Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm għad baqa' applikazzjonijiet biex jiġu proċessati taħt id-diversi skemi ta' xiri jew fidi ta' ex-proprjeta’ tal-Knisja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proċess tal-applikazzjonijiet, sat-30 ta' Settembru 2005, ta' l-iskemi u inizjattiva ta' xiri jew fidi ta' proprjeta' li kienet tal-Knisja, huwa kif indikat fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment ta' l-Artijiet — Skemi ta' xiri ta' djar
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħal flus il-Gvern mill-iskemi ta' xiri tad-Dipartiment ta' l-Artijiet taħt kull skema sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-iskema ta' bejgħ tad-dirett dominju ta' proprjeta' residenzjali, jiġifieri mill-pubblikazzjoni ta' l-Avviż Nru 1002 ta' l-20 ta' Settembru 2004 sal-lum, id-Dipartiment ta' l-Artijiet daħħal is-somma ta' erbat elef u ħames mitt lira (Lm4,500). Ma kienx hemm skemi oħra ta' xiri ta' djar.
Djar — Applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Tista’ il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li ġew milqugħa minn applikanti minn Raħal Ġdid, Tarxien, Għaxaq, Marsa, Gudja u Sta Luċija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7251 f'Seduta Numru 200, nitolbu jispeċifika l-perijodu li dwaru qed intalab l-informazzjoni fil-Mistoqsija odjerna.
Tista’ il-Ministru tikkwantfika n-numru ta' djar substandard, maqsuma għal Malta u Għawdex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda Dipartiment jew entita' taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għan-numru ta' applikazzjonijiet għal akkomodazzjoni alternattiva minn postijiet sub-standard, ninsab infurmata li n-numru hu 342 f'Malta u 2 f'Għawdex.
Jista’ il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' kumpanniji li l-gvern kellu/għandu shareholding fihom bejn l-1996 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14102, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tkun ippublikata kull sena fl-appendiċi ta' l-Estimi Ġenerali.
Saħħa — Pazjenti Maltin li jintbagħtu għal kura barra
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm il-Gvern ħallas għal pazjenti Maltin biex jiġu kkurati barra minn Malta fis-snin 2002, 2003, 2004 u 2005(s'issa)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bis-saħħa tal-ftehim reċiproku bejn Malta u r-Renju Unit, 180 pazjent jintbagħtu kull sena għall-kura speċjaliżżata li ma tistax issir Malta.
Li spejjes li tħallsu fis-snin mitluba kienu hekk:
2002
Lm388,993
2003
Lm429,584
2004
Lm469,993
2005 (Minn Jannar sa Settembru)
Lm282,288
Dawn kienu spejjes li jkopru l-pazjenti li intbagħtu iktar mill-kwota ta' 180, kif ukoll tat-trasport w akkomodazjoni tal-outpatients fl-Ingilterra, u spejjes biex jinġiebu speċjalisti biex jaraw u joperaw fuq pazjenti hawn Malta.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux maħsub li ssir riforma fil-mandati eżekuttivi u kawtelatorji, u jekk iva, fiex wasal dan il-proċess?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħareġ, għall-konsultazzjoni sa l-aħħar tas-sena, abbozz ta' liġi li jemmenda l-mandati eżekuttivi u kawtelatorji li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ il-Ministru jikkonferma li l-Malta Maritime Authority bdiet proċeduri legali kontra s-sidien ta' dgħajjes/vapuri mgħarrqa fil-Port il-Kbir? Fiex waslu dawn il-proċeduri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' Marittima hija nvoluta fi proċeduri legali kontra sidien ta' dgħajjes jew opri tal-baħar li jinsabu mgħarrqa fil-Port il-Kbir, liema proċeduri għadhom għaddejjin.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il pazjent ġie msiefer, għal liema pajjiżi u għal liema tip ta' kura/operazzjoni fl-aħħar tliet snin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li fl-aħħar tliet snin intbagħtu dawn il-pazjenti:
2003: 239(Renju Unit) 1(Iżrael)
2004: 234(Renju Unit) 1(Iżrael)
2005: 188(Renju Unit) 1(Iżrael)
(sa l-aħħar t'Awissu)
Dawn il-pazjenti ntbagħtu għal investigazzjonijiet u operazzjonijiet speċjaliżżati fil-moħħ u fid-dahar, fl-għadam, fl-għajnejn, fil-widnejn, fl-imsaren, fil-kliewi. Intbagħtu wkoll pazjenti għal trapjanti tal-fwied u tal-mudullun u tfal għal operazzjonijiet fuq il-qalb.
Jista’ il-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' heart bypasses fl-isptar San Luqa fl-aħħar tliet snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' operazjonijiet ta' heart bypasses li saru fl-Isptar San Luqa fl-aħħar tliet snin, sena b'sena huma kif jihdru hawn taħt:
2002
374
2003
445
2004
462
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' yachts li ġew reġistrati din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta' yachts li ġew reġistrati taħt l-Att dwar il-Bastimenti Merkantili s-sena l-oħra kien ta' 329, filwaqt li din is-sena (bejn Jannar u Settembru) ġew reġistrati 163 yacht.
Min-naħa l-oħra, n-numru ta' bastimenti zgħar li ġew risġistrati mal-yachting Centres Directorate is-sena l-oħra kien ta' 518, filwaqt li għal din is-sena u sal-lum kien ta' 405.
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kindergarten centres li hawn f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kindergarten centres ta' Malta u Għawdex huwa hekk:
Malta
Skejjel ta' l-Istat 55
Skejjel tal-Knisja 27
Skejjel Indipendenti 29
Għawdex
Skejjel ta' l-Istat 11
Skejjel tal-Knisja 7
Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' kindergarten assistants li hawn f'Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' kindergarten assistants li hawn f'Malta u Għawdex huwa hekk:
Skejjel ta' l-Istat - 1320
Skejjel tal-Knisja - 69
Skejjel Indipendenti - 103
Total - 1492