Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' tfal li jattendu l-kindergarten centres li hawn Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru tat-tfal li jattendu l-kindergarten centres li hawn f'Malta u f'Għawdex huwa hekk:
Skejjel Statali - 4294
Skejjel tal-Knisja - 1364
Skejjel Indipendenti - 1639
Total - 7297
Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jiġu introdotti l-green wardens?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-green wardens ġew introdotti fil-21 ta' Ottubru 2005 meta daħlu fis-seħħ "ir-Regolamenti ta' l-2005 dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Positijiet jew Żoni Pubbliċi".
Jista’ il-Ministru jikkwantifika l-ammont ta' l-energy output li jmur għat-tħaddim tar-reverse osmosis plants? Xi kemm huwa bħala proporzjon jew persentaġġ tat-total energy output f'kull waħda mill-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid, anke jekk b'mod approssimattiv, x'inhu u x'kien il-kontribut tas-servizzi finanzjarji bħala persentaġġ tal-GDP f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' mature students li daħlu l-Universita’ ta' Malta f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' mature students li daħlu l-Universita' ta' Malta f'dawn l-aħħar tlett snin kien kif ġej:
Sena Numru ta' Mature Students
2003/4 358
2004/5 381
2005/6 284
Dokument tar-riċetti tat-tisjir ta' żmien il-Kavallieri f'Malta
Question
Jikkonsidra il-Ministru li jiġi pubblikat dokument tar-riċetti tat-tisjir ta' żmien il-Kavallieri f'Malta, ġaladarba jeżistu dokumenti t'hekk f'pajjiżna, li mbagħad jiġi reklamat bħala promozzjoni tal-wirt kulturali Malti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Fil-waqt li nieħu din l-okkazjoni sabiex, f’isem kull min għandu għal qalbu l-kultura, nirringrazzja lil min jieħu l-inkarigu li jagħmel riċerki, ninforma lill-Onor Interpellant li qiegħed ngħaddi s-suġġeriment tiegħu lil Heritage Malta sabiex jiġi kkunsidrat.
Jista’ il-Ministru jara li l-Knisja ta' Sant'Ubaldeska f'Raħal Ġdid tiġi restawrata, kif qed jiġu restawrati knejjes oħra fil-proġett lodevoli li l-Ministeru għaddej fuqu ta' restawr ta' postijiet storiċi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li sar rapport preliminari fuq il-kappella u qed tiġi nvestigata l-possibbilta' sabiex dan il-Ministeru jgħin fuq dan il-proġett ta' restawr.
Diviżjoni għall-affarijiet tal-konsumatur — Ħobż Malti
Question
Jista’ il-Ministeru jgħid kemm-il spezzjoni għamlet il-Consumer Affairs Division biex tiżgura li d-daqs tal-hobża Maltija jkun dak kif suppost, f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' siġar imħawla din is-sena u s-sena l-oħra? Fejn ġew imħawla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ siġar mħawla mis-Sezzjoni Park, Afforestazzjoni u Restawr tal-Kampanja fis-sena 2004 jammonta għal 5,693. Dawn ġew imħawla f’Ta’ Qali u fil-Mellieħa, filwaqt li fis-sena 2005 ġew imħawla 4,369 siġra. Dawn ġew imħawla fTa’ Qali u s-Salina.
Min-naħa l-oħra n-numru ta' siġar imħawla mill-Environmental Landscaping Consortium din is-sena, u s-sena l-oħra huma dawn:
Siġar Arbuxell
Siġar u arbuxell 2004 1,972 31,261
" " 2005 16,500 40,800
Dawn is-siġar u arbuxell ġew imħawla fil-proġetti ġodda u postijiet amministrati mill-Gvern Ċentrali.
Jista’ il-Ministru jelenka dawk il-Kunsilli li sal-lum aċċettaw l-offerta ta' Lm75,000 self mill-Gvern Ċentrali sabiex jiġu asfaltati toroq fil-lokalita’?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-Kunsilli Lokali li sal-lum il-ġurnata iffirmaw kuntratt ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Lm75,000 biex jibnu u jasfaltaw jew jibnu mill-ġdid u jasfaltaw toroq huma dawn li ġejjin:
1. Bormla
2. Dingli
3. Għargħur
4. Gudja
5. Iklin
6. Isla
7. Kirkop
8. Marsaxlokk
9. Mġarr (Malta)
10. Mosta
11. Pieta
12. Rabat (Malta)
13. San Ġiljan
14. San Ġwann
15. San Pawl il-Bahar
16. Siġġiewi
17. Swieqi
18. Żabbar
19. Żebbuġ (Malta)
20. Żejtun
Jista’ il-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess li jkun hemm number portability sħiħa f'Malta fit-telefonija ċellulari?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni ippublikat deċiżjoni rigward Number Portability sħiħa f'Malta kemm għat-telefonija fissa kif ukoll ċellulari, f'Marzu ta' 2005, liema deċiżjoni trid tiġi mplimentata sa Marzu ta' l-2006.
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jsir l-asfaltar ta' Triq l-Isqof Pietru Pace f'Raħal Ġdid?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara program ta’ xogħlijiet ta’ bini ta’ numru ta’ toroq residenzjali. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-program tax-xogħlijiet ta’ l-ADT.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk meta tabib tal-familja jikseb permess għall-parking mingħand l-ADT, anke f'postijiet fejn il-parking huwa riservat, ifissirx li jista' jipparkja fejn hu projbit għal tul ta' żmien, per eżempju, waqt il-ħin meta l-klinika tiegħu tkun miftuħa jew fejn il-parking ikun għal ħin fiss? Jista' jispjega eżatt għal xiex hu ntitolat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi meta kienu ġew introdotti r-regolamenti dwar klampjar u rmonk fl-1997, kienu saru arranġamenti sabiex jinħareġ avviż speċjali mill-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jitqiegħed mal-karozzi ta' tobba/infermiera li jkunu qed jinviżtaw pazjenti f'żoni ta' ikklampjar u irmonk. Għaldaqstant dan l-avviż ma japplikax għall-kliniċi.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex l-Arkivji Notarili fi Triq San Kristofru l-Belt Valletta jingħataw aktar attenzjoni, inkluż xogħol ta' restawr?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-Arkivji Notarili fi Triq San Kristoforu l-Belt Valletta bħalissa għaddejjin xogħolijiet ta' restawr li nbdew f'Novembru 2004. Ix-xogħol huwa mqassam f'fażijiet differenti u qed jiġu trattati kemm l-istruttura tal-bini kif ukoll il-volumi li qed jiġu organizzati u ppustjati f'sistema ta' xkaffar adekwat.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' impjiegi ġodda fis-settur pubbliku fl-1992 u fl-2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ impjegati ġodda fis-settur pubbliku għar-rigard ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi huwa kif jidher fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jekk l-Onor Interpellant jixtieq ikollu ċ-ċifri tal-Ministeri l-oħra, nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministri responsabbli.