġ ta’ l-impjiegi fis-Settur Pubbliku tan-numru globali tal-gainfully occupied mill-1992 sa’ April 2005 huwa kif jidher fit-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' foremen ta' stevedores fil-Port il-Kbir fl-aħħar għaxar snin, sena b'sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' Foremen tal-Port Workers fil-Port il-Kbir matul l-aħħar għaxar snin kien kif ġej:
Year Number
2005 33
2004 33
2003 33
2002 33
2001 33
2000 28
1999 29
1998 29
1997 29
1996 29
Ta' min wieħed jinnota li mill-1993 l-stevedores ġew amalgamati mal-Port Workers.
Jista’ il-Prim Minstru jgħid x'inhu n-numru ta' double taxation agreements li Malta ffirmat sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sal-15 ta’ Settembru 2005 Malta iffirmat 47 double taxation agreement li minnhom tnejn, dawk mal-USA u l-Isvizzera, huma limitati għal tassazzjoni ta’ income miksub mit-tħaddim ta’ bastimenti jew inġenji ta’ l-ajru fi traffiku internazzjonali u erbgħa oħra, dawk mal-Greċja, l-Islanda, ir-Russja u il-Marokk, għadhom ma daħlux fis-seħħ.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kienet l-ogħla donazzjoni fi flus li saret minn kunsill lokali fl-aħħar tliet snin, sena b'sena u minn liema kunsilli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' impjegati fis-servizz pubbliku li ġew redeployed din is-sena, is-sena l-oħra u fl-2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku li ġew deployed mis-Servizz Pubbliku għal ma’ Entitajiet Pubbliċi fis-snin 2003, 2004 u matul din is-sena kien rispettivament ta’ 1139, 63 u 24.
Matul l-istess snin, in-numru ta’ Uffiċjali li ġew lura minn Entitajiet Pubbliċi għal mas-Servizz Pubbliku kien ta’ 61, 52 u 71 rispettivament.
Jista’ il-Ministru jelenka dawk il-European Agencies ta' l-Unjoni Ewropea li t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline?
Response (FRENDO, MICHAEL)
Jien informat li l-aġenziji li twaqqfu mill-Unjoni Ewropea kif ukoll dawk illi t-twaqqif tagħhom għadu fil-pipeline huma dawn:
L-Aġenziji Regolatorji li twaqqfu:
- European Centre for the Development of Vocational Training
- European Foundation for the Improvement of Living and Working Conditions
- European Environment Agency
- European Training Foundtion
- European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction
- European Agency for the Evaluation of Medicinal Products
- Office for Harmonisation in the Internal Market
- Office for Harmonisation in the Internal Market
- European Agency for Safety and Health at Work
- Community Plant Variety Office
- Trnslation Centre of the Bodies of the European Union
- European Monitoring Centre on Racism and Xenophobia
- European Agency for Reconstruction
- European Food Safety Authority
- European Maritime Safety Agency
- European Aviation Safety Agency
- European Network and Information Security Agency
- European Centre for Disease Prevention and Control
- European Railway Agency
- European Network and Information Security Agnecy
- European Centre for Disease Prevention Control
- European Railway Agency
- European Agency for the Management of Operational Cooperation at the External Borders of the Member States of the European Union
L-Aġenziji Regolatorji li qegħdin fil-proċess li jitwaqqfu wara li ġiet addotata l-legiżlazzjoni Ewropea li twaqqafhom huma:
- European Chemicals Agency
- Community Fisheries Control Agency
- Human Rights Agency
L-Aġenziji Eżekuttivi li twaqqfu huma:
- Intelligent Energy Executive Agency
- Executive Agency for the programme on public health
Entitajiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea li twaqqfu:
- Euratom Supply Agency
- EU Institute for Security Studies
- EU Satellite Centre
- European Police Office
- European Body for the Enhancement of Judicial Cooperation
- European Police College
- EU Defence Agency
Entitajiet oħra ta' l-Unjoni Ewropea li huma proposti huma dwar:
- L-immigrazzjoni
- Ir-riċerka
- L-edukazzjoni u l-kultura
Seduta Numru 295
26/09/2005
Jista’ il-Ministru jgħid kemm inbiegħu u/jew ġew importati karozzi u muturi s-sena l-oħra u din is-sena u jagħti l-informazzjoni skond kull tip ta' karozza u mutur relattiv?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ karozzi u muturi li inbiegħu u/jew ġew importati mill-1 ta’ Jannar sa 31 ta’ Diċembru 2004 kienu :-
- muturi 383
- karozzi privati 9102
- karozzi kummerċjali 2156
Filwaqt li l-istess informazzjoni għal din is-sena mill-1 ta’ Jannar sa 30 ta’ Settemru 2005 kienu :-
- muturi 353
- karozzi privat 7751
- karozzi kummerjcali 1510
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm30,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 30,000
603
694
172
16
28
5
Noti:
1. l-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm40,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 40,000
304
360
68
8
17
3
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm50,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dhul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul > 50,000
182
215
37
4
12
2
Noti:
1. L-ispouse hija ttrattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni individwali (mhux kumpaniji) li ddikjaraw dħul ta' iktar minn Lm100,000 fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa kif ġej:
Numru ta’ Taxpayers
Dħul
Taxpayer
Spouse
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Sena 2002
Sena 2003
Sena 2004
Dħul >100,000
40
40
9
0
1
0
Noti:
1. L-ispouse hija trattata bħala persuna differenti mit-taxpayer
2. Għad m’hemmx il-figuri kompluti għas-sena 2004
3. M’hemmx figuri għas-sena 2005
Jista’ il-Prim Ministru jindika n-numru ta' talbiet għal Acquisition of Immovable Property Permits li kien hemm minn barrain din is-sena għal xiri ta' proprjeta’ f'Malta? Kemm minnhom kienu minn ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u kemm le? Kemm minnhom ġew rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li sa l-20 ta’ Settembru 2005 in-numru ta’ applikazzjonijiet minn persuni mhux residenti f’Malta għall-akkwist ta’ proprjeta’ immobbli f’Malta kien ta’ mitejn u sitta u tmenin (286) li minnhom mitejn u tmienja u tletin (238) applikazzjoni kienu jirrigwardaw persuni li huma ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Applikazzjoni waħda kienet rifjutata u għaxar applikazzjonijiet kienu rtirati.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' parteċipanti tal-courses ta' taħrig li l-ETC qed torganizza u toffri fil-preżent?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul l-ewwel ħdax-il xahar tas-sena finanzjarja (Ottubru 04 - Awissu 05), in-numru ta' parteċipanti fi programmi/skemi ta' taħrig organizzati mill-Korporazzjoni laħaq is-7502.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-post tax-xogħol rapportati l-Occupational Health and Safety Authority bejn is-snin 2000 u 2005 sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Kem minnhom spiċċaw f'imwiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond paragrafu 51 ta' l-Att Legali 52 ta' l-1986, huwa obbligu ta' min iħaddem li jinnotifika inċidenti li jirriżultaw f'mewt jew f'korriment skond kif stabbilit fl-istess paragrafu. Jeżistu obbligi oħra ta' notifika skond l-Att Legali 37 ta' l-2003 iżda dan jirrigwarda inċidenti partikolari f'numru limitat ta' stallazzjonijiet jew impjanti speċifiċi - kien irraportat inċident wieħed skond dan l-Att Legali.
Sa minn mindu bdiet topera l-Awtorita' għas-Saħħa u għas-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri f'Jannar tas-sena 2002, saru s-segwenti notifiċi skond l-Att Legali 52 ta' l-1986:
2002 - 52 każ (4 inċidenti fatali)
2003 - 70 każ (12 inċident fatali)
2004 - 94 każ (12 inċident fatali)
2005 - 37 każ ( 6 inċidenti fatali)
Stampa aktar eżatta tan-numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol toħroġ minn talbiet li jsiru għall-ħlas ta' xi benefiċċju soċjali. Statistika aġġornata tinkiseb mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Qed isiru diskussjonijiet mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex l-Awtorita' jkollha aċċess għad-dettalji li jirrigwardaw dawn in-notifiċi biex ikunu investigati skond l-Att XXVII ta' l-2000.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemm pjani li jkun hemm Mużew tat-Trasport?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Fl-estimi tal-Ministeru m'hemmx vot għall-iżvilupp ta' Mużew tat-Trasport. Il-Ministeru infurmat li kien hemm interess mill-privat għall-iżvilupp ta' dan il-mużew u lest jagħti l-appoġġ tiegħu sabiex dan l-iżvilupp ikun jista' jseħħ.
Tista’ il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li ma baqgħux jirċievu ċ-children's allowance minħabba li qabżu t-threshold ta' l-Lm10,000 dħul f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.